23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/17 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-575/16)
(2017/C 022/23)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk, K. Walkerová, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet
— |
tikkonstata li billi imponiet kundizzjoni ta’ nazzjonalità għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar, ir-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 TFUE; u |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjoni ta’ nazzjonalità stabbilita għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar fis-sistema legali Ċeka hija diskriminatorja u tikkostitwixxi restrizzjoni inġustifikata għal-libertà ta’ stabbiliment. B’hekk, ir-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 TFUE.
Il-Kummissjoni tqis li l-funzjonijiet ikkonferiti lin-nutara bil-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Ċeka ma jikkontribwixxux, min-natura tagħhom, għall-eżerċizzju tal-awtorità pubblika u li b’hekk ma tistax tiġi ġġustifikata bl-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 51 TFUE il-kundizzjoni ta’ nazzjonalità prevista għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar fis-sistema legali Ċeka.