15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2020 – Cimpress Schweiz vs EUIPO – Impress Media (CIMPRESS)

(Kawża T-37/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CIMPRESS - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti impress - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Impress-Media - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 201/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz

Partijiet

Rikorrenti: Cimpress Schweiz GmbH (Winterthur, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Eckhartt, P. Böhner u A. von Mühlendahl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Impress Media GmbH (Mönchengladbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Remmertz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ottubru 2018 (kawżi magħqudin R 1716/2017-2 u R 1786/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Impress Media u Cimpress Schweiz.

Dispożittiv

1)

Impress GmbH hija ammessa li tissostitwixxi Impress Media GmbH bħala intervenjenti.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Cimpress Schweiz GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Impress.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.