ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2019/C 406/01 |
||
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
2019/C 406/02 |
||
2019/C 406/03 |
||
2019/C 406/04 |
||
2019/C 406/05 |
Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn tliet Imħallfin |
|
2019/C 406/06 |
Teħid ta’ ġurament mill-membri l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
2019/C 406/07 |
||
2019/C 406/08 |
Lista li sservi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Kulleġġi Ġudikanti |
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
2019/C 406/09 |
Teħid ta’ ġurament mill-membri l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
2019/C 406/10 |
||
2019/C 406/11 |
||
2019/C 406/12 |
||
2019/C 406/13 |
||
2019/C 406/14 |
||
2019/C 406/15 |
||
2019/C 406/16 |
||
2019/C 406/17 |
||
2019/C 406/18 |
||
2019/C 406/19 |
||
2019/C 406/20 |
||
2019/C 406/21 |
||
2019/C 406/22 |
||
2019/C 406/23 |
||
2019/C 406/24 |
||
2019/C 406/25 |
||
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
2019/C 406/26 |
||
2019/C 406/27 |
||
2019/C 406/28 |
||
2019/C 406/29 |
||
2019/C 406/30 |
||
2019/C 406/31 |
||
2019/C 406/32 |
||
2019/C 406/33 |
||
2019/C 406/34 |
||
2019/C 406/35 |
||
2019/C 406/36 |
||
2019/C 406/37 |
||
2019/C 406/38 |
||
2019/C 406/39 |
||
2019/C 406/40 |
||
2019/C 406/41 |
||
2019/C 406/42 |
||
2019/C 406/43 |
||
2019/C 406/44 |
Kawża T-632/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2019 – DD vs FRA |
|
2019/C 406/45 |
Kawża T-640/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – Sasol Germany and Others vs ECHA |
|
2019/C 406/46 |
||
2019/C 406/47 |
||
2019/C 406/48 |
Kawża T-695/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2019 – Falqui vs Il-Parlament |
|
2019/C 406/49 |
Kawża T-698/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2019 – FJ et vs SEAE |
|
2019/C 406/50 |
Kawża T-699/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2019 – FT et vs Il-Kummissjoni |
|
2019/C 406/51 |
Kawża T-700/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2019 – Al-Gaoud vs Il-Kunsill |
|
2019/C 406/52 |
Kawża T-704/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2019 – FGSZ vs ACER |
|
Rettifika |
|
2019/C 406/53 |
Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-279/19 (ĠU C 220 tal-1ta’ Lulju 2019) |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2019/C 406/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
Il-Qorti tal-Ġustizzja
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/2 |
Ħatra tal-Avukat Ġenerali Ewlieni
(2019/C 406/02)
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-24 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’applikazzjoni tal-Artikolu 14(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ħatret lil M. Szpunar bħala Avukat Ġenerali Ewlieni, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2019 sas-6 ta’ Ottubru 2020.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/2 |
Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (proċedura b’urgenza għal deċiżjoni preliminari)
(2019/C 406/03)
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-24 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’applikazzjoni tal-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għażlet it-Tieni Awla u r-Raba’ Awla sabiex ikunu l-Awli inkarigati mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tal-imsemmija regoli, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2019 sas-6 ta’ Ottubru 2020.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/2 |
Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (eżami mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet mogħtija fuq appell)
(2019/C 406/04)
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-24 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’applikazzjoni l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għażlet il-Ħames Awla sabiex tkun l-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tal-imsemmija regoli, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2019 sas-6 ta’ Ottubru 2020.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/2 |
Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn tliet Imħallfin
(2019/C 406/05)
Fil-laqgħa tal-24 ta’ Settembru 2019, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, b’applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regoli tal-Proċedura, lil M. Safjan, bħala President tas-Sitt Awla, lil P. G. Xuereb, bħala President tas-Seba’ Awla, lil L. S. Rossi, bħala President tat-Tmien Awla, lil S. Rodin, bħala President tad-Disa’ Awla, u lil I. Jarukaitis, bħala President tal-Għaxar Awla, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2019 sas-6 ta’ Ottubru 2020.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/3 |
Teħid ta’ ġurament mill-membri l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2019/C 406/06)
Maħtur bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ Frar 2019 (1), għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2019 sas-6 ta’ Ottubru 2021, N. Jääskinen ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2019.
Maħtur bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Lulju 2019 (2), għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2019 sas-6 ta’ Ottubru 2024, N. Wahl ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2019.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/3 |
Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli
(2019/C 406/07)
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassenja lil N. Jääskinen lill-Ewwel Awla u lis-Sitt Awla u lil N. Wahl lit-Tielet Awla u lit-Tmien Awla.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/3 |
Lista li sservi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Kulleġġi Ġudikanti
(2019/C 406/08)
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(4) tar-Regoli tal-Proċedura, stabbilixxiet il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Awla Manja kif ġej:
E. Juhász
N. Wahl
M. Ilešič
N. Jääskinen
J. Malenovský
A. Kumin
L. Bay Larsen
I. Jarukaitis
T. von Danwitz
L. S Rossi
C. Toader
N. J Piçarra
M. Safjan
P. G. Xuereb
D. Šváby
C. Lycourgos
C. Vajda
K. Jürimäe
S. Rodin
F. Biltgen
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’applikazzjoni tal-Artikolu 28(2) tar-Regoli tal-Proċedura, stabbilixxiet il-listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Ewwel u tat-Tielet Awla kif ġej:
L-Ewwel Awla:
J-C. Bonichot
L. Bay Larsen
N. Jääskinen
C. Toader
M. Safjan
It-Tielet Awla:
A. Prechal
J. Malenovský
N. Wahl
F. Biltgen
L. S Rossi
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’applikazzjoni tal-Artikolu 28(3) tar-Regoli tal-Proċedura, stabbilixxiet il-listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Awli bi tliet Imħallfin kif ġej:
Is-Sitt Awla:
M. Safjan
L. Bay Larsen
C. Toader
N. Jääskinen
Is-Seba’ Awla:
P. G. Xuereb
T. von Danwitz
C. Vajda
A. Kumin
It-Tmien Awla:
L. S Rossi
J. Malenovský
F. Biltgen
N. Wahl
Id-Disa’ Awla:
S. Rodin
D. Šváby
K. Jürimäe
N. J Piçarra
L-Għaxar Awla:
I. Jarukaitis
E. Juhász
M. Ilešič
C. Lycourgos
Il-Qorti Ġenerali
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/6 |
Teħid ta’ ġurament mill-membri l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2019/C 406/09)
Maħtura bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ Frar 2019 (1), għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2022, M. Stancu ħadet il-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Settembru 2019.
Maħtur bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ Frar 2019 1, għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2025, L. Truchot ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Settembru 2019.
Maħtura bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Marzu 2019 (2), għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2022, T. Pynnä ħadet il-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Settembru 2019.
Maħtura bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Mejju 2019, għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2025, J. C. Laitenberger, J. Martín y Pérez de Nanclares, R. Norkus, T. Perišin, M. Sampol Pucurull, P. Škvařilová-Pelzl u G. Steinfatt ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Settembru 2019.
Maħtur bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Mejju 2019 (3), għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2022, I. Nõmm ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Settembru 2019.
Maħtura bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Lulju 2019 (4), għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2025, R. Mastroianni u O. Porchia ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Settembru 2019.
Maħtur bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Settembru 2019 (5), għall-perijodu mis-6 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2022, G. Hesse ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Settembru 2019.
(1) ĠU L 32 tal-4.2.2019, p. 5.
(2) ĠU L 69 tal-11.3.2019, p. 51.
(3) ĠU L 146 tal-5.6.2019, p. 104.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/7 |
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2019 minn ETI Gıda Sanayi ve Ticaret AȘ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-17 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-368/18 – ETI Gıda Sanayi ve Ticaret AȘ vs EUIPO – Grupo Bimbo (ETI Bumbo)
(Kawża C-228/19 P)
(2019/C 406/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: ETI Gıda Sanayi ve Ticaret AȘ (rappreżentanti: D. Cañadas Arcas, P. Merino Baylos, D. Gómez Sánchez u N. Martínez de las Rivas Malagón, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u Grupo Bimbo, SAB de CV
B’digriet tal-24 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li ETI Gıda Sanayi ve Ticaret AȘ tiġi kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/7 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ April 2019 minn Mas Que Vinos Global, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-17 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-576/17, Mas Que Vinos Global, S.L. vs EUIPO – JESA (EL SEÑORITO)
(Kawża C-278/19 P)
(2019/C 406/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Mas Que Vinos Global, S.L. (rappreżentanti: M. J. Sanmartín Sanmartín, abogada)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u José Estévez, S.A. (JESA)
Permezz ta’ digriet tal-25 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Mas Que Vinos Global, S.L. tbati l-ispejjeż tagħha.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/8 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’April 2019 minn Apple Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-31 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-215/17 – Pear Technologies vs EUIPO - Apple (PEAR)
(Kawża C-295/19 P)
(2019/C 406/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Apple Inc. (rappreżentanti: G. Tritton u J. Muir Wood, Barristers, fuq l-istruzzjonijiet ta’ J. Olsen u P. Andreottola, Solicitors)
Partijiet oħra fil-proċedura: Pear Technologies Ltd, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tal-1 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat u kkundannat lil Appel Inc. tbati l-ispejjeż tagħha.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Awwissu 2019 – Academia de Studii Economice din București vs Organismul Intermediar pentru Programul Operațional Capital Uman - Ministerul Educației Naționale
(Kawża C-585/19)
(2019/C 406/13)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Academia de Studii Economice din București
Konvenut: Organismul Intermediar pentru Programul Operațional Capital Uman - Ministerul Educației Naționale
Domandi preliminari
1) |
Il-Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol”, li huwa ddefinit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser “kwalunkwe perjodu li matulu l-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu” abbażi ta’ kuntratt wieħed (full-time) jew inkella abbażi tal-kuntratti kollha (ta’ xogħol) konklużi minn dan il-ħaddiem? |
2) |
Ir-rekwiżiti imposti fuq l-Istati Membri mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88/KE (obbligu li jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal perijodu minimu ta’ serħan kull jum ta’ 11-il siegħa konsekuttivi f’perijodu ta’ 24-siegħa) u mill-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE (iffissar tat-tul medju ta’ xogħol fil-ġimgħa għal-limitu massimu ta’ 48 siegħa, inklużi s-sigħat ta’ sahra) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jistabbilixxu limiti fir-rigward ta’ kuntratt wieħed jew inkella fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi mal-istess persuna li timpjega jew ma’ diversi persuni li jimpjegaw? |
3) |
Fil-każ li r-risposti għall-ewwel u għat-tieni domandi jinvolvu interpretazzjoni li teskludi l-possibbiltà li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirregolaw, fuq livell nazzjonali, l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE għal kull kuntratt, fl-assenza ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tirregola l-fatt li l-mistrieħ ta’ kuljum minimu u l-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa għandhom ikunu fil-konfront tal-ħaddiem (irrispettivament minn kemm il-kuntratt ta’ xogħol huwa jikkonkludi mal-istess persuna li timpjega jew ma’ diversi persuni li jimpjegaw), istituzzjoni pubblika ta’ Stat Membru, li taġixxi f’isem l-Istat, hija f’pożizzjoni li tinvoka l-applikazzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE u li tissanzjona lill-persuna li timpjega għan-nuqqas ta’ osservanza tal-limiti previsti fid-direttiva fir-rigward tal-mistrieħ ta’ kuljum u/jew tal-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Awwissu 2019 – Land Baden-Württemberg vs D.R.
(Kawża C-619/19)
(2019/C 406/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Land Baden-Württemberg
Konvenut: D.R.
Domandi preliminari
1) |
Il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “komunikazzjonijiet interni” jinkludi l-komunikazzjonijiet kollha li ma joħorġux mid-dominju intern ta’ awtorità li hija suġġetta għall-obbligu li tagħmel informazzjoni disponibbli? |
2) |
Il-protezzjoni tal-“komunikazzjonijiet interni” fis-sens tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/4 għandha tapplika mingħajr ebda limitazzjoni ratione temporis? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda: il-protezzjoni tal-“komunikazzjonijiet interni” fis-sens tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/4 għandha tapplika biss sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-awtorità li hija suġġetta għall-obbligu li tagħmel informazzjoni disponibbli jew sal-konklużjoni ta’ proċess amministrattiv ieħor? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi (Spanja) fis-26 ta’ Awwissu 2019 – Confederación Sindical Comisiones Obreras de Euskadi vs Ayuntamiento de Arrigorriaga
(Kawża C-635/19)
(2019/C 406/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Confederación Sindical Comisiones Obreras de Euskadi
Konvenuta: Ayuntamiento de Arrigorriaga
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2014/24/UE (1) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 122.2 tal-LCSP (2), li jobbliga lill-awtoritajiet kontraenti li jinkludu fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li jirregolaw kuntratt pubbliku, kundizzjoni speċjali ta’ eżekuzzjoni li timponi fuq l-offerent magħżul, l-obbligu li jiggarantixxi, tal-inqas, il-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema b’mod konformi mal-Ftehim Kollettiv settorjali applikabbli, anki jekk tali Ftehim Kollettiv settorjali ma jkunx jorbot lill-impriża magħżula skont ir-regolamentazzjoni fil-qasam tan-negozjati u l-ftehimiet kollettivi, li tistabbilixxi l-prevalenza tal-ftehim tal-impriża fil-qasam tal-impjieg u l-possibbiltà li ma jiġix applikat ftehim kollettiv fis-seħħ minħabba raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi jew ta’ produzzjoni?
(1) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p.65).
(2) Liġi 9/2017, tat-8 ta’ Novembru, dwar Kuntratti tas-Settur Pubbliku.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fit-28 ta’ Awwissu 2019 – FT vs Universitatea “Lucian Blaga” Sibiu, GS et, Ministerul Educației Naționale
(Kawża C-644/19)
(2019/C 406/16)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Alba Iulia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: FT
Konvenuti: Universitatea “Lucian Blaga” Sibiu, GS et, Ministerul Educației Naționale
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1, l-Artikolu 2(2)(b) u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) [u] l-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li miżura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-persuna li timpjega tipprovdi sabiex il-persuni li jkunu laħqu l-età ta’ 65 sena jkunu jistgħu biss iżommu l-pożizzjoni tagħhom bħala persunal permanenti b’żamma tad-drittijiet miksuba qabel ma rtiraw, jekk ikollhom l-istatus ta’ superviżur ta’ dottorat, li għalhekk jiżvantaġġa lill-persuni l-oħra li jinsabu fl-istess sitwazzjoni li jkollhom din il-possibbiltà biss jekk ikun hemm pożizzjonijiet vakanti u fil-każ fejn jissodisfaw il-kundizzjonijiet relatati mal-prestazzjoni professjonali, u li jagħmilha possibbli li jiġu imposti fuq persuni li ma għandhomx l-istatus ta’ superviżuri ta’ dottorat, fir-rigward tal-istess attività universitarja, kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, li huma konklużi wieħed wara l-ieħor, b’sistema ta’ remunerazzjoni fil-forma ta’ “ħlas għal kull siegħa”, li huwa inqas minn dak mogħti lill-persunal akkademiku permanenti tal-università, jikkostitwixxi diskriminazzjoni fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet? |
2) |
L-applikazzjoni tal-preċedenza tad-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ supremazija tad-dritt Ewropew) tista’ tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lill-qorti nazzjonali teskludi l-applikazzjoni ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti nazzjonali li tkun sabet li, fis-sitwazzjoni fattwali inkwistjoni, id-Direttiva 2000/78/KE kienet ġiet osservata u li ma kien hemm l-ebda diskriminazzjoni? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fit-30 ta’ Awwissu 2019 – Facebook Ireland Limited, Facebook INC, Facebook Belgium BVBA vs Gegevensbeschermingsautoriteit
(Kawża C-645/19)
(2019/C 406/17)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Facebook Ireland Limited, Facebook INC, Facebook Belgium BVBA
Konvenuta: Gegevensbeschermingsautoriteit
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 55(1), 56 sa 58, u 60 sa 66 tar-Regolament (UE) 2016/679 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE, moqri flimkien mal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li awtorità superviżorja li, skont leġiżlazzjoni nazzjonali adottata b’implimentazzjoni tal-Artikolu 58(5) ta’ dan ir-regolament, għandha s-setgħa li tibda proċeduri legali quddiem qorti fl-Istat Membru tagħha kontra ksur ta’ dan ir-regolament, ma tistax teżerċita dik is-setgħa fir-rigward ta’ pproċessar ta’ data transkonfinali jekk ma tkunx l-awtorità superviżorja ewlenija għal dan l-ipproċessar ta’ data transkonfinali? |
2) |
Huwa rilevanti l-fatt li l-kontrollur ta’ dan l-ipproċessar ta’ data transkonfinali ma jkollux l-istabbiliment prinċipali tiegħu f’dan l-Istat Membru iżda jkollu stabbiliment ieħor? |
3) |
Huwa rilevanti l-fatt li l-awtorità superviżorja nazzjonali tibda proċedura legali kontra l-istabbiliment prinċipali tal-kontrollur tal-ipproċessar pjuttost milli kontra l-istabbiliment li jinsab fl-Istat Membru tagħha stess? |
4) |
Huwa rilevanti l-fatt li l-awtorità superviżorja nazzjonali tkun bdiet proċeduri legali qabel id-data li fiha daħal fis-seħħ ir-regolament (25 ta’ Mejju 2018)? |
5) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-Artikolu 58(5) tar-Regolament 2016/679 għandu effett dirett, b’mod li awtorità superviżorja nazzjonali tista’ tinvoka l-imsemmi artikolu sabiex tibda jew tissokta bi proċeduri legali kontra persuni privati anki jekk l-Artikolu 58(5) tar-Regolament 2016/679 ma jkunx ġie speċifikament traspost fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, minkejja l-obbligu li dan isir? |
6) |
Jekk ir-risposta għad-domandi preċedenti tkun fl-affermattiv, l-eżitu ta’ tali proċeduri jipprekludi konstatazzjoni kuntrarja għal dik tal-awtorità superviżorja ewlenija fil-każ li fih din tinvestiga l-istess attivitajiet ta’ pproċessar transkonfinali jew attivitajiet simili konformement mal-mekkaniżmu previst fl-Artikoli 56 u 60 tar-Regolament 2016/679? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fit-3 ta’ Settembru 2019 – FP Passenger Service vs Austrian Airlines AG
(Kawża C-654/19)
(2019/C 406/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Korneuburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: FP Passenger Service
Konvenuta: Austrian Airlines AG
Domanda preliminari
L-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fid-dawl tas-sentenza tal-4 ta’ Settembru 2014, Germanwings (C-452/13, EU:C:2014:2141) li tgħid li l-mument tal-ftuħ tal-bibien għandu jitqies bħala determinanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dewmien, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni d-differenza bejn il-ħin reali tal-ftuħ tal-bibien u l-ħin tal-wasla prevista jew inkella d-differenza bejn il-ħin reali tal-ftuħ tal-bibien u l-ħin preżunt tal-ftuħ tal-bibien kieku t-titjira waslet fil-ħin previst?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7 Vol. 8 p. 10.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Settembru 2019 – Finanzamt D vs E
(Kawża C-657/19)
(2019/C 406/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt D
Konvenut: E
Domandi preliminari
1) |
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn persuna taxxabbli tistabbilixxi, fuq talba tal-Medizinischer Dienst der Krankenversicherung (id-Dipartiment Medikali tal-Assigurazzjoni għall-Mard, il-Ġermanja), rapporti ta’ evalwazzjoni dwar id-dipendenza ta’ ċerti pazjenti, l-attività eżerċitata taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)? |
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
|
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fis-6 ta’ Settembru 2019 – flightright GmbH vs Austrian Airlines AG
(Kawża C-661/19)
(2019/C 406/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Handelsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: flightright GmbH
Konvenuta: Austrian Airlines AG
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ trasport ta’ persuni permezz ta’ titjira ta’ konnessjoni komposta minn żewġ titjiriet, mingħajr waqfa kunsiderevoli fl-ajruport ta’ konnessjoni, hija biss id-distanza tat-tieni parti tal-vjaġġ li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-istabbiliment tal-ammont tal-kumpens meta r-rikors ikun dirett kontra t-trasportatur tal-ajru effettiv tat-tieni parti tal-vjaġġ, li matulha seħħet l-irregolarità, u meta t-trasport matul l-ewwel parti tal-vjaġġ ikun twettaq minn trasportatur tal-ajru ieħor?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p.10.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Settembru 2019 – A.M. vs E.M.
(Kawża C-667/19)
(2019/C 406/21)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A.M.
Konvenut: E.M.
Domandi preliminari
1) |
Sa fejn l-Artikolu 19(1)(f) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1223/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), jispeċifika li l-prodotti kożmetiċi b’kontenituri u imballaġġ estern għandu jkun fihom informazzjoni li ma titlaqx, ħafifa biex tinqara u viżibbli dwar il-funzjoni tal-prodott kożmetiku, sakemm din l-informazzjoni ma tkunx tirriżulta b’mod ċar mill-preżentazzjoni tiegħu, dan għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda riferiment għall-funzjonijiet essenzjali tal-prodott kożmetiku fis-sens tal-Artkolu 2(1)(a) tar-Regolament, jiġifieri t-tindif (iż-żamma tal-indafa), il-kura u l-protezzjoni (iż-żamma f’kundizzjoni tajba), l-għoti ta’ riħa tfuħ, it-tisbiħ (il-bidla fid-dehra), jew għandu jinkludi iktar funzjonijiet speċjali li jagħmluha possibbli li l-proprjetajiet ta’ dan il-prodott kożmetiku jiġu identifikati? |
2) |
L-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1223/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi u l-premessa 46 tal-imsemmi regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa possibbli li jkun hemm informazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 1(d), (g) u (f) tal-imsemmi artikolu, bħalma huma prekawzjonijiet, ingredjenti u funzjonijiet, f’katalogu tal-impriża li jkopri wkoll prodotti oħra, billi fuq l-imballaġġ jintwera s-simbolu speċifikat fil-punt 1 tal-Anness VII? |
(1) ĠU 2009, L 342, p. 59, rettifika fil-ĠU 2019, L 191, p. 12.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fl-20 ta’ Settembru 2019 – Rádio Popular – Eletrodomésticos, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-695/19)
(2019/C 406/22)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rádio Popular – Eletrodomésticos, SA
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domanda preliminari
It-tranżazzjonijiet ta’ intermedjazzjoni fil-bejgħ ta’ estensjonijiet ta’ garanzija fuq apparati elettrodomestiċi, imwettqa minn persuna suġġetta għall-VAT li l-attività prinċipali tagħha hija l-bejgħ ta’ apparati elettrodomestiċi lill-konsumatur, jikkostitwixxu tranżazzjonijiet finanzjarji jew huma ekwiparabbli għalihom bis-saħħa tal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, b’effett tal-esklużjoni tal-ammont ta’ kalkolu tiegħu tal-pro rata tat-tnaqqis, skont l-Artikolu 135(1)(b) u/jew (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 60 u fil-ĠU 2018, L 329, p. 53.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/16 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Quanta Storage, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-772/15, Quanta Storage, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-699/19 P)
(2019/C 406/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Quanta Storage, Inc. (rappreżentanti: B. Hartnett, Barrister, O. Geiss, Rechtsanwalt, W. Sparks, advocaat, T. Siakka, Δικηγόρος)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
a) |
tannulla s-sentenza appellata sa fejn ma tilqax it-talba u tikkundanna lil Quanta Storage tbati l-ispejjeż tagħha u erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni; |
b) |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2015 (Kawża AT39639 – Optical disc drives) sa fejn tikkonċerna lill-appellanti; |
c) |
sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq l-appellanti; |
d) |
sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali; u |
e) |
tikkundanna lill-Kummissjoni tbali l-ispejjeż kollha tal-proċedura. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.
L-ewwel aggravju li jallega li l-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika l-eżami legali rilevanti u żnaturat is-sens ċar tal-provi fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża fil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fuq numru ta’ ksur.
It-tieni aggravju li jallega lil-Qorti Ġenerali żnaturat is-sens ċar tal-provi fir-rigward tad-dritt għal difiża u d-dritt għal amministrazzjoni tajba.
It-tielet aggravju li jallega li l-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni punt rilevanti jew li tifhmu sew u/jew naqset milli tapplika l-eżami legali t-tajjeb fir-rigward tal-kontradizzjonijiet li jirrigwardaw l-iskop tal-ksur.
Ir-raba’ aggravju li jallega żnaturament tas-sens ċar tal-provi, nuqqas milli japplika l-eżami legali t-tajjeb u/jew nuqqas milli jieħu inkunsiderazzjoni punt rilevanti jew li jifhmu sew fir-rigward tar-responsabbiltà tal-appellanti taħt l-Artikolu 101 TFUE.
Il-ħames aggravju li jallega ksur tal-ġurisdizzjoni sħiħa, żnaturament tas-sens ċar tal-provi u raġunament difettuż fir-rigward tal-kalkolu tal-multa.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/17 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Pilatus Bank plc mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-10 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-687/18, Pilatus Bank vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
(Kawża C-701/19 P)
(2019/C 406/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Pilatus Bank plc (rappreżentanti: O.H. Behrends, M. Kirchner, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-digriet appellat tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tiddikjara li r-rikors għal annullament huwa ammissibbli; |
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors għal annullament; u |
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż tal-appellant u għall-ispejjeż tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu l-appellant jinvoka l-aggravji li ġejjin.
L-ewwel aggravju li jallega li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-liġi Maltija meta assumiet li l-poteri kollha tal-appellant u tal-bord tiegħu ġew ittrasferiti lill-persuna kompetenti.
It-tieni aggravju li jallega li d-digriet appellat kiser il-garanzija ta’ rimedju effettiv sanċit fid-dritt Ewropew.
It-tielet aggravju li jallega li l-Qorti Ġenearli wettqet żball meta qieset li d-deċiżjoni kkontestata hija sempliċi att preparatorju.
Ir-raba’ aggravju li jallega li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll, b’mod ġenerali, il-fatti tal-kawża.
Il-ħames aggravju li jallega li d-digriet appellat ma jistax jiġi kkonfermat abbażi tal-motiv sussidjarju tal-possibbiltà li l-persuna kompetenti kkonsultat mad-diretturi.
Is-sitt aggravju li jallega li d-digriet appellat ma jistax jiġi kkonfermat abbażi tal-motiv sussidjarju tal-involviment ta’ avukat fil-kawża.
Is-seba’ aggravju li jallega li d-digriet appellat ma jistax jiġi kkonfermat abbażi tal-motiv sussidjarju li d-deċiżjoni kkontestata kienet tinsab f’sempliċi messaġġ ta’ posta elettronika.
It-tmien aggravju li jallega li r-rikors għad għandu skop.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-25 ta’ Settembru 2019 – Admiral Sportwetten GmbH et
(Kawża C-711/19)
(2019/C 406/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Admiral Sportwetten GmbH, Novomatic AG, AKO Gastronomiebetriebs GmbH
Amministrazzjoni konvenuta: Magistrat der Stadt Wien
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet tal-Wiener Wettterminalabgabegesetzes (il-Liġi tal-Land ta’ Vjenna dwar it-Taxxa fuq it-Terminals ta’ Logħob tal-Imħatri li jistabbilixxu taxxa fuq l-operat ta’ terminals ta’ tqegħid fl-imħatri għandhom jitqiesu bħala “regolamenti tekniċi” fis-sens ta’ dan l-artikolu? |
2) |
L-ommissjoni li jiġu kkomunikati d-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-Land ta’ Vjenna dwar it-Taxxa fuq it-Terminals ta’ Tqegħid fl-Imħatri fis-sens tad-Direttiva 2015/1535 tostakola l-ġbir ta’ taxxa bħat-taxxa fuq it-terminals ta’ tqegħid fl-imħatri? |
Il-Qorti Ġenerali
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – LL vs Il-Parlament
(Kawża T-615/15 RENV) (1)
(“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament - Preskrizzjoni”)
(2019/C 406/26)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrent: LL (rappreżentant: J. Petrulionis, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment G. Corstens u S. Toliušis, sussegwentement S. Toliušis, N. Lorenz u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni D(2014) 1553 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tas-17 ta’ April 2014 dwar l-irkupru mir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 37 728 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relatata magħha tal-5 ta’ Mejju 2014.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
2) |
LL għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew relatati mal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kawża T-615/15 u mal-proċedura odjerna ta’ rinviju fil-kawża T-615/15 RENV. |
3) |
Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn LL fil-kuntest tal-proċedura ta’ appell fil-kawża C-326/16 P. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – BASF Grenzach vs ECHA
(Kawża T-125/17) (1)
(“REACH - Valutazzjoni tas-sustanzi - Triclosan - Deċiżjoni tal-ECHA li titlob informazzjoni addizzjonali - Artikolu 51(6) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell - Kompitu tal-Bord tal-Appell - Proċedura kontradittorja - Portata tal-istħarriġ - Intensità tal-istħarriġ - Kompetenzi tal-Bord tal-Appell - Artikolu 93(3) tar-Regolament Nru 1907/2006 - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1907/2006 - Informazzjoni rilevanti - Proporzjonalità - Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1907/2006 - Anness XIII tar-Regolament Nru 1907/2006 - Data miksuba f’kundizzjonijiet rilevanti - Persistenza - Newrotossiċità - Tossiċità riproduttiva - Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 771/2008 - Dewmien fil-preżentata ta’ opinjoni xjentifika”)
(2019/C 406/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BASF Grenzach GmbH (Grenzach-Wyhlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati, sussegwentement K. Nordlander u K. Le Croy, solicitor)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: inizjalment M. Heikkilä, W. Broere u T. Röcke, sussegwentement M. Heikkilä, W. Broere u C. Jacquet, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Thorning u M. Wolff, sussegwentement M. Wolff, J. Nymann-Lindegren u P. Ngo, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment T. Henze u D. Klebs, sussegwentement D. Klebs, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u C. Schillemans, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni A-018-2014 tal-Bord tal-Appell tal-ECHA, tad-19 ta’ Diċembru 2016, sa fejn dan ċaħad parzjalment l-appell tal-appellanti f’dak il-każ u rikorrenti f’din l-kawża, mid-deċiżjoni tal-ECHA tad-19 ta’ Settembru 2014 li teżiġi informazzjoni addizzjonali dwar is-sustanza triclosan (CAS 3380-34-5) u fejn hija ffissat id-data ta’ skadenza għall-preżentata ta’ din l-informazzjoni għas-26 ta’ Diċembru 2018.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
BASF Grenzach GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
3) |
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019– Barata vs Il-Parlament
(Kawża T-467/17) (1)
(“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Proċedura ta’ selezzjoni ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess EP/CAST/S/16/2016 - Xufiera - Testijiet prattiċi u teoretiċi organizzati wara l-istabbiliment ta’ database - Marka insuffiċjenti fit-test teoretiku - Annullament tas-sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess u tad-database - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Persistenza tal-interess ġuridiku - Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni - Inammissibbiltà parzjali”)
(2019/C 406/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Carlos Manuel Henriques Barata (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Pandey, D. Rovetta u V. Villante, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele, I. Terwinghe u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tas-sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess EP/CAST/S/16/2016, imnedija mill-Parlament għar-reklutaġġ ta’ xufiera, u ta’ diversi atti adottati mill-Parlament fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni, fosthom b’mod partikolari d-deċiżjoni tas-26 ta’ Ottubru 2016 li tinforma lir-rikorrent li ma kienx fost il-kandidati magħżula għal pożizzjoni ta’ xufier u d-deċiżjoni tal-25 ta’ April 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq kontra l-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-annullament tas-sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess EP/CAST/S/16/2016, tad-deċiżjoni tas-26 ta’ Ottubru 2016 li tinforma lil Carlos Manuel Henriques Barata li ma kienx fost il-kandidati magħżula għal pożizzjoni ta’ xufier u tad-deċiżjoni tal-25 ta’ April 2017 li tiċħad l-ilment imressaq minn C. M. H. Barata kontra din tal-aħħar. |
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba intiża li jiġi ddikjarat li s-sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess EP/CAST/S/16/2016 ma tapplikax għal C. M. H. Barata. |
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
4) |
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn C. M. H. Barata. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – ICL-IP Terneuzen u ICL Europe Coöperatief vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-610/17) (1)
(“REACH - Sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni - Inklużjoni tal-1 bromopropane (nPB) fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Kwantità - Fajl ta’ reġistrazzjoni - Data - Aggregazzjoni ta’ sustanzi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dritt għal imprenditorjat u għal kummerċjalizzazzjoni ħielsa - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”)
(2019/C 406/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ICL-IP Terneuzen, BV (Terneuzen, il-Pajjiżi l-Baxxi) u ICL Europe Coöperatief UA (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier u H. Widemann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Huttunen, R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere, T. Zbihlej u N. Herbatschek, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/999 tat-13 ta’ Ġunju 2017 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU 2017, L 150, p. 7), sa fejn dan jinkludi l-1-bromopropane (nPB) fl-imsemmi anness.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
ICL-IP Terneuzen, BV u ICL Europe Coöperatief UA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – PlasticsEurope vs ECHA
(Kawża T-636/17) (1)
(“REACH - Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru1907/2006 - Ikkompletar tal-inklużjoni marbuta mas-sustanza bisfenol A f’din il-lista - Artikoli 57 u 59 tar-Regolament Nru 1907/2006 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità”)
(2019/C 406/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: PlasticsEurope (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Cana, É. Mullier u F. Mattioli, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere, C. Buchanan u A. Hautamäki, aġenti, assistiti inizjalment minn S. Raes, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn D. Colas, E. de Moustier u J. Traband, sussegwentement minn D. Colas, J. Traband u A.-L. Desjonquères, aġenti), ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ED/30/2017 tad-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA, tas-6 ta’ Lulju 2017, li biha l-entrata eżistenti marbuta mal-bisfenol A fil-lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 136, p. 3), konformement mal-Artikolu 59 ta’ dan ir-Regolament, ġiet ikkompletata fis-sens li l-bisfenol A ġiet identifikata wkoll bħala sustanza li tippossjedi proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li jista’ jkollhom effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem li jagħtu lok għal livell ta’ tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mill-użu ta’ sustanzi oħra elenkati fl-Artikolu 57(a) sa (e) tal-imsemmi regolament, fis-sens tal-Artikolu 57(f) tal-istess regolament.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
PlasticsEurope għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u minn ClientEarth. |
3) |
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Jinan Meide Casting vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-650/17) (1)
(“Dumping - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2017/1146 - Importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw miċ-Ċina, immanifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd - Dazju antidumping definittiv - Tkomplija tal-proċedimenti wara l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 430/2013 - Artikolu 2(7)(a), (10) u (11) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 2(7)(a), (10) u (11) tar-Regolament (UE) 2016/1036) - Valur normali - Paragun xieraq - Tipi ta’ prodott mingħajr korrispondenza - Artikolu 3(1) sa (3) u Artikolu 9(4) u (5) tar-Regolament Nru 1225/2009 (li saru l-Artikolu 3(1) sa (3) u l-Artikolu 9(4) u (5) tar-Regolament 2016/1036) - Determinazzjoni tad-dannu”)
(2019/C 406/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jinan Meide Casting Co. Ltd (Jinan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u N. Kuplewatzky, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1146 tat-28 ta’ Ġunju 2017 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, manifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd (ĠU 2017, L 166, p. 23).
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1146 tat-28 ta’ Ġunju 2017 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, manifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd, huwa annullat. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Port autonome du Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-673/17) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji implimentata mill-Belġju favur il-portijiet tiegħu - Deċiżjoni li tiddikkjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ attività ekonomika - Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali - Attivitajiet mhux ekonomiċi - Natura indissoċjabbli - Natura selettiva - Artikolu 93 TFUE u Artikolu 106(2) TFUE)
(2019/C 406/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Port autonome du Centre et de l’Ouest SCRL (La Louvière, il-Belġju), Port autonome de Namur (Namur, il-Belġju), Port autonome de Charleroi, (Charleroi, il-Belġju), Port autonome de Liège (Liège, il-Belġju), Région wallonne (il-Belġju) (rappreżentanti: J. Vanden Eynde u E. Wauters, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Noë, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, P. Cottin, L. Van den Broeck u C. Pochet, aġenti, assistiti minn A. Lepièce u H. Baeyens, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2115 tas-27 ta’ Lulju 2017 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38393 (2016/C, eks 2015/E) implimentata mill-Belġju — It-taxxa fuq il-portijiet fil-Belġju (ĠU 2017, L 332, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Il-Port autonome du Centre et de l’Ouest SCRL, il-Port autonome de Namur, il-Port autonome de Charleroi, il-Port autonome de Liège u r-Région wallonne għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż proprji, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Le Port de Bruxelles u Région de Bruxelles-Capitale vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-674/17) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji implimentata mill-Belġju favur il-portijiet tiegħu - Deċiżjoni li tiddikkjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ attività ekonomika - Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali - Attivitajiet mhux ekonomiċi - Natura indissoċjabbli - Natura selettiva - Artikolu 93 TFUE u Artikolu 106(2) TFUE)
(2019/C 406/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Le Port de Bruxelles (Brussel, il-Belġju), Région de Bruxelles-Capitale (il-Belġju) (rappreżentanti: J. Vanden Eynde u E. Wauters, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Noë, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, P. Cottin, L. Van den Broeck u C. Pochet, aġenti, assistiti minn A. Lepièce u H. Baeyens, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2115 tas-27 ta’ Lulju 2017 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38393 (2016/C, eks 2015/E) implimentata mill-Belġju — It-taxxa fuq il-portijiet fil-Belġju (ĠU 2017, L 332, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Il-Port autonome du Centre et de l’Ouest SCRL, il-Port autonome de Namur, il-Port autonome de Charleroi, il-Port autonome de Liège u r-Région wallonne għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż proprji, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Havenbedrijf Antwerpen u Maatschappij van de Brugse Zeehaven vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-696/17) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji implimentata mill-Belġju għall-portijiet tiegħu - Deċiżjoni li tiddikjara li l-iskema tal-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ attività ekonomika - Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali - Attivitajiet mhux ekonomiċi - Natura separabbli - Natura selettiva - Talba għal perijodu tranżitorju”)
(2019/C 406/34)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Havenbedrijf Antwerpen NV (Antwerpen, il-Belġju), Maatschappij van de Brugse Zeehaven NV (Zeebruges, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Wytinck, W. Panis u I. Letten, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2115 tas-27 ta’ Lulju 2017 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38393 (2016/C, ex 2015/E) implimentata mil-Belġju – It-taxxa fuq il-portijiet fil-Belġju (ĠU 2017, L 332, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Havenbedrij Antwerpen NV u Maatschappij van de Brugse Zeehaven NV għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Il-Ġermanja vs ECHA
(Kawża T-755/17) (1)
(“REACH - Valutazzjoni tas-sustanzi - Benpat - Persistenza - Deċiżjoni tal-ECHA li titlob informazzjoni addizzjonali - Artikolu 51(6) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell - Kompitu tal-Bord tal-Appell - Proċedura kontradittorja - Natura tal-istħarriġ - Intensità tal-istħarriġ - Kompetenzi tal-Bord tal-Appell - Artikolu 93(3) tar-Regolament Nru 1907/2006 - Attribuzzjoni ta’ kompetenzi lil aġenziji tal-Unjoni - Prinċipju tal-għoti ta’ kompetenzi - Prinċipju ta’ sussidjarjetà - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 406/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment T. Henze u D. Klebs, sussegwentement D. Klebs, aġenti)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: inizjalment M. Heikkilä, W. Broere u C. Jacquet, sussegwentement W. Broere, C. Jacquet u L. Bolzonello, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, R. Lindenthal u M. Noll-Ehlers, aġenti) Envigo Consulting Ltd (Huntingdon, ir-Renju Unit) u Djchem Chemicals Poland S.A. (Wołomin, il-Polonja) (rappreżentanti: R. Cana, É. Mullier u H. Widemann, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni A-026-2015 tal-Bord tal-Appell tal-ECHA tat-8 ta’ Settembru 2017, sa fejn din annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-ECHA tal-1 ta’ Ottubru 2015 li teżiġi t-twettiq ta’ testijiet addizzjonali dwar is-sustanza benpat (CAS 68953-84-4).
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni A-026-2015 tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) tat-8 ta’ Settembru 2017, hija annullata sa fejn, fil-punt 3 tad-dispożittiv ta’ dik id-deċiżjoni, il-Bord tal-Appell iddeċieda li l-affermazzjoni dwar il-bijokumulazzjoni li tinsab fl-espożizzjoni tal-motivi tad-Deċiżjoni tal-ECHA tal-1 ta’ Ottubru 2015 li teżiġi t-twettiq ta’ testijiet addizzjonali dwar is-sustanza benpat (CAS 68953-84-4) għandha tiġi mħassra. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-ECHA, kif ukoll dawk sostnuti minn Envigo Consulting Ltd u Djchem Chemicals Poland S.A. |
4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – GE Healthcare vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-783/17) (1)
(“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Sospensjoni tal-awtorizzazzoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ aġenti ta’ kuntrast li jinkludu l-gadolinju - Artikoli 31 u 116 tad-Direttiva 2001/83/KE - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Imparzjalità”)
(2019/C 406/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GE Healthcare A/S (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: D. Scannell, barrister, G. Castle u S. Oryszczuk, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u A. Sipos, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Eżekuzzjoni tal-Kummissjoni C(2017) finali tat-23 ta’ Novembru 2017, li tikkonċerna, fil-kuntest tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), l-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ta’ aġenti ta’ kuntrast li jinkludu l-gadolinju għall-użu mill-bniediem li jinkludu sustanza attiva waħda jew iktar “aċidu gadobeniku, gadobutrol, gadodijammid, aċidu gadopentetiku, aċidu gadoteriku, gadoteridol, gadoversetammid u aċidu gadossetiku” sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna l-omniscan.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
GE Healthcare A/S hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – UZ vs Il-Parlament
(Kawża T-47/18) (1)
(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinari - Fastidju psikoloġiku - Sanzjoni dixxiplinari - Tnaqqis ta’ grad u aġġustament għal żero tal-punti ta’ promozzjoni - Ċaħda tat-talba għal assistenza tar-rikorrenti - Modalitajiet tal-investigazzjoni amministrattiva - Rekwiżit ta’ imparzjalità - Dritt għal smigħ - Irregolarità proċedurali - Konsegwenzi tal-irregolarità proċedurali”)
(2019/C 406/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: UZ (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment V. Montebello-Demogeot u Í. Ní Riagáin Düro, sussegwentement minn V. Montebello-Demogeot u I. Lázaro Betancor, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Frar 2017 tal-Parlament li timponi fuq ir-rikorrenti d-deċiżjoni dixxiplinari ta’ tnaqqis mill-grad AD 13, skala 3, lejn il-grad AD 12, skala 3, flimkien ma’ aġġustament għal żero tal-punti ta’ promozzjoni miksuba fil-grad AD 13 u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tagħha għal assistenza.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Frar 2017 li timponi fuq UZ is-sanzjoni dixxiplinari ta’ tnaqqis mill-grad AD 13, skala 3, lejn il-grad AD 12, skala 3, flimkien ma’ aġġustament għal żero tal-punti ta’ promozzjoni miksuba fil-grad AD 13, hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
UZ u l-Parlament għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (Nature’s Variety Instinct)
(Kawża T-287/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Nature’s Variety Instinct - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001”)
(2019/C 406/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: M. I. Industries, Inc. (Lincoln, Nebraska, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Montañá Mora u S. Sebe Marin, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Natural Instinct Ltd (Southwark, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Yates, solicitor, u N. Zweck, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1659/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Natural Instinct u M. I. Industries.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
M. I. Industries Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (NATURE’S VARIETY INSTINCT)
(Kawża T-288/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NATURE’S VARIETY INSTINCT - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001”)
(2019/C 406/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: M. I. Industries, Inc. (Lincoln, Nebraska, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Montañá Mora u S. Sebe Marin, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Natural Instinct Ltd (Southwark, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Yates, solicitor, u N Zweck, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Frar 2018 (Każ R 1658/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Natural Instinct u M. I. Industries.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
M. I. Industries Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Sixsigma Networks Mexico vs EUIPO – Marijn van Oosten Holding (UKIO)
(Kawża T-367/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea UKIO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġ linji dijagonali segwiti minn linja vertikali u minn ċirku - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 406/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sixsigma Networks Mexico, SA de CV (Il-belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentanti: C. Casas Feu u J. Dorado Lopez-Lozano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Kusturovic, D. Gája u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Marijn van Oosten Holding BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1536/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sixsigma Networks Mexico u Marijn van Oosten Holding.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Sixsigma Networks Mexico, SA de CV hija kkundannata għall-ispejjeż. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – NHS vs EUIPO – HLC SB Distribution (CRUZADE)
(Kawża T-378/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CRUZADE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti SANTA CRUZ - Motivi relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE 2017/1001 - Karattru distintiv miżjud tat-trade mark preċedenti)
(2019/C 406/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: NHS, Inc. (Santa Cruz, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Olson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Ruzek u H. O’Neill, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: HLC SB Distribution, SL (Irún, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ April 2018 (Każ R 1217/2017-5), dwar proċedimenit ta’ oppożizzjoni bejn NHS u HLC SB Distribution.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
NHS, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta Settembru 2019 – The Logistical Approach vs EUIPO – Idea Groupe (Idealogistic Compass Greatest care in getting it there)
(Kawża T-716/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Idealogistic Compass Greatest care in getting it there - Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti IDÉA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 406/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: The Logistical Approach BV (Uden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Milchior u S. Charbonnel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Idea Groupe (Montoir de Bretagne, Franza) (rappreżentanti: P. Langlais u C. Guyot, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2018 (Każ R 2062/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Idea Groupe u The Logistical Approach.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Settembru 2018 (Każ R 2062/2017 4) hija annullata. |
2) |
L-EUIPO u Idea Groupe għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed, nofs l-ispejjeż esposti minn The Logistical Approach BV. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settebmru 2019 – Sixsigma Networks Mexico vs EUIPO – Dokkio (DOKKIO)
(Kawża T- T-67/19) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali DOKKIO - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta żewġ linji dijagonali segwiti minn linja vertikali u ċirku - Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(2019/C 406/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sixsigma Networks Mexico, SA de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentanti: C. Casas Feu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska, J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dokkio, Inc. (San Mateo, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Kylhammar u L. Morin, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1187/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sixsigma Networks Mexico u Dokkio.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Sixsigma Networks Mexico, SA de CV, hija kkundannata għall-ispejjeż. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/34 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2019 – DD vs FRA
(Kawża T-632/19)
(2019/C 406/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: DD (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tordna li jingħata kumpens għad-dannu mhux materjali subit, kif indikat f’din il-kawża, stmat, ex aequo et bono, f’EUR 100 000; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tad-19 ta’ Novembru 2018, li tiċħad it-talba tar-rikorrent taħt l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
— |
jekk ikun il-każ, tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA tat-12 ta’ Ġunju 2019, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-persunal indirizzat kontra l-imsemmija deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2018; |
— |
tikkundanna lil-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv li jallega li l-konvenuta ma semgħetx lir-rikorrent u ma adottatx deċiżjoni skont l-Artikolu 3 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal wara s-sentenza tat-8 ta’ Ottubru 2015 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14, DD v L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (EU:F:2015:118). |
2. |
It-tieni motiv li jallega li l-investigazzjoni amministrattiva u l-proċeduri dixxiplinari inizjali nfetħu irregolarment. |
3. |
It-tielet motiv li jallega li l-konvenuta naqset li tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu mhux materjali li rriżulta mid-deċiżjoni ta’ ċanfira annullata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-sentenza msemmija. |
4. |
Ir-raba’ motiv li jallega li l-konvenuta naqset li timplimenta s-sentenza msemmija tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u li twettaq il-proċedura predixxiplinari fi żmien raġjonevoli u bid-diliġenza dovuta. |
5. |
Il-ħames motiv li jallega li l-ftuħ u l-iżvolġiment tal-investigazzjoni amministrattiva kisru r-Regolament (KE) Nru 45/2001, (1) ir-Regolamenti tal-Persunal u d-dritt għall-ħajja privata (Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea). |
6. |
Is-sitt motiv li jallega li l-konvenuta ripetutament għamlet dikjarazzjonijiet infondati, malafamanti u offensivi fuq ir-rikorrent li jammontaw għal ksur tal-prinċipju ta’ res judicata, ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, u tad-dmir ta’ premura. |
(1) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Vol. 26 p. 102).
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/35 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – Sasol Germany and Others vs ECHA
(Kawża T-640/19)
(2019/C 406/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sasol Germany GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) SI Group - Béthune (Béthune, Franza), BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Mereu, P. Sellar and S. Saez Moreno, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara t-talba ammissibbli u fondata; |
— |
tannulla parzjalment l-att ikkontestat sa fejn dan jinkludi s-sustanza 4-tert butilfenol (PTBP) bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna (SVHC) fil-lista tas sustanzi kandidati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-kriterji għal tfixkil tas-sistema endokrina u l-approċċ tal-piż tal-evidenza, peress li l-konvenuta naqset milli turi li hemm evidenza xjentifika ta’ effetti serji probabbli fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar “livell ta’ tħassib ekwivalenti”, peress li
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni/nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni bir-reqqa tal-informazzjoni kollha rilevanti u b’mod partikolari tal-informazzjoni tal-espożizzjoni. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità/nuqqas ta’ għażla tal-inqas għażliet onerużi. |
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità/nuqqas ta’ twettiq ta’ analiżi tal-għażliet ta’ ġestjoni tar-riskju xierqa mingħajr ma sar teħid inkunsiderazzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju diġà eżistenti. |
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/36 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2019 – Sasol Germany et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-661/19)
(2019/C 406/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sasol Germany GmbH (Hamburg, il-Ġermanja), SI Group - Béthune (Béthune, Franza), BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Mereu, P. Sellar u S. Saez Moreno, avukati)
Konvenuta:Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara t-talba ammissibbli u fondata; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1194 tal-5 ta’ Lulju 2019 dwar l-identifikazzjoni tas-sustanza 4-tert-butilfenol (PTBP) bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2019, L 187, p. 41); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-640/19, Sasol Germany et v ECHA.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/37 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2019 – Magyar Energetikai és Közmű-szabályozási Hivatal vs ACER
(Kawża T-684/19)
(2019/C 406/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrent: Magyar Energetikai és Közmű-szabályozási Hivatal (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: G. Stanka, G. Szikla u J.M. Burai-Kovács, avukati)
Konvenuta: Agencia de Cooperación de los Reguladores de la Energía (ACER)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
prinċipalment,
|
— |
sussidjarjament,
|
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-Deċiżjoni Nru 05/2019 tal-ACER, tad-9 ta’ April 2019, ikkonfermata mill-Bord tal-Appell tal-ACER fis-6 ta’ Awwissu 2019.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kapitolu V tar-Regolament 2017/459 kollu, li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontesta, huwa invalidu minħabba nuqqas ta’ kompetenza leġiżlattiva Ir-Regolament 2017/459, li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontesta, ġie adottat bl-eżerċizzju tal-kompetenza ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni mogħtija bir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Abbażi tad-delega mogħtija lilha fir-Regolament Nru 715/2009, il-Kummissjoni kellha l-kompetenza biss sabiex toħloq kodiċi tan-netwerk, applikat għall-kapaċità eżistenti u inkrementali tan-netwerks ta’ trasport tal-gass, li jiddefinixxi mekkaniżmi ta’ allokazzjoni ta’ kapaċità. Għall-kuntrarju, il-Kapitolu V, filwaqt li jmur lil hinn minn dan is-suġġett li kellu jirregola, ma jistabbilixxix qafas ġuridiku għad-distribuzzjoni, newtrali mill-perspettiva tal-kompetenza, tal-kapaċità ta’ trasport ta’ gass, iżda, filwaqt li jmur lil hinn mil-limiti tal-ambitu tal-kodiċi tan-netwerk, jirregola fid-dettall kwistjonijiet fil-qasam ta’ investiment relatati mal-kapaċità inkrementali. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-kapaċità tal-ACER sabiex tadotta deċiżjoni individwali bil-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata ma hijiex valida minħabba nuqqas ta’ bażi legali adegwata L-ACER qegħdha tassumi, fid-deċiżjoni kkontestata, kompetenza, relatata ma’ deċiżjoni bl-imsemmi kontenut, li d-delega tagħha favur l-ACER tikser ir-rekwiżiti imposti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Meroni vs Awtorità Għolja (9/56, EU:C:1958:7) u s-sentenza Ir-Renju Unit vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C-270/12, EU:C:2014:18) u tikser l-Artikolu 114 TFUE. Għaldaqstant, b’konformità mal-Artikolu 277 TFUE, ma hijiex applikabbli għar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ kompetenza Apparti l-kwistjoni tal-validità, mill-perspettiva tad-dritt pubbliku, tar-regolament adottat mill-Kummissjoni li jikkostitwixxi l-bażi legali tad-deċiżjoni tal-ACER, din l-Aġenzija lanqas ma għandha kompetenza sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata abbażi tad-dispożizzjonijiet legali indikati bħala bażi legali tad-deċiżjoni tagħha, għaliex:
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali Il-proċedura mibdija mill-ACER kisret l-Artikolu 41(1) u (2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li ma tissoddisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha u r-rekwiżiti ta’ proċedimenti imparzjali u ekwi. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ bażi materjali Filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni li l-ACER ma eżaminat bl-ebda mod, fuq il-mertu, l-“effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni jew fuq il-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass assoċjati mal-proġetti” b’riferiment għall-Artikolu 22 tar-Regolament 2017/459, id-deċiżjoni kkontestata lanqas ma tista’ tiġi kkunsidrata fondata mill-perspettiva sostantiva. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 tas-16 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Mekkaniżmi ta’ Allokazzjoni tal-Kapaċità fis-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 984/2013 (ĠU 2017, L 72, p. 1).
(2) Regolament (KE) 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU 2009, L 211, p. 36).
(3) Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU 2009, L 211, p. 1).
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/39 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2019 – Falqui vs Il-Parlament
(Kawża T-695/19)
(2019/C 406/48)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Enrico Falqui (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sorrentino u A. Sandulli, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla n-noti kkontestati u tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ammonti indebitament miżmuma minnu fil-mori tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra n-noti D309417 tat-8 ta’ Lulju 2019 u D (2019) 14406 tal-11 ta’ April 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li jikkonċernaw id-determinazzjoni mill-ġdid tal-pensjoni li minnha jibbenefika r-rikorrent fil-kwalità tiegħu ta’ ex-Membru Parlamentari Ewropew kif ukoll, skont il-każ, kontra l-opinjoni tad-Dipartiment Legali tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Jannar 2019.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-347/19, Falqui vs Il-Parlament.
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/39 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2019 – FJ et vs SEAE
(Kawża T-698/19)
(2019/C 406/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FJ u tmien rikorrenti oħra (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rendikont tas-salajru tar-rikorrenti għax-xahar ta’ Diċembru 2018 billi tapplika, għall-ewwel darba, il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni l-ġodda applikabbli għar-remunerazzjoni tagħhom, b’effett retroattiv għall-1 ta’ Frar 2018; |
— |
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti jsostnu li l-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikati għar-remunerazzjoni tagħhom, li fil-fatt huma kuntrarji għal dawk stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti, ma żgurawx l-ekwivalenza tal-kapaċità ta’ akkwist tagħhom. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ dmir ta’ premura. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jqisu li huma ma setgħux ikunu jafu dwar l-irregolarità tar-remunerazzjoni mħallsa lilhom bis-saħħa tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni fis-seħħ. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, li jimponi aġġornament interim tar-remunerazzjoni meta l-bdil fl-għoli tal-ħajja, kif imkejjel bil-koeffiċjent ta’ korrezzjoni u r-rata tal-kambju korrispondenti, huwa ta’ iktar minn 5 % mill-aħħar aġġornament għal pajjiż partikolari. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/40 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2019 – FT et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-699/19)
(2019/C 406/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: FT u 25 rikorrent ieħor (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi d-dikjarazzjoni ta’ remunerazzjoni tax-xaħar ta’ Diċembru 2018 tar-rikorrenti sa fejn japplikaw, għall-ewwel darba, koeffiċjenti korrettivi ġodda applikabbli għar-remunerazzjoni tagħhom, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Frar 2018; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolamenti”), tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti jargumentaw li l-koeffiċjenti korrettivi applikati għar-remunerazzjoni tagħhom, barra minn hekk f’kontradizzjoni ma’ dawk stabbiliti mill-Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda, ma żgurawx l-ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist tagħhom. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tad-dmir ta’ premura. Ir-rikorrenti jqisu f’dan ir-rigward li ma setgħux ikollhom konjizzjoni tal-irregolarità tar-remunerazzjoni li tħallas lilhom bis-saħħa tal-koeffiċjenti korrettivi fis-seħħ. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti li jimponi aġġornament interim tar-remunerazzjonijiet meta l-varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja, imkejla wara l-koeffiċjent korrettiv u r-rata’ ta’ bidla korrispondenti, tinstab li jeċċedi l-5 % mill-aħħar aġġornament fuq pajjiż partikolari. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/41 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2019 – Al-Gaoud vs Il-Kunsill
(Kawża T-700/19)
(2019/C 406/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Abdel Majid Al-Gaoud (Giza, l-Eġittu) (rappreżentant: S. Bafadhel, Barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1299 tal-31 ta’ Lulju 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja sa fejn iżżomm isem ir-rikorrent fil-lista fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/1333/PESK tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1292 tal-31 ta’ Lulju 2019 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja sa fejn iżomm isem ir-rikorrent fil-lista fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (EU) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti fir-rigward tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali skont ir-regoli tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv li jallega li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1299 tal-31 ta’ Lulju 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1292 tal-31 ta’ Lulju 2019 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 jonqsu milli jindikaw bażi legali għaż-żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista, minkejja l-bidla fundamentali fiċ-ċirkustanzi fil-Libja. Il-Kunsill allegatament naqas milli jipprovdi raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti għall-miżuri kkontestati li ma humiex ibbażati fuq xi materjal ta’ sostenn. |
2. |
It-tieni motiv li jallega li l-miżuri kkontestati jiksru d-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, inkluż id-dritt għas-saħħa, għall-ħajja familjari, id-dritt għall-proprjetà, u d-dritt għal difiża effettiva kif iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri kkontestati la huma neċessarji u lanqas xierqa għal xi skop leġittimu u jikkostitwixxu indħil indefinit u sproporzjonat fid-drittijiet fundamentali tar-rikorrent. |
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/42 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2019 – FGSZ vs ACER
(Kawża T-704/19)
(2019/C 406/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Földgázszállító Zártkörűen Működő Részvénytársaság (FGSZ) (Siófok, l-Ungerija) (rappreżentanti: M. Horányi, N. Niejahr and S. Zakka, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-ACER Nru 5/2019 tad-9 ta’ April 2019 dwar il-proposta tal-proġett b’kapaċità inkrementali għall-punt ta’ interkonnessjoni Mosonmagyaróvár (il-“Proġett HUAT”), kif ikkonfermat bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-6 ta’ Awwissu 2019 fil-każ numru A-004-2019 (id-“Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell”); |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ikkonfermata mid-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u tiddikjara null l-Artikolu 1(1) u (2) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn ir-rikorrenti hija obbligata li twettaq fażi vinkolanti tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ kapaċità inkrementali fil-livell ta’ offerta tal-livell I u ta’ offerta tal-livell II tal-Proġett HUAT kif ukoll tal-Artikolu 2(4) tad-deċiżjoni kkontestata safejn tobbliga lir-rikorrenti timplimenta l-Proġett HUAT f'każ ta’ riżultat pożittiv tat-test ekonomiku li għandu jitwettq; |
— |
sussidjarjament, tannulla u tiddikjara invalida d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell; |
— |
tikkundanna lil ACER tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti marbuta ma’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ACER ma kellhiex kompetenza sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ACER kisret l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament 713/2009 (1) billi obbligat lir-rikorrenti timplimenta l-Proġett HUAT. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ACER kisret l-Artikolu 28(1)(d) u 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/459 (2) billi emendat il-parametri tat-test ekonomiku meħtieġa taħt l-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ACER kisret l-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/459 billi naqset milli tinkludi l-valur preżenti taż-żieda stmata fid-dħul permess jew previst tar-rikorrenti fil-kapaċità inkrementali. |
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ACER kisret l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/459 billi naqset milli tanalizza u tieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe effetti ta’ dannu potenzjali fuq il-kompetizzjoni u fuq il-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass tal-Proġett HUAT. |
6. |
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ACER kisret l-Artikolu 194(1) TFUE billi naqset milli tikkunsidra l-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika li kien jirrikjedi li l-ACER tieħu inkunsiderazzjoni l-interess ta’ atturi oħra u tevita li tadotta miżuri li jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni jew ta’ xi Stat Membru. |
7. |
Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ACER kisret l-Artikoli 17, 18 u 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u kisret il-libertà tar-rikorrenti li tmexxi negozju u d-dritt tal-proprjetà tar-rikorrenti billi adottat d-deċiżjoni kkontestata. |
8. |
It-tmien motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ACER kisret l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali billi aċċettat li tieħu l-każ qabel mal-fajl kien ippreparat biżżejjed u billi naqset milli tistabbilixxi jew tikkunsidra l-fatti relevanti kollha. |
9. |
Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi naqas milli jagħti biżżejjed żmien lir-rikorrenti sabiex twieġeb għad-difiża u tanalizza l-kontroreplika qabel is-smigħ orali. |
10. |
L-għaxar motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell hija vvizzjata minn żball manifest fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni peress li naqas milli jagħmel reviżjoni u evalwazzjoni sħiħa tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata. |
(1) Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, ĠU L 211, 14.08.2009, p. 1.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 tas-16 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Mekkaniżmi ta' Allokazzjoni tal-Kapaċità fis-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 984/2013 (ĠU L 72, 17.03.2017, p. 1).
Rettifika
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/44 |
Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-279/19
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 220 tal-1 ta’ Lulju 2019)
(2019/C 406/53)
F’paġna 41, l-avviż fil-ĠU fil-Kawża T-279/19, Front Polisario vs Il-Kunsill, jinqara kif ġej:
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2019 – Front Polisario vs Il-Kunsill
(Kawża T-279/19)
(2019/C 406/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Front Popolari għal-Liberazzjoni ta’ Saguia el-Hamra u ta’ Rio de oro (Front Polisario) (rappreżentant: G. Devers, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors tiegħu ammissibbli; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/217 tat-28 ta’ Jannar 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU 2019, L 34, p. 1), ir-rikorrent jinvoka għaxar motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq inkompetenza tal-Kunsill sabiex jadotta d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk huma inkompetenti sabiex jikkonkludu ftehim internazzjonali applikabbli għas-Saħara tal-Punent, minflok il-poplu Saħarjan, irrappreżentat mill-Front Polisario. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ eżami tal-kwistjoni tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tad-dritt umanitarju internazzjonali, sa fejn il-Kunsill ma ħax inkunsiderazzjoni din il-kwistjoni qabel ma adotta d-deċiżjoni kkontestata. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur mill-Kunsill tal-obbligu tiegħu li jeżegwixxi s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja sa fejn id-deċiżjoni kkontestata injorat ir-raġunijiet tas-sentenza tal-21 ta’ Diċembru, Il-Kunsill vs Front Polisario (C-104/16 P, EU:C:2016:973). |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji u tal-valuri essenzjali li jmexxu l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali, peress li, fl-ewwel lok, id-deċiżjoni kkontestata tiċħad l-eżistenza tal-poplu Saħarjan bħala suġġett tad-dritt internazzjonali billi tissostitwixxi l-frażi “popolazzjonijiet ikkonċernati”; li, fit-tieni lok, bi ksur tad-dritt tal-popli li jiddisponu liberament mir-riżorsi naturali tagħhom, id-deċiżjoni kkontestata tirrigwarda l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali li jorganizza, mingħajr il-kunsens tal-poplu Saħarjan, ir-riżorsi naturali lejn l-Unjoni Ewropea, billi tiddefinixxihom bħala li huma ta’ oriġini Marokkina; u li, fit-tielet lok, id-deċiżjoni kkontestata tirrigwarda l-konlużjoni ta’ ftehim internazzjonali applikabbli għas-Saħara tal-Punent okkupat, mar-Renju tal-Marokk, fil-kuntest tal-politika annessjonista tiegħu fir-rigward ta’ dan it-territorju, u ksur sistematiku tad-drittijiet fundamentali li ż-żamma ta’ din il-politika titlob. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tmur kontra d-dikjarazzjonijiet tal-Unjoni li, b’mod ripetut, ma waqfitx milli tafferma n-neċessità tal-osservanza tal-prinċipji ta’ awtodeterminazzjoni u tal-effett relattiv tat-Trattati. |
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li, fid-dawl tal-istatus separat u distint tas-Saħara tal-Punent, tan-natura intanġibbli tad-dritt għat awtodeterminazzjoni u tal-kwalità ta’ suġġett terz tal-poplu Saħarjan, ma kienx il-Kunsill li kellu jopera relazzjoni ta’ proporzjonalità bejn allegati “vantaġġi għall-ekonomija tas-Saħara tal-Punent” u r-riperkussjonijiet fuq ir-riżorsi naturali Saħarjani. |
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal awtodeterminazzjoni, peress li, fl-ewwel lok, billi tissostitwixxi l-kliem “popolazzjonijiet ikkonċernati”, id-deċiżjoni kkontestata tiċħad l-unità nazzjonali tal-poplu Saħarjan bħala suġġett tad-dritt għal awtodeterminazzjoni; li, fit-tieni lok, bi ksur tad-dritt tal-poplu Saħarjan li jiddisponi liberament mir-riżorsi naturali tiegħu, id-deċiżjoni kkontestata torganizza, mingħajr il-kunsens tiegħu, l-esportazzjoni tar-riżorsi tiegħu lejn l-Unjoni, li huma ddefiniti bħala ta’ oriġini Marokkina: u li, fit-tielet lok, bi ksur tal-istatus separat u distint tat-territorju Saħarjan, id-deċiżjoni kkontestata tirrigwarda l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali applikabbli għas-Saħara tal-Punent okkupat, u taħbi l-veru pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti li joħorġu minn dan it-territorju, billi tiddefinixxihom bħala ta’ oriġini Marokkina. |
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ effett relattiv tat-Trattati, peress li d-deċiżjoni kkontestata tiċħad il-kwalità ta’ suġġett terz tal-poplu Saħarjan fir-relazzjoniijet UE-Marokk u timponi fuqu obbligi internazzjonali, fir-rigward tat-territorju nazzjonali tiegħu u r-riżorsi naturali tiegħu, mingħajr il-kunsens tiegħu. |
9. |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt unmanitarju internazzjonali u tad-dritt kriminali internazzjonali, peress li, minn naħa, id-deċiżjoni kkontestata tirrigwarda l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali applikabbli għas-Saħara tal-Punent filwaqt li l-forzi ta’ okkupazzjoni Marokkini ma għandhomx il-jus tractatus fir-rigward ta’ dan it-territorju u li, min-naħa l-oħra, bl-użu tal-kliem “popolazzjonijiet ikkonċernati”, l-imsemmija deċiżjoni tivvalida t-trasferiment illegali tal-koloni Marokkini fit-territorju Saħarjan okkupat. |
10. |
L-għaxar motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligi tal-Unjoni taħt id-dritt tar-responsabbiltà internazzjonali, peress li, billi kkonkludiet ftehim internazzjonali, mar-Renju tal-Marokk, applikabbli għas-Saħara tal-Punent, id-deċiżjoni kontestata tapprova ksur gravi tad-dritt internazzjonali mwettaq mill-forzi ta’ okkupazzjoni Marokkini kontra l-poplu Saħarjan u ssostni u tassisti ż-żamma tas-sitwazzjoni li tirriżulta minn dan il-ksur. |