17.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — ir-Renju Unit) — Peter Bosworth, Colin Hurley vs Arcadia Petroleum Limited et
(Kawża C-603/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Konvenzjoni ta’ Lugano II - Kompetenza ġudizzjarja, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Artikoli 18 sa 21 tat-Taqsima 5 tat-Titolu II - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol)
(2019/C 206/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peter Bosworth, Colin Hurley
Konvenuti: Arcadia Petroleum Limited and others
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 18 sa 21 tat-Taqsima 5 tat-Titolu II tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fit-30 ta’ Ottubru 2007, li ġiet approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE tas-27 ta’ Novembru 2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li kuntratt li jorbot lil kumpannija ma’ persuna fiżika li teżerċita l-funzjonijiet ta’ amministratur tagħha ma joħloqx rabta ta’ subordinazzjoni bejniethom u għaldaqstant ma jistax jiġi kklassifikat bħala “kuntratt ta’ xogħol individwali” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, meta, anki jekk l-azzjonist jew l-azzjonisti ta’ din il-kumpannija jkollhom is-setgħa li jtemmu dak il-kuntratt, dik il-persuna tkun f’pożizzjoni li tiddeċiedi jew tiddeċiedi effettivament dwar il-kundizzjonijiet ta’ dak il-kuntratt u jkollha s-setgħa ta’ kontroll awtonomu fuq il-ġestjoni ta’ kuljum tan-negozju tal-imsemmija kumpannija kif ukoll fuq l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha stess.