23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/41 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Boxes)
(Kawża T-793/16)
(2017/C 022/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Şehitkamil Gaziantep, it-Turkija) (rappreżentant: T. Tsenova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elka Zaharieva (Plovdiv, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni “Boxes” – disinn tal-Unjoni Nru 002 343 244-0002
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12/09/2016 fil-Każ R 1143/2015-3
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiddikjara invalidu RCD Nru 002343244-0002 “Bobo Cornet”; u |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lil Elka Zaharieva għall-ispejjeż ta’ Solen relatati mal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u relatati mal-fażi amministrattiva tal-proċedimenti, b’mod partikolari mal-proċedimenti tal-invalidità u tal-appell quddiem l-EUIPO. |
Motiv(i) invokat(i)
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002; |
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament Nru 6/2002; |
— |
Ksur tal-Artikoli 62 u 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002 |