25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Kyritz vs Wolf-Henning Peters

(Kawża C-700/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(b) u (ċ) - Eżenzjonijiet - Sptar u kura medika - Provvisti ta’ kura lill-persuna mwettqa fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijiet mediċi u paramediċi - Assenza ta’ relazzjoni ta’ fiduċja bejn il-fornitur tal-kura u l-pazjent)

(2019/C 399/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Kyritz

Konvenut: Wolf-Henning Peters

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 132(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li provvisti ta’ kura bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma pprovduti minn tabib speċjalizzat fil-kimika klinika u fid-dijanjostika tal-laboratorju, jistgħu jaqgħu taħt l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmija fl-Artikolu 132(1)(ċ) ta’ din id-direttiva jekk ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(b) tal-imsemmija direttiva.

2)

L-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud li huwa jipprevedi ma hijiex suġġetta għall-kundizzjoni li l-provvista ta’ kura kkonċernata tiġi pprovduta fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ fiduċja bejn il-pazjent u l-fornitur tal-kura.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.