20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – zero vs EUIPO – Hemming (ZIRO)

(Kawża T-106/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ZIRO - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti zero - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 086/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: zero Holding GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vuijst u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Oliver Hemming (Cadbury, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 (Każ R 71/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn zero Holding u M. Hemming.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Jannar 2016 (Każ R 71/2015-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.