16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/48 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Unigroup vs EUIPO – Pronova Laboratories (nailicin)
(Kawża T-587/17)
(2017/C 347/63)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Unigroup ApS (Lyngby, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Rijsdijk, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pronova Laboratories BV (Amsterdam, il-Pajjżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “nailicin” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 096 499/Reġistrazzjoni internazzjonali Nru li tindika l-Unjoni Ewropea/Trade mark tal-Unjoni Nru
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 2359/2016-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiddikjara li r-Reġistrazzjoni Benelux Nru 894 557 ma hijiex sostnuta u tibgħat lura l-kawża quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni jew quddiem Bord tal-Appell tal-EUIPO; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokat
— |
Ksur tar-Regola 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità. |