6.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Meesenburg Großhandel vs EUIPO (Triotherm+)
(Kawża T-760/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Triotherm+ - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Dritt għal smigħ”)
(2019/C 155/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Meesenburg Großhandel KG (Flensburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Freiherr von Oldershausen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1786/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Triotherm+ bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Meesenburg Großhandel KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |