28.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/35 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2019 – ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-623/19)
(2019/C 363/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ArcelorMittal Bremen GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u L. Buschmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikkjara, skont l-Artikolu 265 TFUE, li l-Kummissjoni kisret it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (1) billi naqset milli tiddeċiedi dwar l-ammont annwali totali, ikkomunikat lilha mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fit-12 ta’ April 2019, tal-kwoti ta’ emissjoni allokati mingħajr ħlas għal estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità tas-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott għall-metall sħun tal-impjant bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni 60 fi Bremen; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2019 dwar it-talba tar-rikorrenti tat-12 ta’ April 2019; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv segwenti:
|
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni hija obbligata tadotta deċiżjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE u ma għandhiex tirrifjuta l-ammont annwali totali, ikkomunikat lilha mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fit-12 ta’ April 2019, tal-kwoti ta’ emissjoni allokati mingħajr ħlas għal estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità, peress li l-kundizzjonijiet għal estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità fis-sens tal-Artikolu 20(1) huma ssodisfatti. |
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 130, p. 1).