6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/56


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2019 — Style & Taste vs EUIPO — The Polo/Lauren Company (Rappreżentazzjoni ta’ plejer tal-polo)

(Kawża T-169/19)

(2019/C 155/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Style & Taste, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: L. Plaza Fernández-Villa, abogado)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Polo/Lauren Company LP (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ plejer tal-polo) — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 049 201

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1272/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiddikjara li t-trade mark Komunitarja Nru 4049201 kienet ippreċeduta mid-disinn industrijali 24087, u, konsegwentement, tiddikjara li t-trade mark Ewropea Nru 4 049 201, proprjetà tal-PRL, hija nieqsa minn kull novità rikjesta mir-regoli applikabbli u għaldaqstant hija nulla.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 207/2009.

Ksur tar-regola interna fil-qasam tal-protezzjoni legali tad-disinn industrijali, kif ukoll tal-Estatuto sobre la propiedad Intelectual (Statut dwar il-proprjetà intellettwali).