30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/41 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2019 — Transdev et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-291/17) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implimentata minn Franza bejn l-1994 u l-2008 - Sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun ta’ Île-de-France - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern - Kunċetti ta’ ‘għajnuna eżistenti’ u ta’ ‘għajnuna ġdida’ - Artikolu 107 TFUE - Artikolu 108 TFUE - Artikolu 1 (b)(i) u (v) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Terminu ta’ preskrizzjoni - Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 328/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Transdev (Issy-les-Moulineaux, Franza), Transdev Île de France (Issy-les-Moulineaux), Transports rapides automobiles (TRA) (Villepinte, Franza) (rappreżentant: F. Salat-Baroux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, C. Georgieva-Kecsmar u T. Maxian Rusche, aġenti)
Talbiet
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1470 tat 2 ta’ Frar 2017 dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (eks 2012/NN) implimentata minn Franza favur tal-impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-Reġjun ta’ Île-de-France (ĠU 2017, L 209, p. 24).
Motivi u argumenti prinċipali
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Transdev, Transdev Île de France u Transports rapides automobiles (TRA) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż proprji tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |