ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.362.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 362

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
10 ta' Diċembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 362/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 355, 3.12.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 362/02

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Ottubru 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État (Il-Belġju)) — Antoine Boxus, Willy Roua (C-128/09), Guido Durlet et (C-129/09), Paul Fastrez, Henriette Fastrez (C-130/09), Philippe Daras (C-131/09), Association des riverains et habitants des communes proches de l’aéroport BSCA (Brussels South Charleroi Airport) (ARACh) (C-134/09 u C-135/09), Bernard Page (C-134/09), Léon L’Hoir, Nadine Dartois (C-135/09) vs Région wallonne (Fil-Kawżi magħquda C-128/09 sa C-131/09, C-134/09 u C-135/09) (Stima tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 85/337/KEE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku’ — Konvenzjoni ta Aarhus — Aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent — Portata tad-dritt għal rikors kontra att leġiżlattiv)

2

2011/C 362/03

Kawża C-284/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 56 KE u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea — Tassazzjoni tad-dividendi — Dividendi mħallsa lill-kumpanniji li huma residenti fit-territorju nazzjonali u lill-kumpanniji parent stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat li jinsab fiż-Żona Ekonomika Ewropea — Differenza fit-trattament)

3

2011/C 362/04

Kawża C-396/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Bari — l-Italja) — Interedil Srl fi stralċ vs Fallimento Interedil Srl, Intesa Gestione Crediti Spa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Setgħa ta’ qorti inferjuri li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Proċeduri ta’ falliment — Ġurisdizzjoni internazzjonali — Ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur — Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru ieħor — Kunċett ta’ stabbiliment)

3

2011/C 362/05

Kawża C-406/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Realchemie Nederland BV vs Bayer CropScience AG (Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi — Kunċett ta’ materji ċivili u kummerċjali — Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi multa — Direttiva 2004/48/KE — Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali — Ksur ta’ dawn id-drittijiet — Miżuri, proċeduri u rimedji — Kundanna — Proċedura ta’ exequatur — Spejjeż ġudizzjarji relatati magħha)

4

2011/C 362/06

Kawża C-549/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija favur is-sajd u l-akwakultura — Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Obbligu li tirkupra minnufih l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli kif ukoll li tinforma lill-Kummissjoni dwar dan — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni)

5

2011/C 362/07

Kawża C-34/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Oliver Brüstle vs Greenpeace eV (Direttiva 98/44/KE — Artikolu 6(2)(ċ) — Protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi — Kisba ta’ ċelloli prekursuri minn ċelloli staminali embrijoniċi umani — Brevettabbiltà — Esklużjoni tal-użi ta’ l-embrjonijiet (umani) għal għanijiet industrijali jew kummerċjali — Kunċetti ta’ embriju uman’ u tal-użu għal għanijiet industrijali jew kummerċjali)

5

2011/C 362/08

Kawża C-94/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Danfoss A/S, Sauer-Danfoss ApS vs Skatteministeriet (Taxxi indiretti — Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali — Inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas ta’ restituzzjoni tas-sisa lix-xerrejja ta’ prodotti li fuqhom is-sisa ġiet mgħoddija)

6

2011/C 362/09

Kawża C-123/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Waltraud Brachner vs Pensionsversicherungsanstalt (Politika soċjali — Trattament ugwali bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Direttiva 79/7/KEE — Artikoli 3(1) u 4(1) — Skema nazzjonali ta’ aġġustament annwali tal-pensjonijiet — Żieda eċċezzjonali tal-pensjonijiet għas-sena 2008 — Esklużjoni minn din iż-żieda għall-pensjonijiet li l-ammont tagħhom huwa inqas mill-ammont standard tas-suppliment biex jikkumpensa — Żieda eċċezzjonali ta’ dan l-ammont standard għas-sena 2008 — Esklużjoni mill-benefiċċju ta’ suppliment biex jikkumpensa għall-pensjonanti li d-dħul minnhom, li jinkludi dak tal-konjuġi li jifforma parti mid-dar, jisboq l-imsemmi ammont standard — Kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva — Diskriminazzjoni indiretta kontra n-nisa — Ġustifikazzjoni — Assenza)

7

2011/C 362/10

Kawża C-140/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Greenstar Kanzi Europe NV vs Jean Justin u Jo Goossens (Regolament (KE) Nru 2100/94 kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 873/2004 — Interpretazzjoni tal-Artikoli 11(1), 13(1) sa (3), 16, 27, 94 u 104 — Prinċipju ta’ eżawriment tad-dritt Komunitarju ta’ protezzjoni tal-varjetajiet ta’ pjanti — Ftehim ta’ liċenzja — Proċedimenti ta’ vjolazzjoni kontra terzi — Ksur tal-ftehim ta’ liċenzja mill-persuna liċenzjata fir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħha mat-terzi)

7

2011/C 362/11

Kawża C-225/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Nürnberg — il-Ġermanja) — Juan Pérez García, José Arias Neira, Fernando Barrera Castro, Dolores Verdún Espinosa bħala s-suċċessura ta’ José Bernal Fernández vs Familienkasse Nürnberg (Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikoli 77 u 78 — Persuni intitolati biex jieħdu pensjoni skont il-leġiżlazzjoni ta’ numru ta’ Stati Membri — Ulied b’diżabbiltà — Benefiċċji tal-familja għal wild dipendenti — Dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru fejn fih twettqet attività professjonali — Eżistenza ta’ dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru ta’ residenza — Nuqqas ta’ talba — Għażla ta’ ħlas ta’ benefiċċju għal invalidità inkompatibbli mal-benefiċċji għal wild dipendenti — Kunċett ta’ benefiċċju għal wild dipendenti — Żamma tad-drittijiet miksuba fl-Istat Membru fejn fih twettqet attività professjonali)

8

2011/C 362/12

Kawża C-281/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — PepsiCo, Inc vs Grupo Promer Mon Graphic SA, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Regolament (KE) Nru 6/2002 — Artikoli 5, 6, 10 u 25(1)(d) — Disinn Komunitarju — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta oġġetti promozzjonali ċirkulari — Disinn Komunitarju preċedenti — Impressjoni ġenerali differenti — Grad ta’ libertà tad-disinjatur — Utent informat — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju — Żnaturament tal-fatti)

9

2011/C 362/13

Kawża magħquda C-344/10 P u C-345/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Freixenet, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appelli — Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade marks Komunitarji li jirrappreżentw flixkun bl-iżmerill abjad kif ukoll flixkun bl-iżmerill iswed matt — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Nuqqas ta’ karattru distintiv)

9

2011/C 362/14

Kawża C-474/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-20 ta' Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal in Northern Ireland — Ir-Renju Unit) — Department of the Environment for Northern Ireland vs Seaport (NI) Ltd, Magherafelt district Council, F P McCann (Developments) Ltd, Younger Homes Ltd, Heron Brothers Ltd, G Small Contracts, Creagh Concrete Products Ltd (Talba għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/42/KE — Artikolu 6 — Nomina, għall-finijiet ta’ konsultazzjoni, ta’ awtorità li tista’ tkun ikkonċernata mill-effetti ambjentali tal-implementazzjoni ta’ pjanijiet u ta’ programmi — Possibbiltà għal awtorità ta’ konsultazzjoni li tfassal pjanijiet jew programmi — Obbligu ta’ nomina ta’ awtorità distinta — Regoli għall-informazzioni u għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet u tal-pubbliku)

10

2011/C 362/15

Kawża C-457/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2011 — Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort) vs Kyocera Mita Deutschland GmbH et

10

2011/C 362/16

Kawża C-458/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2011 — Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort) vs Canon Deutschland GmbH

11

2011/C 362/17

Kawża C-459/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2011 — Fujitsu Technology Solutions GmbH vs Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort)

12

2011/C 362/18

Kawża C-460/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2011 — Hewlett-Packard GmbH vs Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort)

12

2011/C 362/19

Kawża C-496/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Sul (il-Portugall) fis-26 ta’ Settembru 2011 — Portugal Telecom SGPS, SA vs Fazenda Pública

13

2011/C 362/20

Kawża C-510/11 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2011 minn Kone Oyj, Kone GmbH u Kone BV kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-151/07 — Kone Oyj, Kone GmbH, Kone BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

13

2011/C 362/21

Kawża C-517/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

14

2011/C 362/22

Kawża C-520/11: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

15

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 362/23

Kawża T-287/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2011 — Cadila Healthcare vs UASI — Laboratorios Inibsa (ZYDUS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

17

2011/C 362/24

Kawża T-95/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2011 — United Phosphorus vs Il-Kummissjoni (Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva napropamide — Nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE — Adozzjoni ta’ direttiva ulterjuri — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

17

2011/C 362/25

Kawża T-506/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2011 — Peek & Cloppenburg vs UASI — Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

17

2011/C 362/26

Kawża T-507/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2011 — Peek & Cloppenburg vs UASI — Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

18

2011/C 362/27

Kawża T-528/11: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2011 — Aloe Vera of America vs UASI — Diviril (FOREVER)

18

2011/C 362/28

Kawża T-529/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2011 — Evonik Industries vs UASI — Impulso Industrial Alternativo (Impulso creador)

19

2011/C 362/29

Kawża T-530/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2011 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (CHIVALRY)

19

2011/C 362/30

Kawża T-537/11: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2011 — Hultafors Group vs UASI — Società Italiana Calzature (Snickers)

20

2011/C 362/31

Kawża T-541/11: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2011 — Fundação Calouste Gulbenkian vs UASI — Gulbenkian (GULBENKIAN)

20

2011/C 362/32

Kawża T-447/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2011 — Scovill Fasteners vs Il-Kummissjoni

21

2011/C 362/33

Kawża T-521/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — Confortel Gestión vs UASI — Homargrup (CONFORTEL AQUA 4)

21

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 362/34

Kawża F-12/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 — A vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Marda kkaġunata mix-xogħol — Relazzjoni bejn il-proċeduri previsti fl-Artikoli 73 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal — Dannu provviżorju — Rimbors ta’ spejjeż mediċi — Aċċess għall-fajl individwali)

22

2011/C 362/35

Kawża F-100/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2011 Michail vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjal — Awtorità ta’ res judicata — Dmir ta’ assistenza — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku)

22

2011/C 362/36

Kawża F-4/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Settembru 2011 — Nastvogel vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Evalwazzjoni — Rapporti ta’ evalwazzjoni — Opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti — Deterjorament tal-evalwazzjonijiet analitiċi — Djalogu bejn il-persuna evalwata u l-evalwatur — Konsultazzjoni ta’ diversi superjuri ġerarkiċi — Għarfien tax-xogħol tal-persuna evalwata mit-tieni evalwatur — Motivazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-leave tal-mard)

22

2011/C 362/37

Kawża F-9/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 — AC vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2009 — Eżami komparattiv tal-merti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

23

2011/C 362/38

Kawża F-23/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 — Allen vs Il Kummissjoni (Servizz pubbliku — Sigurtà soċjali — Mard serju — Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal — Estensjoni tal-kopertura kontra r-riskji ta’ mard taħt l-Iskema Komuni ta’ Assigurazzjoni għas-Saħħa — Kriterju bbażat fuq in-nuqqas ta’ kopertura minn skema oħra)

23

2011/C 362/39

Kawża F-26/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 AZ vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2009 — Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi — Eżistenza ta’ proċedura dixxiplinari — Esklużjoni mill-proċedura ta’ promozzjoni)

23

2011/C 362/40

Kawża F-47/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 — Hecq vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Mard ikkaġunat mix-xogħol — Artikoli 73 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal — Regularità tal-opinjoni tal-Kumitat mediku — Rifjut li tiġi rikonoxxuta l-invalidità parzjali permanenti)

24

2011/C 362/41

Kawża F-55/08 DEP: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Seduta Plenarja) tas-27 ta’ Settembru 2011 De Nicola vs BEI (Servizz Pubbliku — Proċedura — Intaxxar tal-ispejjeż — Spejjeż li jistgħu jinġabru — Spejjeż indispensabbli — Onorarji mħallsa minn istituzzjoni lil avukat tagħha — Obbligu ta’ rikorrent li tilef li jbati dawn l-onorarji — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Kundizzjonijiet)

24

2011/C 362/42

Kawża F-98/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2011 Cervelli vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Allowance ta’ espatrijazzjoni — Talba għal eżami mill-ġdid — Fatti ġodda u sostanzjali — Rikors manifestament inammissibbli)

24

2011/C 362/43

Kawża F-12/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 — Hecq vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Mard ikkaġunat mix-xogħol — Invalidità — Talba għal bidu mill-ġdid tal-attività professjonali — Talba għad-danni)

25

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/1


2011/C 362/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 355, 3.12.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 347, 26.11.2011

ĠU C 340, 19.11.2011

ĠU C 331, 12.11.2011

ĠU C 319, 29.10.2011

ĠU C 311, 22.10.2011

ĠU C 305, 15.10.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Ottubru 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État (Il-Belġju)) — Antoine Boxus, Willy Roua (C-128/09), Guido Durlet et (C-129/09), Paul Fastrez, Henriette Fastrez (C-130/09), Philippe Daras (C-131/09), Association des riverains et habitants des communes proches de l’aéroport BSCA (Brussels South Charleroi Airport) (ARACh) (C-134/09 u C-135/09), Bernard Page (C-134/09), Léon L’Hoir, Nadine Dartois (C-135/09) vs Région wallonne

(Fil-Kawżi magħquda C-128/09 sa C-131/09, C-134/09 u C-135/09) (1)

(Stima tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ ‘att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku’ - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent - Portata tad-dritt għal rikors kontra att leġiżlattiv)

2011/C 362/02

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antoine Boxus, Willy Roua (C-128/09), Guido Durlet et (C-129/09), Paul Fastrez, Henriette Fastrez (C-130/09), Philippe Daras (C-131/09), Association des riverains et habitants des communes proches de l’aéroport BSCA (Brussels South Charleroi Airport) (ARACh) (C-134/09 u C-135/09), Bernard Page (C-134/09), Léon L’Hoir, Nadine Dartois (C-135/09)

Konvenuta: Région wallonne

fil preżenza ta’: Société régionale wallonne du transport (SRWT) (C-128/09 u C-129/09), Infrabel SA (C-130/09 u C-131/09), Société wallonne des aéroports (SOWEAR) (C-135/09)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 5, 6, 7, 8 u 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 73, p. 5) u d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE (ĠU L 156, p. 17) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 u 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, konkluża fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata mill-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 124, p. 1) — Rikonoxximent, bħala atti leġiżlattivi nazzjonali speċifiċi, ta’ ċerti permessi “approvati” b’digriet li għalihom jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali? — Nuqqas ta’ dritt għal rimedju sħiħ kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġetti li jista’ jkollhom effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent — Natura fakultattiva jew obbligatorja tal-eżistenza ta’ dritt bħal dan — Xogħlijiet ta’ żvilupp tal-infrastrutturi b’estensjoni tar-runway tal-ajruport ta’ Liège-Bierset

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva biss dawk il-proġetti adottati fid-dettall b’att leġiżlattiv speċifiku, b’mod li l-għanijiet tal-istess direttiva jintlaħqu bil-proċedura leġiżlattiva. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ġew osservati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-kontenut tal-att leġiżlattiv adottat kif ukoll il-proċedura leġiżlattiva kollha li wasslet għall-adozzjoni tiegħu u b’mod partikolari l-atti preparatorji u d-dibattitu parlamentari. F’dan ir-rigward, att leġiżlattiv li sempliċement “jirratifika” att amministrattiv li jeżisti diġà, billi jkun limitat li jesponi r-raġunijiet superjuri ta’ interess ġenerali mingħajr ma jagħti bidu minn qabel għal proċedura leġiżlattiva sostanzjali li tippermetti li jiġu osservati l-imsemmija kundizzjonijiet, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala att leġiżlattiv speċifiku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u għalhekk ma huwiex biżżejjed sabiex jeskludi proġett mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35.

(2)

L-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni dwar Aċċess għal Informazzjoni, Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, konkluża fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, u l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

meta proġett li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jiġi adottat b’att leġiżlattiv, il-kwistjoni dwar jekk dan l-att leġiżlattiv jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(5) tal-imsemmija direttiva għandha tista’ tiġi suġġetta għal stħarriġ, skont ir-regoli nazzjonali proċedurali, minn qorti jew minn korp indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi;

fis-sitwazzjoni fejn ebda rikors tan-natura u tal-portata mfakkra iktar ‘il fuq ma jista’ jiġi ppreżentat kontra tali att, hija l-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet il-kawża li għandha fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha teżerċita l-istħarriġ deskritt fl-inċiż preċedenti u minnu tislet, skont il-każ, il-konsegwenzi tal-inapplikabbiltà ta’ dan l-att leġiżlattiv.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-284/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Tassazzjoni tad-dividendi - Dividendi mħallsa lill-kumpanniji li huma residenti fit-territorju nazzjonali u lill-kumpanniji parent stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat li jinsab fiż-Żona Ekonomika Ewropea - Differenza fit-trattament)

2011/C 362/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B.-R. Killmann, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Blaschke, aġenti, H. Kube, professur)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 56 KE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta totalment mit-taxxa f’ras il-għajn id-dividendi mħallsa mill-kumpanniji sussidjarji lill-kumpanniji parent li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fit-territorju nazzjonali, filwaqt li, f’dak li jirrigwarda l-kumpanniji parent li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru ieħor jew fi Stat taż-Żona Ekonomika Ewropea, tissuġġetta din l-eżenzjoni totali għall-kundizzjoni li jintlaħaq livell minimu ta’ ishma tal-kumpannija parent fil-kapital tal-kumpannija sussidjarja, stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 6)

Dispożittiv

(1)

Meta ssuġġettat lid-dividendi mqassma lil kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra, fil-każ fejn ma jkunx intlaħaq il-livell minimu ta’ ishma tal-kumpannija parent fil-kapital azzjonarju tal-kumpannija sussidjarja tagħha skont l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003, għal taxxa iktar iebsa, f’termini ekonomiċi, minn dik li tolqot lid-dividendi mqassma lil kumpanniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fit-territorju tagħha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l Artikolu 56(1) KE.

(2)

Meta ssuġġettat lid-dividendi mqassma lil kumpanniji stabbiliti fl-Islanda u fin-Norveġja għal taxxa iktar iebsa, f’termini ekonomiċi, minn dik li tolqot lid-dividendi mqassma lil kumpanniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fit-territorju tagħha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE, tat-2 ta’ Mejju 1992.

(3)

Ir-Repubbliku Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256 tal-24.10.2009.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Bari — l-Italja) — Interedil Srl fi stralċ vs Fallimento Interedil Srl, Intesa Gestione Crediti Spa

(Kawża C-396/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Setgħa ta’ qorti inferjuri li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Proċeduri ta’ falliment - Ġurisdizzjoni internazzjonali - Ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur - Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru ieħor - Kunċett ta’ stabbiliment)

2011/C 362/04

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Bari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interedil Srl fi stralċ

Konvenuti: Fallimento Interedil Srl, Intesa Gestione Crediti Spa

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Bari — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) — Ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur — Preżunzjoni tal-post tal-uffiċju rreġistrat — Stabbiliment fi Stat Membru ieħor — Kunċetti Komunitarji jew nazzjonali

Dispożittiv

(1)

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li qorti nazzjonali tkun marbuta b’regola tal-proċedura nazzjonali, li tipprovdi li l-kunsiderazzjonijiet magħmula minn qorti superjuri nazzjonali huma imposti fuqha, meta jidher li l-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-qorti superjuri ma humiex konformi mad-dritt tal-Unjoni, kif intepretata mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(2)

Il-kunċett ta’ “ċentru ta’ l-interessi prinċipali” tad-debitur, imsemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat b’riferiment għad-dritt tal-Unjoni.

(3)

Sabiex jiġi ddeterminat iċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ kumpannija debitriċi, it-tieni sentenza tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 għandha tiġi interpretata b’dan il-mod:

iċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ kumpannija debitriċi għandu jiġi ddeterminat billi jiġi pprivileġġat il-post tal-amministrazzjoni ċentrali ta’ din il-kumpannija, kif jista’ jiġi stabbilit minn elementi oġġettivi u aċċertabbli mit-terzi. Fil-każ li l-korpi tal-amministrazzjoni u ta’ kontroll jinsabu fl-uffiċċju rreġistrat tagħha u li d-deċiżjonijiet ta’ tmexxija ta’ din il-kumpannnija huma meħuda, b’mod aċċertabbli mit-terzi, f’dan il-post, il preżunzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi kkonfutata. Fil-każ li l-post tal-amministrazzjoni ċentrali ta’ kumpannija ma jinsabx fl-uffiċċju rreġistrat tagħha, il-preżenza ta’ attivi tal-kumpannija bħall-eżistenza ta’ kuntratti li jirrigwardaw l-operat finanzjarju tagħhom fi Stat Membru differenti minn dak tal-uffiċċju rreġistrat ta’ din il-kumpannija jistgħu jitqiesu bħala elementi biżżejjed sabiex tiġi kkonfutata din il-preżunzjoni biss jekk evalwazzjoni globali tal-elementi kollha rilevanti tippermetti li jiġi stabbilit li, b’mod aċċertabbli mit-terzi, iċ-ċentru effettiv ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll tal-imsemmija kumpannija kif ukoll tat-tmexxija tal-interessi tagħha jinsabu f’dan l-Istat Membru l-ieħor;

fil-każ ta’ trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpannija debitriċi qabel it-tressiq ta’ talba għal ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment, iċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ din il-kumpannija huwa preżunt li jinsab fl-uffiċċju rreġistrat il-ġdid tagħha.

(4)

Il-kunċett ta’ “stabbiliment” fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-istess regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jeħtieġ il-preżenza ta’ struttura li tinkludi livell minimu ta’ organizzazzjoni u ċerta stabbiltà sabiex tiġi eżerċitata attività ekonomika. Il-preżenza biss ta’ beni individwali jew ta’ kontijiet bankarji ma tissodisfax, fil-prinċipju, din id-definizzjoni.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Realchemie Nederland BV vs Bayer CropScience AG

(Kawża C-406/09) (1)

(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi - Kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” - Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi multa - Direttiva 2004/48/KE - Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali - Ksur ta’ dawn id-drittijiet - Miżuri, proċeduri u rimedji - Kundanna - Proċedura ta’ exequatur - Spejjeż ġudizzjarji relatati magħha)

2011/C 362/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Realchemie Nederland BV

Konvenuta: Bayer CropScience AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) u tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32) — Kunċett ta’ materji ċivili u kummerċjali — Ksur tal-projbizzjoni mogħtija minn sentenza ġudizzjarja Ġermaniża milli timporta u tikkummerċjalizza fil-Ġermanja ċerti pestiċidji — Multa — Eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li timponiha — Proċedura ta’ eżekuzzjoni dwar deċiżjonijiet mogħtija barra mill-pajjiż dwar l-ispejjeż fil-qasam ta’ pagamenti ta’ penalità jew multa għal ksur tal-projbizzjoni li tippreġudika dritt ta’ proprjetà intellettwali

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” li jinsab fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis sens li dan ir-regolament japplika għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ qorti li tinkludi kundanna għall-ħlas ta’ multa, sabiex tiġi osservata sentenza ġudizzjarja mogħtija f’materji ċivili u kummerċjali

(2)

L-ispejjeż marbuta ma’ proċedura ta’ exequatur li ta bidu għaliha Stat Membru, li matulha jintalbu ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ kawża intiża sabiex jiġi rrispettat dritt ta’ proprjetà intellettwali, jaqgħu taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-549/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija favur is-sajd u l-akwakultura - Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Obbligu li tirkupra minnufih l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli kif ukoll li tinforma lill-Kummissjoni dwar dan - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni)

2011/C 362/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u K. Walkerová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli tadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/239/KE, tal-14 ta’ Lulju 2004, dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mogħtija minn Franza favur is-sajd u l-akwakultura (ĠU 2005, L 74, p. 49) — Obbligu li tirkupra minnufih l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni u li tinforma lill-Kummissjoni dwar dan

Dispożittiv

(1)

Billi ma eżegwietx, fit-terminu preskritt, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/239/KE, tal-14 ta’ Lulju 2004, dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mogħtija minn Franza favur is-sajd u l-akwakultura, billi rkuprat mill-benefiċjarji tal-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni mill-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikolu 4 din id-deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Oliver Brüstle vs Greenpeace eV

(Kawża C-34/10) (1)

(Direttiva 98/44/KE - Artikolu 6(2)(ċ) - Protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi - Kisba ta’ ċelloli prekursuri minn ċelloli staminali embrijoniċi umani - Brevettabbiltà - Esklużjoni tal-“użi ta’ l-embrjonijiet (umani) għal għanijiet industrijali jew kummerċjali” - Kunċetti ta’ “embriju uman’ u ta”“l-użu għal għanijiet industrijali jew kummerċjali”)

2011/C 362/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Oliver Brüstle

Konvenuta: Greenpeace eV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u (2)(ċ) tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 1998, dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 395) — Kisba, għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika, ta’ ċelloli prekursuri minn ċelloli staminali embrijoniċi umani imnissla mill-blastoċista, li diġà tilef il-kapaċita li jiżviluppa f’esseri uman — Esklużjoni mill-brevetibbiltà ta’ dan il-proċess bħala “użu ta’ embriji umani għal finijiet industrijali jew kummerċjali”? — Kunċett ta’ “embriju uman” u ta’ “użu għal finijiet industrijali jew kummerċjali”

Dispożittiv

(1)

L’Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 1998, dwar il protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi għandu jiġi interpretat fis-sens li:

tikkostitwixxi “embriju uman” kull bajda umana sa mill-istadju tal-fertilazzjoni tagħha, kull bajda umana mhux iffertilizzata li fiha ġie impjantat nukleu ta’ ċellola umana matura u kull bajda umana mhux iffertilizzata li, permezz tal-partenoġenesi, ġiet stimulata sabiex tinqasam u tiżviluppa;

huwa l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tiddetermina, fid-dawl tal-iżviluppi tax-xjenza, jekk ċellola staminali miksuba minn embriju uman fl-istadju tal-blastoċisti tikkostitwixxix “embriju uman” fis-sens tal-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44.

(2)

L-esklużjoni mill-brevettabbiltà li tirrigewarda l-użu ta’ embriji umani għal għanijiet industrijali jew kummerċjali msemmija fl-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44 tirrigwarda wkoll l-użu għal finijiet ta’ riċerka xjentifika, u huwa biss l-użu għal finijiet terapewtiċi jew dijanjostoċi li jiġu applikati fuq l-embriju uman u li huma utli għalih, li jista’ jkun is suġġett ta’ privattiva.

(3)

L-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44 jeskludi l-brevettabbiltà ta’ invenzjoni meta l-edukazzjoni teknika li hija s-suġġett tal-applikazzjon għal privattiva tirrikjedi l-qerda minn qabel ta’ embriji umani jew l-użu tagħhom bħala materjal iniżjali, ikun xi jkun l-istadju li fih isiru dawn u anki jekk id-deskrizzjoni tal-edukazzjoni teknika mitluba ma ssemmix l-użu ta’ embriji umani.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Danfoss A/S, Sauer-Danfoss ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-94/10) (1)

(Taxxi indiretti - Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ restituzzjoni tas-sisa lix-xerrejja ta’ prodotti li fuqhom is-sisa ġiet mgħoddija)

2011/C 362/08

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Danfoss A/S, Sauer-Danfoss ApS

Konvenuta: Skatteministeriet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar l-irkupru ta’ ħlas mhux dovut u l-kundizzjonijiet għall-kumpens tad-danni kkawżati lill-individwi — Dazju tas-sisa miġbur bi ksur tas-sistema armonizzata tad-dazju tas-sisa mwaqqfa mid-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi għad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali (ĠU L 316, p. 12) — Dazju tas-sisa illegali mħallas lill-Istat minn kumpanniji taż-żejt li biegħu żejt suġġett għad-dazju tas-sisa filwaqt li inkorporaw id-dazju tas-sisa fil-prezz tal-merkanzija — Nuqqas ta’ rifużjoni tad-dazju tas-sisa mill-Istat lix-xerrejja taż-żejt minħabba li dawn ma kinux ħallsuh lill-Istat — Rifjut ta’ kumpens għad-dannu kkawżat lix-xerrejja taż-żejt mid-dazju tas-sisa illegali minħabba n-nuqqas ta’ dannu immedjat u ta’ rabta kawżali diretta bejn il-ksur tal-obbligu tal-Istat u d-dannu subit

Dispożittiv

Ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

(1)

Stat Membru jista’ jopponi talba għal rimbors ta’ taxxa mħallsa indebitament imressqa mix-xerrej li fuqu għaddiet dik it-taxxa, għar-raġuni li ma huwiex dan tal-aħħar li ħallasha lill-awtoritajiet tat-taxxa, dment li dan jista’, taħt id-dritt intern, iressaq azzjoni ċivili għall-irkupru ta’ ħlas indebitu fir-rigward tal-persuna taxxabbli u dment li r-rimbors minn dan tal-aħħar tat-taxxa indebitament imħallsa ma jkunx prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli;

(2)

Stat Membru jista’ jiċħad talba għall-kumpens imressqa mix-xerrej li fuqu l-persuna taxxabbli għaddiet taxxa indebita, fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ rabta kawżali diretta bejn il-ġbir ta’ dik it-taxxa u d-dannu subit, dment li x-xerrej jista’, fuq il-bażi tad-dritt intern, jidderieġi l-imsemmija talba kontra l-persuna taxxabbli u li l-kumpens, minn dan tal-aħħar, tad-dannu subit mix-xerrej ma jkunx prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Waltraud Brachner vs Pensionsversicherungsanstalt

(Kawża C-123/10) (1)

(Politika soċjali - Trattament ugwali bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Direttiva 79/7/KEE - Artikoli 3(1) u 4(1) - Skema nazzjonali ta’ aġġustament annwali tal-pensjonijiet - Żieda eċċezzjonali tal-pensjonijiet għas-sena 2008 - Esklużjoni minn din iż-żieda għall-pensjonijiet li l-ammont tagħhom huwa inqas mill-ammont standard tas-suppliment biex jikkumpensa - Żieda eċċezzjonali ta’ dan l-ammont standard għas-sena 2008 - Esklużjoni mill-benefiċċju ta’ suppliment biex jikkumpensa għall-pensjonanti li d-dħul minnhom, li jinkludi dak tal-konjuġi li jifforma parti mid-dar, jisboq l-imsemmi ammont standard - Kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva - Diskriminazzjoni indiretta kontra n-nisa - Ġustifikazzjoni - Assenza)

2011/C 362/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Waltraud Brachner

Konvenuta: Pensionsversicherungsanstalt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215) — Valorizzazzjoni tal-pensjonijiet — Diskriminazzjoni indiretta kontra n-nisa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal grupp ta’ persuni li jirċievu pensjoni inqas mill-qligħ minimu u li huwa magħmul, fil-biċċa l-kbira, minn nisa, fattur ta’ valorizzazzjoni iktar baxx minn dak previst għall-pensjonijiet li huma iktar għoljin

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li skema ta’ aġġustament annwali tal-pensjonijiet bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva u hija għalhekk suġġetta għall-projbizzjoni mid-diskriminazzjoni stabbilita bl-Artikolu 4(1) tagħha.

(2)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fid-dawl tal-istatistika ppreżentata quddiem il-qorti tar-rinviju u fin-nuqqas ta’ elementi kuntrarji, hija tista’ ġustament tikkunsidra li din id-dispożizzjoni tipprekludi liġi nazzjonali li twassal biex teskludi minn żieda eċċezzjonali tal-pensjonijiet perċentwali kunsiderevolment ogħla ta’ pensjonanti nisa milli ta’ pensjonanti rġiel.

(3)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li fil-kuntest tal-eżami li l-qorti tar-rinviju għandha tagħmel sabiex twieġeb it-tieni domanda, hija tasal għall-konklużjoni li tipprovdi li, fil-verità, perċentwali kunsiderevolment ogħla ta’ pensjonanti nisa milli ta’ pensjonanti irġiel jista’ jġarrab żvantaġġ minħabba l-esklużjoni tal-pensjonijiet minimi miż-żieda eċċezzjonali stabbilita bl-iskema ta’ aġġustament inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan l-iżvantaġġ ma jista’ jiġi ġġustifikat la mill-fatt li n-nisa li kienu ħadmu jirċievu l-benefiċċju tal-pensjoni iktar kmieni, la mill-fatt li dawn jirċievu l-pensjoni tagħhom għal żmien itwal, u lanqas minħabba l-fatt li l-ammont standard tas-suppliment biex jikkumpensa kien ukoll is-suġġett ta’ żieda eċċezzjonali għall-istess sena tal-2008.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Greenstar Kanzi Europe NV vs Jean Justin u Jo Goossens

(Kawża C-140/10) (1)

(Regolament (KE) Nru 2100/94 kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 873/2004 - Interpretazzjoni tal-Artikoli 11(1), 13(1) sa (3), 16, 27, 94 u 104 - Prinċipju ta’ eżawriment tad-dritt Komunitarju ta’ protezzjoni tal-varjetajiet ta’ pjanti - Ftehim ta’ liċenzja - Proċedimenti ta’ vjolazzjoni kontra terzi - Ksur tal-ftehim ta’ liċenzja mill-persuna liċenzjata fir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħha mat-terzi)

2011/C 362/10

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Greenstar-Kanzi Europe NV

Konvenuti: Jean Hustin, Jo Goossens

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikoli 11(1), 13(1), (2) u (3), 16, 27, 94 u 104 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 178) — Kawżi ċivili — Kawża mressqa mill-proprjetarju ta’ dritt Komunitarju ta’ varjetajiet tal-pjanti jew minn persuna liċenzjata kontra persuna li, fir-rigward ta’ materjal tal-ħsad tal-varjetà tal-pjanti protetta li nkisbet mingħand persuna li għandha liċenzja għall-użu, wettqet ċerti atti, mingħajr ma osservat il-limiti stabbiliti fil-kuntratt ta’ liċenzja konkluż mal-propretarju ta’dan id-dritt

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 94 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 873/2004, tad-29 ta’ April 2004, moqri flimkien mal-Artikoli 11(1), 13(1) sa (3), 16, 27 u 104 tal-imsemmi regolament, f’kundizzjonijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju jew il-persuna liċenzjata tista’ tippreżenta rikors għal vjolazzjoni kontra terz li jkun kiseb il-materjal permezz tal-intermedjarju ta’ persuna liċenzjata oħra li tkun kisret il-kundizzjonijiet jew il-limiti li jinsabu fil-ftehim ta’ liċenzja li din l-aħħar persuna liċenzjata tkun preċedentement ikkonkludiet mal-proprjetarju sa fejn il-kundizzjonijiet jew il-limiti inkwistjoni jkunu direttament dwar l-elementi essenzjali tad-dritt Komunitarju ta’ protezzjoni tal-varjetajiet tal-pjanti kkonċernat li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa.

(2)

Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ksur, ma huwiex importanti li terz li jkun wettaq atti fir-rigward tal-materjal mibjugħ jew mogħti kien informat jew kellu jkun informat bil-kundizzjonijiet jew tal-limiti li jinsabu fil-ftehim ta’ liċenzja.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Nürnberg — il-Ġermanja) — Juan Pérez García, José Arias Neira, Fernando Barrera Castro, Dolores Verdún Espinosa bħala s-suċċessura ta’ José Bernal Fernández vs Familienkasse Nürnberg

(Kawża C-225/10) (1)

(Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 77 u 78 - Persuni intitolati biex jieħdu pensjoni skont il-leġiżlazzjoni ta’ numru ta’ Stati Membri - Ulied b’diżabbiltà - Benefiċċji tal-familja għal wild dipendenti - Dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru fejn fih twettqet attività professjonali - Eżistenza ta’ dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru ta’ residenza - Nuqqas ta’ talba - Għażla ta’ ħlas ta’ benefiċċju għal invalidità inkompatibbli mal-benefiċċji għal wild dipendenti - Kunċett ta’ “benefiċċju għal wild dipendenti” - Żamma tad-drittijiet miksuba fl-Istat Membru fejn fih twettqet attività professjonali)

2011/C 362/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Qorti tar-rinviju

Sozialgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juan Pérez García, José Arias Neira, Fernando Barrera Castro, Dolores Verdún Espinosa bħala s-suċċessura ta’ José Bernal Fernández

Konvenut: Familienkasse Nürnberg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sozialgericht Nürnberg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 77 u 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Benefiċċji għal ulied b’diżabbiltà ta’ benefiċjarji ta’ pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni ta’ numru ta’ Stati Membri u benefiċċji għall-orfni suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ numru ta’ Stati Membri — Dritt għal ħlas addizzjonali mill-Istat ta’ impjieg fil-każ fejn il-benefiċċji għat-tfal tal-Istat ta’ residenza huma ogħla minn iżda mhux kompatibbli ma’ benefiċċju għall-invalidità mhux kontributorju li ntgħażel mill-persuna kkonċernata

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 77(2)(b)(i) u 78(2)(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuni intitolati għal pensjoni tax-xjuħija u/jew ta’ invalidità, jew l-orfni ta’ ħaddiem li miet, li kienu suġġetti għal-leġizlazzjoni ta’ diversi Stati Membri, iżda li d-drittijiet għal pensjoni kif ukoll tal-orfni huma bbażati biss fuq il-leġiżlazzjoni ta’ dak li kien l-Istat Membru ta’ impjieg, għandhom id-dritt li jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat l-ammont sħiħ tal-allowances tal-familja previsti minn din il-leġiżlazzjoni għall-ulied b’diżabbiltà, anki jekk dawn ma jkunux talbu fl-Istat Membru ta’ residenza sabiex jibbenefikaw minn allowances simili ta’ ammont ogħla previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-aħħar Stat, minħabba li huma għażlu l-għoti ta’ benefiċċju ieħor għall-persuni b’diżabbiltà li huwa inkompatibbli ma’ dawn, billi d-dritt għall-allowances tal-familja f’dak li kien l-Istat Membru ta’ impjieg kien miksub biss taħt il-leġiżlazzjoni ta’ dan tal-aħħar.

(2)

Ir-risposta għat-tielet domanda hija identika għal dik mogħtija lill-ewwel żewġ domandi billi, taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza, il-persuni kkonċernati ma jistgħux jagħżlu l-ħlas tal-allowances tal-familja f’dan l-Istat.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — PepsiCo, Inc vs Grupo Promer Mon Graphic SA, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-281/10 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikoli 5, 6, 10 u 25(1)(d) - Disinn Komunitarju - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta oġġetti promozzjonali ċirkulari - Disinn Komunitarju preċedenti - Impressjoni ġenerali differenti - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Utent informat - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Żnaturament tal-fatti)

2011/C 362/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: PepsiCo, Inc. (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, avukat, V. von Bomhard, avukat)

Appellat: Grupo Promer Mon Graphic SA (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tat-18 ta’ Marzu 2010, fil-Kawża T-9/07 (Grupo Promer Mon Graphic vs UASI-PepsiCo), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali laqgħet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tad-disinn jew tal-mudell Komunitarju Nru 53186 1 kontra d-deċiżjoni R 1001/2005-3 tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-27 ta’ Ottubru 2006, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità tad-disinn jew tal-mudell Nru 74463 1 (artikoli promozzjonali għal-logħob)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

PepsiCo Inc. hija kkundannata għall ispejjeż.


(1)  ĠU C 234, 28.08.2010


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Freixenet, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża magħquda C-344/10 P u C-345/10 P) (1)

(Appelli - Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade marks Komunitarji li jirrappreżentw flixkun bl-iżmerill abjad kif ukoll flixkun bl-iżmerill iswed matt - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas ta’ karattru distintiv)

2011/C 362/13

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Freixenet, SA (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tas-27 ta’ April 2010, Freixenet vs UASI (T-110/08), li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat 30 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 97/2001-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrapreżenta flixkun bl-iżmerill abjad bħala trade mark Komunitarja — Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 73 u 38(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) [li saru l-Artikoli 7(1)(b), 75 u 37(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)] — Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Nuqqas ta’ karattru distintiv

Dispożittiv

(1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ April 2010, Freixenet vs UASI (flixkun bl-iżmerill abjad) (T-109/08), u Freixenet vs UASI (flixkun bl-iżmerill iswed matt) (T-110/08), huma annullati.

(2)

Id-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-30 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 97/2001-1) u tal-20 ta’ Novembru 2007 (Każ R 104/2001-1), huma annullati.

(3)

L-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati kemm l-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-ewwel istanza kif ukoll dawk relati mal-appelli.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-20 ta' Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal in Northern Ireland — Ir-Renju Unit) — Department of the Environment for Northern Ireland vs Seaport (NI) Ltd, Magherafelt district Council, F P McCann (Developments) Ltd, Younger Homes Ltd, Heron Brothers Ltd, G Small Contracts, Creagh Concrete Products Ltd

(Kawża C-474/10) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/42/KE - Artikolu 6 - Nomina, għall-finijiet ta’ konsultazzjoni, ta’ awtorità li tista’ tkun ikkonċernata mill-effetti ambjentali tal-implementazzjoni ta’ pjanijiet u ta’ programmi - Possibbiltà għal awtorità ta’ konsultazzjoni li tfassal pjanijiet jew programmi - Obbligu ta’ nomina ta’ awtorità distinta - Regoli għall-informazzioni u għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet u tal-pubbliku)

2011/C 362/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal in Northern Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Department of the Environment for Northern Ireland

Konvenuta: Seaport (NI) Ltd, Magherafelt district Council, F P McCann (Developments) Ltd, Younger Homes Ltd, Heron Brothers Ltd, G Small Contracts, Creagh Concrete Products Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal in Northern Ireland — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157) — Nomina, għall-finijiet ta’ konsultazzjoni, ta’ awtorità li tista’ tkun ikkonċernata mill-effetti ambjentali tal-implementazzjoni ta’ pjanijiet u ta’ programmi — Regoli għall-informazzioni u għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet u tal-pubbliku

Dispożittiv

(1)

Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2001/42 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, ma jirrikjedix li awtorità ta’ konsultazzjoni oħra fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tinħoloq jew tiġi nnominata, sakemm, fi ħdan l-awtorità normalment inkarigata li twettaq konsultazzjoni fil-qasam ambjentali u nnominata bħala tali, separazzjoni fonzjonali tiġi organizzata b’tali mod li entità amministrattiva, interna tagħha, għandha awtonomija reali, li jimplika b’mod partikolari li hija għandha mezzi amministrattivi u umani tagħha stess, u għalhekk hija fil-pożizzjoni li tissodisfa l-missjonijiet mogħtija lill-awtoritajiet ta’ konsultazzjoni fis-sens ta’ dan l-Artikolu 6(3) u, b’mod partikolari, li tagħti b’mod oġġettiv l-opinjoni tagħha dwar il-pjan jew programm previst mill-awtorità li magħha hija marbuta.

(2)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeħtieġx li t-termini, li fihom l-awtoritajiet innominati u l-pubbliku milqut jew li x’aktarx ikun milqut fis-sens tal-Artikolu 6(3) u (4) għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom fuq abbozz ta’ pjan jew ta’ programm partikolari kif ukoll fuq ir-rapport dwar l-effetti ambjentali, jiġu stabbiliti b’mod preċiż fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li titrasponi din id-direttiva, u, konsegwentement, l-imsemmi Artikolu 6(2) ma jipprekludix li tali termini jiġu stabbiliti każ b’każ mill-awtorità li tipprepara l-pjan jew programm. Madankollu, f’din l-aħħar sitwazzjoni, dan l-istess Artikolu 6(2) jeħtieġ li, għall-finijiet tal-konsultazzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet u ta’ dan il-pubbliku dwar abbozz ta’ pjan jew ta’ programm partikolari, it-terminu effettivament stabbilit ikun biżżejjed u jippermetti għalhekk li lil dawn tal-aħħar tingħata possibbiltà reali li jesprimu l-opinjoni tagħhom fil-ħin fuq dan l-abbozz ta’ pjan jew ta’ programm kif ukoll fuq ir-rapport dwar l-effetti ambjentali ta’ dan il-pjan jew programm.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2011 — Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort) vs Kyocera Mita Deutschland GmbH et

(Kawża C-457/11)

2011/C 362/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort)

Konvenuti: Kyocera Mita Deutschland GmbH, Epson Deutschland GmbH u Xerox GmbH

Domandi preliminari

Is-segwenti domandi dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29/KE (1), tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea:

(1)

Id-Direttiva 2001/29 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, meta l-okkorrenzi kkonċernati seħħew wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-direttiva tat-22 ta’ Ġunju 2001, iżda qabel id-data tal-applikazzjoni tagħha tat-22 ta’ Diċembru 2002?

(2)

Ir-riproduzzjonijiet miksuba permezz ta’ printers jistgħu jitqiesu bħala riproduzzjonijiet effettwati mill-użu ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew b’xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva 2001/29?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: fil-każ li eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni huma previsti skont l-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29, il-kundizzjonijiet previsti mid-direttiva fir-rigward tal-kumpens ġust jistgħu wkoll jiġu sodisfatti, fid-dawl tad-dritt fundamentali għal trattament ugwali stipulat fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, meta d-debituri tal-kumpens ġust ma humiex il-produtturi, l-importaturi u d-distributuri ta’ printers, iżda l-produtturi, l-importaturi u d-distributuri ta’ diversi apparati oħra li, flimkien ma’ apparati oħra, jippermettu li jsiru r-riproduzzjonijiet mixtieqa?

(4)

Il-possibbiltà li jiġu applikati l-miżuri teknoloġiċi previsti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29 hija suffiċjenti sabiex tħassar il-kundizzjoni tal-kumpens ġust prevista fl-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva?

(5)

Il-fatt li d-detentur tad-drittijiet jawtorizza espressament jew impliċitament ir-riproduzzjoni tax-xogħol tiegħu jippermetti li l-kundizzjoni [Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29] u l-possibbiltà (premessa 36 tad-Direttiva) ta’ kumpens ġust jitħassru?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2011 — Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort) vs Canon Deutschland GmbH

(Kawża C-458/11)

2011/C 362/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort)

Konvenuta: Canon Deutschland GmbH

Domandi preliminari

Il-Qorti tal-Ġustizzja qegħdin isirulha d-domandi segwenti dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (1):

(1)

Id-Direttiva 2001/29 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fl-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali fir-rigward ta’ każijiet li seħħew wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, jiġifieri t-22 ta’ Ġunju 2011, iżda qabel id-data sa meta kellha tiġi implementata, jiġifieri t-22 ta’ Diċembru 2002?

(2)

Riproduzzjonijiet permezz ta’ stampaturi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala riproduzzjonijiet imwettqa bl-użu ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew b’xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti, fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva 2001/29?

(3)

Fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv: fid-dawl tad-dritt fundamentali għal trattament ugwali skont l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/29 dwar kumpens ġust fil-każ ta’ eċċezzjonijiet jew limitazzjoni għad-dritt ta’ riproduzzjoni taħt l-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29 jkunu sodisfatti meta l-persuna responsabbli għall-ħlas ta’ kumpens xieraq ma tkunx il-manifattur, l-importatur jew il-bejjiegħ tal-istampatur iżda l-manifattur, l-importatur jew il-bejjiegħ ta’ apparat ieħor jew ta’ diversi apparati oħra li jifformaw unità li wkoll kapaċi twettaq riproduzzjonijiet?

(4)

Il-possibbiltà li jiġu applikati miżuri teknoloġiċi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29 tfisser li l-kundizzjoni ta’ kumpens ġust fis-sens tal-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva tista’ ma tiġix applikata?

(5)

Il-kundizzjoni [Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29] u l-possibbiltà (ara l-premessa 36 tad-Direttiva) ta’ kumpens ġust tista’ ma tiġix applikata meta d-detentur tad-dritt ikun ta l-kunsens tiegħu, b’mod espliċitu jew impliċitu, għar-riproduzzjoni tax-xogħol tiegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2011 — Fujitsu Technology Solutions GmbH vs Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort)

(Kawża C-459/11)

2011/C 362/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fujitsu Technology Solutions GmbH

Konvenuta: Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort)

Domandi preliminari

Is-segwenti domandi dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29/KE (1), tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea:

(1)

Id-Direttiva 2001/29 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, meta l-okkorrenzi kkonċernati seħħew wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-direttiva tat-22 ta’ Ġunju 2001, iżda qabel id-data tal-applikazzjoni tagħha tat-22 ta’ Diċembru 2002?

(2)

Ir-riproduzzjonijiet miksuba permezz tal-kompjuters jistgħu jitqiesu bħala riproduzzjonijiet effettwati mill-użu ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew b’xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva 2001/29?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: fil-każ li eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni huma previsti skont l-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29, il-kundizzjonijiet previsti mid-direttiva fir-rigward tal-kumpens ġust jistgħu wkoll jiġu sodisfatti, fid-dawl tad-dritt fundamentali għal trattament ugwali stipulat fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, meta d-debituri tal-kumpens ġust ma humiex il-produtturi, l-importaturi u d-distributuri ta’ kompjuters, iżda l-produtturi, l-importaturi u d-distributuri ta’ diversi apparati oħra li, flimkien ma’ apparati oħra, jippermettu li jsiru r-riproduzzjonijiet mixtieqa?

(4)

Il-possibbiltà li jiġu applikati l-miżuri teknoloġiċi previsti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29 hija suffiċjenti sabiex tħassar il-kundizzjoni tal-kumpens ġust prevista fl-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva?

(5)

Il-fatt li d-detentur tad-drittijiet jawtorizza espressament jew impliċitament ir-riproduzzjoni tax-xogħol tiegħu jippermetti li l-kundizzjoni [Artikolu 5(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29] u l-possibbiltà (premessa 36 tad-Direttiva) ta’ kumpens ġust jitħassru?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2011 — Hewlett-Packard GmbH vs Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort)

(Kawża C-460/11)

2011/C 362/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hewlett-Packard GmbH

Konvenuta: Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort)

Domandi preliminari

Is-segwenti domandi dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29/KE (1), tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea:

(1)

Id-Direttiva 2001/29 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, meta l-okkorrenzi kkonċernati seħħew wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-direttiva tat-22 ta’ Ġunju 2001, iżda qabel id-data tal-applikazzjoni tagħha tat-22 ta’ Diċembru 2002?

(2)

Ir-riproduzzjonijiet miksuba permezz ta’ printers jistgħu jitqiesu bħala riproduzzjonijiet effettwati mill-użu ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew b’xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva 2001/29?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: fil-każ li eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni huma previsti skont l-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29, il-kundizzjonijiet previsti mid-direttiva fir-rigward tal-kumpens ġust jistgħu wkoll jiġu sodisfatti, fid-dawl tad-dritt fundamentali għal trattament ugwali stipulat fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, meta d-debituri tal-kumpens ġust ma humiex il-produtturi, l-importaturi u d-distributuri ta’ printers, iżda l-produtturi, l-importaturi u d-distributuri ta’ diversi apparati oħra li, flimkien ma’ apparati oħra, jippermettu li jsiru r-riproduzzjonijiet mixtieqa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Sul (il-Portugall) fis-26 ta’ Settembru 2011 — Portugal Telecom SGPS, SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-496/11)

2011/C 362/19

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Central Administrativo Sul

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Portugal Telecom SGPS, SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Parti intervenjenti: Ministério Público

Domandi preliminari

(1)

L-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1997 (1), tipprojbixxi li l-amministrazzjoni tat-taxxa Portugiża timponi fuq ir-rikorrenti, li hija kumpannija holding (Sociedade Gestora de Participações Sociais — SGPS, iktar ’il quddiem “SGPS”), l-użu tal-metodu ta’ tnaqqis pro rata għall-VAT kollha li tirriżulta fl-inputs tagħha, billi tibbaża ruħha fuq il-fatt li l-għan prinċipali tal-kumpannija huwa l-ġestjoni tal-ishma ta’ kumpanniji oħra, anki meta dawn l-inputs (servizzi akkwiżiti) jippreżentaw rabta diretta, immedjata u inekwivoka ma’ tranżazzjonijiet — provvisti ta’ servizzi — intaxxati fuq l-output, fl-ambitu ta’ attività komplementari, legalment permessa, ta’ provvista ta’ servizzi tekniċi ta’ ġestjoni?

(2)

Entità li għandha l-kwalità ta’ SGPS u li hija suġġetta għall-VAT fejn jidħol l-akkwist ta’ oġġetti u servizzi li, sussegwentement, huma ffatturati kollha kemm huma mill-ġdid, bil-VAT, lill-kumpanniji assoċjati tagħha, fejn hija tikkonsolida attività ta’ natura sekondarja — provvista ta’ servizzi tekniċi ta’ amministrazzjoni u ta’ ġestjoni — mal-attività prinċipali żviluppata — ġestjoni ta’ ishma —, tkun tista’ tnaqqas it-taxxa kollha dovuta għal dawn l-ishma, permezz tal-applikazzjoni tal-metodu ta’ tnaqqis tal-applikazzjoni reali, previst fl-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/13


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2011 minn Kone Oyj, Kone GmbH u Kone BV kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-151/07 — Kone Oyj, Kone GmbH, Kone BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-510/11 P)

2011/C 362/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Kone Oyj, Kone GmbH, Kone BV (rappreżentanti: T. Vinje, solicitor, D. Paemen, avukat, A. Tomtsis, dikigoros, A. Morfey, solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fl-intier tagħha;

tannulla l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni sa fejn din timponi multa fuq Kone Oyj u Kone GmbH, u, jew ma timponix multa jew inkella timponi multa ta’ ammont iktar baxx minn kif ġie ddeterminat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/E-1/38.823 — PO/Liftijiet u eskalejters) (iktar ’il quddiem: id-“Deċiżjoni”);

tannulla l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn din timponi multa fuq Kone Oyj u Kone BV, u timponi multa ta’ ammont inqas minn dak stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata fuq il-bażi tal-aggravji li ġejjin:

 

Fir-rigward tal-ksur fil-Ġermanja, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma eċċedietx il-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha b’mod manifest meta, fid-Deċiżjoni, hija evalwat il-kontribuzzjoni ta’ Kone għall-ftuħ tal-investigazzjoni u l-konstatazzjoni tal-ksur. L-iżball ta’ liġi tal-Qorti Ġenerali wassal biex Kone tiġi skwalifikata, b’mod żbaljat, mill-immunità taħt l-Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (iktar ’il quddiem: l-“Avviż tal-2002”)

 

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi wkoll meta kkonkludiet li l-ksur tal-Kummissjoni tal-Avviż tal-2002 ma marx kontra l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

 

Fir-rigward tal-ksur fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat ir-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti lil Kone kwalunkwe tnaqqis fil-multa skont l-Avviż tal-2002, dan minħabba l-klassifikazzjoni minn Kone tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni tagħha għall-klemenza. Bħala riżultat, il-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn din irrifjutat li tagħti lil Kone kwalunkwe tnaqqis tal-multa għall-kartell fil-Pajjiżi l-Baxxi.

 

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi wkoll billi ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ trattament ugwali meta kkonkludiet li s-sottomissjonijiet ta’ Kone fir-rigward tal-kartell Olandiż ma setgħux jitqabblu mas-sottomissjonijiet ta’ ThyssenKrupp fir-rigward tal-kartell fil-Belġju.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/14


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-517/11)

2011/C 362/21

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia, I. Chatzigiannis u S. Petrova)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika Ellenica:

billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tevita d-deterjorament tal-habitat naturali u tal-habitat tal-ispeċi li għalihom ġiet stabbilita iż-żona ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) 1220009 u, b’mod partikolari, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex twettaq l-azzjonijiet relatati mat-tmiem tat-tħaffir illegali, għall-irrigazzjoni, għar-rimi ta’ skart industrijali u għall-proġett ta’ ġestjoni u ta’ programm integrat għall-monitoraġġ tal-Park nazzjonali tal-għadajjar ta’ Koroneia-Volvi u ta’ Makedonikon Tempon, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KE, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tal-istess direttiva.

billi ma temmitx is-sistema ta’ dranaġġ u ta’ trattament tal-ilma urban mormi għall-konglomerat ta’ Langada, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 4(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

(1)

In-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat jirrigwarda d-deterjorament u t-tniġġis tal-lag ta’ Koroneia (Prefettura di Salonicco), li rriżulta minn serje ta’ azzjonijiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent u n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-qafas leġiżlattiv adottat mir-Repubblika Ellenika għall-ħarsien tal-imsemmija għadira.

(2)

Sabiex jikkonformaw ruħhom mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, l-awtoritajiet Elleniċi adottaw sistema ta’ protezzjoni taż-żona (Digriet Ministerjali 6919/2004), programm speċjali għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma tal-għadira (Digriet Ministerjali 35308/1838/2005) u proġett ta’ azzjoni kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati (Digriet Ministerjali 16175/824/2006) u approvaw 21 azzjoni neċessarja għar-rijabilitazzjoni tal-għadira fil-kuntest ta’ pjan ewlieni mfassal mill-Prefettura (iktar ’il quddiem il-“Master Plan”). Fl-istess żmien, ġie żgurat il-finanzjament ta’ tali miżuri minn fondi tal-Unjoni [ara, b’mod partikolari, id-deċiżjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni C(2005) 5779/19.12.2005 li jiffinanzja xogħlijiet ta’ infrastruttura], u anki minn fondi nazzjonali.

(3)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Elleniċi għadhom ma daħħlux fis-seħħ, b’mod sostanzjali, il-qafas leġiżlattiv inkwistjoni. Il-problema tad-deterjorament tal-għadira baqgħat mhux solvuta u konsegwentement it-twettieq ta’ wħud mill-21 azzjoni (rekwiżit indispensabbli għall-aċċess tal-finanzjament mill-UE) iddewwem. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ żvilupp fl-applikazzjoni tal-miżuri pprogrammati, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

(4)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li kien hemm ksur tal-Artikolu 6(2) moqri flimkien mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 92/43/KEE, intiż sabiex jipprevjeni, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament tal-habitat naturali u tal-habitat tal-ispeċi, kif ukoll il-perturbazzjonijiet li għandhom konsegwenzi fuq l-speċi li għalihom ġew stabbiliti ż-żoni u fuq il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi.

(5)

Skont l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, il-Greċja ma adottatx il-miżuri kollha sabiex twettaq l-azzjonijiet kollha li kienet fasslet u li kienu meqjusa neċessarji sabiex jintlaħaq l-għan tal-imsemmija dispożizzjonijiet.

(6)

B’mod partikolari,

ma nkisibx it-tmiem definittiv tat-tħaffir illegali, li l-awtoritajiet Elleniċi nnifishom qiesu neċessarju għar-rijabilitazzjoni tal-għadira;

għadha ma twettaqx il-limitu tal-irrigazzjoni f’livell sostenibbli, kif jirriżulta mill-fatt li l-awtoritajiet Elleniċi ma pproduċewx provi li juru li l-miżuri previsti ġew adottati;

għadu ma ġiex żviluppat l-istudju ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ta’ sistema kollettiva ta’ irrigazzjoni u tal-arrikkiment tal-aquifer tal-għadira ta’ Koroneia u fl-istess waqt ma twettaqx ir-rimi ta’ skart industrijali, peress li ma jidhirx li ġie ffirmat il-kuntratt relatat max-xogħol ta’ konstruzzjoni ta’ baċiri tal-għadira għall-fermentazzjoni. Barra minn hekk, erba’ industriji li jniġġsu għadhom jiffunzjonaw illegalmenti;

għadu ma ġiex approvat il-proġett ta’ ġestjoni u ta’ programm integrat ta’ monitoraġġ tal-Park nazzjonali tal-għadajjar ta’ Koroneia-Volvi u Makedonikon Tempon.

(7)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li nkisru l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 91/271/KEE, fir-rigward tar-rimi u tas-sistema tad-dranaġġ tal-ilma urban mormi. Fil-fatt, għal dak li jirrigwarda il-kostruzzjoni tas-sistema tad-dranaġġ ta’ Langada, li tikkonsisti f’faċilità li tirċievi d-dranaġġ ċivili u industrijali, u l-funzjonament bioloġiku, il-Kummissjoni ma ġietx innotifikata mill-awtoritajiet Elleniċi bit-tlestija tal-ewwel fażi tal-ħidma ppjanata, fażi li ladarba tintemm kellha sservi lil 50 % tal-popolazzjoni tal-belt ta’ Langada. Fi kwalunkew każ, it-tieni fażi tar-rimi ta’ Langada, li ladarba jitlesta kellu jservi l-100 % tal-popolazzjoni għadha fil-fażi ta’ studju.

(8)

Fl-aħħar nett, għal dak li jirrigwarda l-ipproċessar tat-tieni livell tal-ilma urban mormi, il-kuntratt relatat miegħu ma kienx għadu ġie ffirmat fid-data li fiha l-awtoritajiet Elleniċi rrispondew għall-opinjnoi motivata.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/15


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-520/11)

2011/C 362/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u D. Bianchi, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-unur titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma eżegwietx id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/726/KE li titlob lil Franza tissospendi l-applikazzjoni tal-miżuri tagħha li jipprojbixxu l-introduzzjoni fit-territorju tagħha, għal finijiet ta’ alimentazzjoni tal-bniedem, ta’ ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib li jiġu minn azjendi fejn każ ta’ scrapie klassika ġiet ikkonfermata, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(3) TUE u 288 TFUE;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-25 ta’ Frar 2009, Franza adottat digriet dwar il-projbizzjoni ta’ importazzjoni fit-territorju Franċiż ta’ ħalib, ta’ prodotti tal-ħalib u ta’ prodotti li jinkludu l-ħalib ta’ oriġini ovina u kaprina taħt riskju fir-rigward tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli intiżi għall-alimentazzjoni tal-bniedem.

Il-Kummissjoni ressqet il-każ quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali (KPKASA), bil-għan li jiġu estiżi, emendati jew imħassra l-miżuri interim ta’ ħarsien nazzjonali msemmija.

Abbażi tal-opinjonijiet xjentifiċi disponibbli kif ukoll tal-konsultazzjonijiet tal-KPKASA, fl-24 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri interim ta’ ħarsien adottati minn Franza jmorru lilhinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġi evitat riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, anki fid-dawl tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, u adottat, abbażi tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 178/2002 (1), id-Deċiżjoni 2009/726/KE (2) li titlob lil Franza tissospendi l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri.

Ir-Repubblika Franċiża ppreżentat rikors għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni. Madankollu hija ma talbitx is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tagħha.

Il-Kummissjoni tqis li billi ma eżeġwietx id-deċiżjoni msemmija, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(3) TUE u 288 TFUE.

Fl-ewwel lok, u skont l-Artikolu 4(3) TUE, l-Istati Membri għandhom jadottaw kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jiżguraw l-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati jew mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Fit-tieni lok, l-Artikolu 288 TFUE jipprovdi li deċiżjoni torbot, fl-intier tagħha fir-rigward tal-elementi kollha tagħha, lil min hija indirizzata sabiex tiġi żgurata l-effikaċja sħiħa tad-deċiżjoni.

Fl-aħħar lok, peress li r-rikors għal annullament ippreżentat mir-Repubblika Franċiża kontra d-Deċiżjoni 2009/726/KE ma huwiex ta’ natura sospensiva u peress li r-Repubblika Franċiża ma talbitx is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma ġietx sospiża.


(1)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Settembru 2009, li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien li ttieħdu minn Franza fir-rigward tal-introduzzjoni fit-territorju tagħha tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jiġu minn azjenda fejn il-każ ta’ scrapie klassika hu kkonfermat (ĠU L 258, p. 27).


Il-Qorti Ġenerali

10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2011 — Cadila Healthcare vs UASI — Laboratorios Inibsa (ZYDUS)

(Kawża T-287/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 362/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cadila Healthcare Ltd (Ahmedabad, l-Indja) (rappreżentanti: S. Bailey, F. Potin u A. Juaristi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Laboratorios Inibsa, SA (Llissa de Vall, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1322/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Inibsa, SA, u Cadila Healthcare Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2011 — United Phosphorus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/09) (1)

(Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva napropamide - Nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Adozzjoni ta’ direttiva ulterjuri - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 362/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United Phosphorus Ltd (Warrington, Cheshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Parpala u N.B. Rasmussen, sussegwentement L. Parpala, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/902/KE, tas-7 ta’ Novembru 2008, dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/17


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2011 — Peek & Cloppenburg vs UASI — Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

(Kawża T-506/11)

2011/C 362/25

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Abrar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta’ Frar 2011, fil-Każ R 53/2005-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Peek & Cloppenburg” għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Peek & Cloppenburg

Trade mark jew sinjal invokat: sinjal preċedenti ieħor, jiġifieri l-isem ta’ kumpannija “Peek & Cloppenburg”, li huwa validu fil-Ġermanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn l-użu tat-trade mark iktar reċenti “Peek & Cloppenburg” ma jistax jiġi pprojbit u sa fejn ma saritx talba għal projbizzjoni tal-użu fit-territorju Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 12 tal-MarkenGesetz (Liġi Ġermaniża dwar it-trade marks), kif ukoll ksur tal-ewwel parti tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell kien imissu stenna li tingħata deċiżjoni mill-Bundesgerichtshof (Qorti Federali) Ġermaniża kif ukoll li sentenza mogħtija fil-proċedimenti Ġermaniżi għat-tħassir ta’ trade mark tgħaddi għal res judicata


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/18


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2011 — Peek & Cloppenburg vs UASI — Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

(Kawża T-507/11)

2011/C 362/26

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Abrar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta’ Frar 2011, fil-Każ R 262/2005-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Peek & Cloppenburg” għal servizzi fil-klassi 35

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Peek & Cloppenburg

Trade mark jew sinjal invokat: sinjal preċedenti ieħor, jiġifieri l-isem ta’ kumpannija “Peek & Cloppenburg”, li huwa validu fil-Ġermanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn l-użu tat-trade mark iktar reċenti “Peek & Cloppenburg” ma jistax jiġi pprojbit u sa fejn ma saritx talba għal projbizzjoni tal-użu fit-territorju Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 12 tal-MarkenGesetz (Liġi Ġermaniża dwar it-trade marks), kif ukoll ksur tal-ewwel parti tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell kien imissu stenna li tingħata deċiżjoni mill-Bundesgerichtshof (Qorti Federali) Ġermaniża kif ukoll li sentenza mogħtija fil-proċedimenti Ġermaniżi għat-tħassir ta’ trade mark tgħaddi għal res judicata


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/18


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2011 — Aloe Vera of America vs UASI — Diviril (FOREVER)

(Kawża T-528/11)

2011/C 362/27

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aloe Vera of America, Inc. (Dallas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u F. Kerl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Diviril-Distribuidora de Viveres do Ribatejo, Lda (Alenquer, il-Portugall)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Awwissu 2011, fil-Każ R 742/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut u, skont il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “FOREVER” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 30, 31 u 32 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5617089

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Portugiża rreġistrata bin-numru 297697 tat-trade mark figurattiva “4 EVER”, għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli: (i) jevalwa b’mod korrett il-prova tal-użu prodotta mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell; (ii) jidentifika b’mod korrett id-differenzi għall-widna bejn it-trade marks kunfliġġenti; (iii) jidentifika b’mod korrett id-differenzi kunċettwali bejn it-trade marks kunfliġġenti; u (iv) jidentifika b’mod korrett id-differenzi viżivi bejn it-trade marks kunfliġġenti.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/19


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2011 — Evonik Industries vs UASI — Impulso Industrial Alternativo (Impulso creador)

(Kawża T-529/11)

2011/C 362/28

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impulso Industrial Alternativo, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Ġunju 2011 fil-Każ R 1101/2010-2; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Impulso creador”, għal diversi prodotti u servizzi li fosthom jinsabu s-servizzi fil-klassijiet 35, 36, 37 u 42 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6146187

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Spanjola Nru 2633891 tat-trade mark figurattiva “IMPULSO”, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42; Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4438206 tat-trade mark figurattiva “IMPULSO”, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma kkunsidrax b’mod korrett l-impressjoni ġenerali differenti tat-trade marks konfliġġenti.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/19


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2011 — Chivas vs UASI — Glencairn Scotch Whisky (CHIVALRY)

(Kawża T-530/11)

2011/C 362/29

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chivas Holding (IP) Ltd (Renfrewshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Carboni, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd (Glasgow, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks and Disinni) tal-14 ta’ Lulju 2011 fil-Każ R 2334/2010-1, u tibgħat il-każ lura quddiem l-UASI sabiex dan ikun jista’ jipproċedi; u

tordna lill-konvenut u kwalunkwe intervenjenti f’dan l-appell ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti, sostnuti f’din il-proċedura u kif ukoll dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “CHIVALRY”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6616593

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 1293610 tat-trade mark figurattiva “CHIVALRY”, għal prodotti fil-klassi 33; Reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 2468527 tat-trade mark figurattiva “CHIVALRY SPECIAL RESERVE SCOTCH WHISKY”, għal prodotti fil-klassi 33; Trade mark verbali tar-Renju Unit mhux irreġistrata “CHIVALRY”, użata fl-ambitu tal-kummerċ fir-rigward tal-“Whisky”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 76(1) u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) għamel b’mod żbaljat konstatazzjoni ta’ fatt fir-rigward tal-karatteristiċi tal-pubbliku rilevanti u naqas milli jimmotiva din il-konstatazzjoni; (ii) sussidjarjament għall-ewwel motiv, wara li kkonstata li l-konsumatur rilevanti huwa “partikolarment konxju fir-rigward tad-ditta u leali lejn id-ditta”, naqas b’mod żbaljat milli jevalwa li dawn il-karatteristiċi jżidu l-attenzjoni tal-konsumatur rilevanti u għalhekk inaqqsu l-probabbiltà ta’ konfużjoni; (iii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni linji gwida importanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja u adotta l-approċċ żbaljat meta qabbel it-trade marks; (iv) identifika b’mod żbaljat il-kelma “CHIVALRY” bħala l-element viżwalment dominanti tat-trade mark preċedenti u kkonkluda b’mod żbaljat li l-ħames elementi figurattivi u verbali l-oħra għandhom rwol sekondarju; (v) assuma b’mod żbaljat li t-tqabbil fis-smigħ tat-trade marks seta’ jsir bl-istess mod bħat-tqabbil viżiv; u (vi) evalwa b’mod żbaljat probabbiltà ta’ konfużjoni.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/20


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2011 — Hultafors Group vs UASI — Società Italiana Calzature (Snickers)

(Kawża T-537/11)

2011/C 362/30

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hultafors Group AB (Bollebygd, l-Isvezja) (rappreżentanti: A. Rasmussen u T. Swanstrøm, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Società Italiana Calzature SpA (Milano, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Awwissu 2011, fil-Każ R 2519/2010-4; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tat-terzi persuni, inkluż dawk sostnuti matul l-appell u l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-abjad u bl-iswed “Snickers”, għal prodotti fil-klassijiet 8, 9 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3740719

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark Taljana Nru 348149 tat-trade mark “KICKERS”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 16, 18, 24, 25, 28, 32 u 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha inkwistjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell assuma b’mod żbaljat li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-applikazzjoni għat-trade mark u t-trade mark ikkontestata.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/20


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2011 — Fundação Calouste Gulbenkian vs UASI — Gulbenkian (GULBENKIAN)

(Kawża T-541/11)

2011/C 362/31

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fundação Calouste Gulbenkian (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Micael Gulbenkian (Oeiras, il-Portugall)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Lulju 2011 fil-Każ R 1436/2010-2;

teżamina u tieħu inkunsiderazzjoni d-dokumenti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għal dak li jirrigwarda r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti jew tordna lill-konvenut jadotta deċiżjoni ġdida li tqis dawn id-dokumenti;

tilqa’, kollha kemm hi, l-oppożizzjoni tar-rikorrenti;

tordna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) jiċħad definittivament u kollha kemm hi t-trademark Komunitarja ikkontestata Nru 4724647, tat-trade mark verbali “GULBENKIAN”, għall-prodotti u għas-servizzi kollha fil-klassijiet 4, 33, 35, 36, 37, 41, 42 u 44;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri; u

tikkundanna lill-intervenjent, fil-każ li jidher quddiem il-Qorti Ġenerali, għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem l-UASI (oppożizzjoni u appell).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GULBENKIAN”, b’mod partikolari għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 33, 35, 36, 37 u 42 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 4724647

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark li għandha reputazzjoni fil-Portugall “Fundação Calouste Gulbenkian” għal ‘arti (arti plastika u musika); karità (żvilupp tas-saħħa u uman); xjenza (riċerka u promozzjoni); edukazzjoni (sostenn u żvilupp); servizzi tekniċi u ta’ tmexxija relatati mal-industrija taż-żejt’; isem tal-Kumpannija “Fundação Calouste Gulbenkian” użat għal ‘arti (arti plastika u musika); karità (żvilupp tas-saħħa u uman); xjenza (riċerka u promozzjoni); edukazzjoni (sostenn u żvilupp); servizzi tekniċi u ta’ tmexxija relatati mal-industrija taż-żejt’; Logos Nri. 5 351 u 5 352“Fundação Calouste Gulbenkian” użati għal ‘arti (arti plastika u musika); karità (żvilupp tas-saħħa u uman); xjenza (riċerka u promozzjoni); edukazzjoni (sostenn u żvilupp); servizzi tekniċi u ta’ tmexxija relatati mal-industrija taż-żejt’.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u l-kumplament tal-appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(4), u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u tal-ġurisprudenza applikabbli, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat il-fatturi differenti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2011 — Scovill Fasteners vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/07) (1)

2011/C 362/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 37, 09.02.2008.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — Confortel Gestión vs UASI — Homargrup (CONFORTEL AQUA 4)

(Kawża T-521/10) (1)

2011/C 362/33

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/22


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 — A vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-12/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Marda kkaġunata mix-xogħol - Relazzjoni bejn il-proċeduri previsti fl-Artikoli 73 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dannu provviżorju - Rimbors ta’ spejjeż mediċi - Aċċess għall-fajl individwali)

2011/C 362/34

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: A (P., Franza) (rappreżentanti: B. Cambier u A. Paternostre, avutati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi ddikjarata responsabbli għal ċerti żbalji allegatament imwettqa fil-konfront tar-rikorrent fil-kuntest tal-proċedura applikata fuq il-bażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll l-annullament ta’ diversi deċiżjonijiet li jċaħħdu lir-rikorrent mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 73(2)(b) tar-Regolamenti, milli jiġi pprovdut b’diversi dokumenti li jifformaw parti mill-fajl mediku tiegħu u milli jiġi rrimborsat għal ċerti spejjeż mediċi — Min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni allegatament sostnuti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 113 16.05.09, p. 45.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/22


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2011

Michail vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-100/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjal - Awtorità ta’ res judicata - Dmir ta’ assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku)

2011/C 362/35

Lingwa tal-kawża:il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Michail (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas u E. Antypa, avukati)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba għal assistenza magħmula skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba l-fastidju psikoloġiku li r-rikorrent jallega li kien vittma tiegħu.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

C. Michail għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu u huwa kundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 63, 13.03.10, p. 52.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/22


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Settembru 2011 — Nastvogel vs Il-Kunsill

(Kawża F-4/10) (1)

(Servizz pubbliku - Evalwazzjoni - Rapporti ta’ evalwazzjoni - Opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti - Deterjorament tal-evalwazzjonijiet analitiċi - Djalogu bejn il-persuna evalwata u l-evalwatur - Konsultazzjoni ta’ diversi superjuri ġerarkiċi - Għarfien tax-xogħol tal-persuna evalwata mit-tieni evalwatur - Motivazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-leave tal-mard)

2011/C 362/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nastvogel (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill (rappreżentanti: M. Vitsentzatos u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Dispożittiv

(1)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ C. Nastvogel stabbilit għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2007 huwa annullat.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010, p. 54.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/23


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 — AC vs Il-Kunsill

(Kawża F-9/10) (1)

(Servizz pubbliku - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2011/C 362/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AC (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti]

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ persuni promossi għall-grad ta’ AD 13 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

AC għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 113, 01.05.10, p. 79.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/23


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 — Allen vs Il Kummissjoni

(Kawża F-23/10) (1)

(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Mard serju - Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal - Estensjoni tal-kopertura kontra r-riskji ta’ mard taħt l-Iskema Komuni ta’ Assigurazzjoni għas-Saħħa - Kriterju bbażat fuq in-nuqqas ta’ kopertura minn skema oħra)

2011/C 362/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Finola Allen (Armação de Pera, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti għal rikonoxximent ta’ mard serju.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet tat-30 ta’ Ġunju 2009, tas-17 ta’ Lulju 2009 u tas-7 ta’ Jannar 2010, li permezz tagħhom il-Kummissjoni rrifjutat li tirrikonoxxi li F. Allen kienet issofri minn marda serja u rrifjutat li testendi l-kopertura kontra riskji ta’ mard tagħha, huma annullati.

(2)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010, p. 58.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/23


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011

AZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-26/10) (1)

(Servizz pubbliku - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi - Eżistenza ta’ proċedura dixxiplinari - Esklużjoni mill-proċedura ta’ promozzjoni)

2011/C 362/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AZ (Thionville, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li teskludi lir-rikorrent mill-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallsu somma bħala kumpens għad-danni morali.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

AZ għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010, p. 58.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/24


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 — Hecq vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-47/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Artikoli 73 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Regularità tal-opinjoni tal-Kumitat mediku - Rifjut li tiġi rikonoxxuta l-invalidità parzjali permanenti)

2011/C 362/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: A. Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, bħala aġenti, assistiti minn J.-L. Fagnart, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw li jirrikonoxxu lir-rikorrent l-invalidità parzjali permanenti fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u li jimponu fuqu parti mill-ispejjeż u mill-onorarji mediċi sostnuti matul ix-xogħlijiet tal-kummissjoni mediku.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Settembru 2009, sa fejn dawn jimponu fuq A. Hecq l-ispejjeż u l-onorarji tat-tabib li huwa ħatar sabiex jirrappreżentah fi ħdan il-kummissjoni medika kif ukoll nofs l-ispejjeż u l-onorarji tat-tielet tabib tal-kummissjoni medika maħtur bi ftehim.

(2)

It-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-7 ta’ Settembru 2009, sa fejn dawn jirrifjutaw ir-rikonoxximent lil A. Hecq ta’ rata għall-invalidità permanenti, huma miċħuda bħala infondati.

(3)

A. Hecq għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 221, 14.08.10, p. 61.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/24


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Seduta Plenarja) tas-27 ta’ Settembru 2011

De Nicola vs BEI

(Kawża F-55/08 DEP)

(Servizz Pubbliku - Proċedura - Intaxxar tal-ispejjeż - Spejjeż li jistgħu jinġabru - Spejjeż indispensabbli - Onorarji mħallsa minn istituzzjoni lil avukat tagħha - Obbligu ta’ rikorrent li tilef li jbati dawn l-onorarji - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Kundizzjonijiet)

2011/C 362/41

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: F. Martin, aġent, assistita minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Rikors għal intaxxar tal-ispejjeż ippreżentat mill-konvenut sussegwentement għas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tat-30/11/09, mogħtija fil-Kawża F-55/08.

Dispożittiv tad-digriet

L-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru mill-Bank Ewropew tal-Investiment fil-Kawża F-55/08, De Nicola vs BEI, huwa stabbilit għal EUR 6 000


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/24


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2011

Cervelli vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-98/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance ta’ espatrijazzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Fatti ġodda u sostanzjali - Rikors manifestament inammissibbli)

2011/C 362/42

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: F. Cervelli (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. R. García-Gallardo Gil-Fournier u M. Arias Díaz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rifjut li tingħata allowance ta’ espatrijazzjoni lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

F. Cervelli għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 13, 15.01.11, p. 42.


10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/25


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 — Hecq vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-12/11) (1)

(Servizz Pubbliku - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Invalidità - Talba għal bidu mill-ġdid tal-attività professjonali - Talba għad-danni)

2011/C 362/43

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiġi miċħuda t-talba tar-rikorrent sabiex jerġa’ jibda l-attivitajiet professjonali tiegħu u jingħata l-ħlas kollu tal-paga tiegħu ta’ uffiċjal, ikkalkolata mill-1 ta’ Awwissu 2003, kif ukoll tad danni u tal-interessi, kollox flimkien ma’ interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 7 % fis-sena mill-1 ta’ Awwissu 2003.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħla manifestament inammissibbli.

(2)

Hecq għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 113, 09.04.2011, p. 22.