6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/7 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2020 – Knaus Tabbert vs EUIPO – Carado (CaraTour)
(Kawża T-202/19) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CaraTour - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Carado - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(2020/C 114/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Knaus Tabbert GmbH (Jandelsbrunn, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Maenz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carado GmbH (Leutkirch im Allgäu, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Otto, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2019 (Każ R 506/2018-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carado u Knaus Tabbert.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Knaus Tabbert GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |