L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) għandhom ir-responsabbiltà li jwettqu ħidmiethom bl-aktar mod trasparenti possibbli.
L-Artikolu 15 (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti liċ-ċittadini tal-UE, kif ukoll lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha f’pajjiż tal-UE, id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet.
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jimplimenta dan id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti.
Madankollu, huwa jipprevedi wkoll 2 tipi ta’ eċċezzjonijiet:
L-aċċess għad-dokumenti huwa ffaċilitat permezz ta’ reġistru pubbliku elettroniku tad-dokumenti.
Fil-Ftehim Interistituzzjonali tagħhom tal-2003 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, l-istituzzjonijiet tal-UE qablu li jtejbu t-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni lill-pubbliku.
ARA WKOLL