15.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/84 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Mende Omalanga vs Il-Kunsill
(Kawża T-103/19)
(2019/C 139/85)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Lambert Mende Omalanga (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 11 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 11 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005; |
— |
tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(a) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(a) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, inkluż ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jippermetti li jiġu ġġustifikati l-miżuri u li tiġi ggarantita protezzoni ġudizzjarja effettiva, kif ukoll ksur tad-dritt għal smigħ. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-implikazzjoni tar-rikorrenti f’atti li jostakolaw soluzzjoni kunsenswali u paċifika bil-għan ta’ żamma ta’ elezzjonijiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal ħajja privata u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-inapplikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal- 20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU 2010, L 336, p. 30) u tal-Artikolu 2b(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2008, L 352M, p. 231). F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-kriterju legali kif iddefinit f’dawn l-artikoli, li fuqu hija bbażata l-inklużjoni tar-rikorrent fil-listi inkwistjoni, jikser il-prinċipju ta’ prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni u l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn jikkonferixxi lill-Kunsill setgħa arbitrarja u diskrezzjonali. |