21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Haufe-Lexware vs EUIPO – Le Shi Holdings (Beijing) (Leshare)

(Kawża T-546/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Leshare - Trade mark internazzjonali pverbali preċedenti LEXWARE - Reġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE 2017/1001) - Xebh tas-sinjali”))

(2019/C 25/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Haufe-Lexware GmbH & Co. KG (Friburg-en-Brisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Le Shi Holdings (Beijing) Ltd (Beijing, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 1691/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Haufe-Lexware u Le Shi Holdings (Beijing).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Haufe-Lexware GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 338, 9.10.2017.