25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Proċedura mibdija minn A

(Kawża C-634/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Direttiva 2005/36/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kundizzjonijiet għall-ksib tad-dritt ta’ eżerċizzju awtonomu tal-professjoni ta’ tabib fl-Istat Membru ospitanti - Diploma maħruġa fl-Istat Membru ta’ oriġini - Limitazzjoni tad-dritt ta’ eżerċizzju tal-professjoni ta’ tabib għal perijodu ta’ tliet snin - Superviżjoni ta’ tabib awtorizzat u segwitu konkomitanti tat-taħriġ speċjalizzat fil-mediċina ġenerali għal perijodu ta’ tliet snin - Artikoli 45 u 49 TFUE)

(2022/C 171/16)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Fil-preżenza ta’: Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

Dispożittiv

L-Artikoli 45 u 49 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tagħti lil persuna, abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, dritt li teżerċita l-professjoni ta’ tabib li jkun limitat għal perijodu ta’ tliet snin u li huwa suġġett għall-kundizzjoni doppja, minn naħa, li l-persuna kkonċernata tissuġġetta ruħha fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha għad-direzzjoni u għas-superviżjoni ta’ tabib awtorizzat, u, min-naħa l-oħra, fl-istess perijodu, ikollha tikkompleta, b’suċċess, tliet snin ta’ taħriġ speċjali fi prattika medika ġenerali sabiex tikseb awtorizzazzjoni biex teżerċita l-professjoni ta’ tabib b’mod indipendenti fl-Istat Membru ospitanti, fid-dawl tal-fatt li l-persuna kkonċernata, li tkun kisbet kwalifika universitarja tal-ewwel grad fil-mediċina fl-Istat Membru ta’ oriġini, ikollha l-kwalifika ta’ edukazzjoni u/jew taħriġ, f’dak li jirrigwarda r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, imsemmija fil-punt 5.1.1 tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), iżda mhux ċertifikat li juri t-tlestija ta’ taħriġ professjonali ta’ sena li hija meħtieġa bħala kundizzjoni addizzjonali sabiex jinkisbu l-kwalifiki professjonali fl-Istat Membru ta’ oriġini.


(1)  ĠU C 44, 08.02.2021