ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 255

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
3 ta' Awwissu 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 255/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 255/02

Kawża C-727/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Kielcach – il-Polonja) – Syndyk Masy Upadłości ECO-WIND Construction S.A. w upadłości li kienet ECO-WIND Construction S.A. vs Samorządowe Kolegium Odwoławcze w Kielcach (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva (UE) 2015/1535 – Standards u regolamenti tekniċi – Turbini eoliċi – Direttiva 2006/123/KE – Kunċett ta’ servizz – Ambjent – Direttiva 2009/28/KE – Promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli – Għanijiet vinkolanti nazzjonali globali – Regola nazzjonali dwar il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni li tapplika għall-installazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli – Proporzjonalità – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi restrizzjonijiet dwar il-lokalizzazzjoni tat-turbini eoliċi)

2

2020/C 255/03

Kawża C-535/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – IL et vs Land Nordrhein-Westfalen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Direttiva 2011/92/UE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali – Irregolaritajiet li jivvizzjaw il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett – Aċċess għall-ġustizzja – Limiti previsti mid-dritt nazzjonali – Direttiva 2000/60/KE – Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma – Deterjorament ta’ korp tal-ilma ta’ taħt l-art – Modalitajiet ta’ evalwazzjoni – Dritt tal-individwi li jadottaw miżuri għall-prevenzjoni tat-tniġġis – Locus standi quddiem il-qrati nazzjonali)

3

2020/C 255/04

Kawża C-654/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Stuttgart- il-Ġermanja) – Interseroh Dienstleistungs GmbH vs SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Trasferiment ta’ skart – Regolament (KE) Nru 1013/2006 – Proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel – Rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni – Annexe III A – Taħlita ta’ karta, ta’ kartun u ta’ prodotti tal-karta – Entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel – Materjali li jfixklu – Kontaminazzjoni ta’ taħlita b’materjali oħra – Valorizzazzjoni b’mod ekoloġikament razzjonali)

4

2020/C 255/05

Kawża C-684/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – World Comm Trading Gfz SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 90 – Artikoli 184 sa 186 – Prinċipju ta’ Newtralità tal-VAT – Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa li twettqet inizjalment – Roħs fil-prezzijiet mogħti għall-kunsinni ġewwa l-Komunità u domestiċi tal-oġġetti)

5

2020/C 255/06

Kawża C-796/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf- il-Germanja) – Informatikgesellschaft für Software-Entwicklung (ISE) mbH vs Stadt Köln (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Il-punt 5 tal-Artikolu 2(1) – Artikolu 12(4) – Artikolu 18(1) – Kunċett ta’ kuntratt bi ħlas – Kuntratt bejn żewġ awtoritajiet kontraenti li jsegwu għan komuni ta’ interess pubbliku – Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ softwer intiż għal koordinazzjoni tal-interventi tal-korpi tat-tifi tan-nar – Assenza ta’ korrispettiv pekunjarju – Rabta ma’ ftehim ta’ kooperazzjoni li jipprevedi t-tqegħid għad-dispożizzjoni reċiproka u mingħajr ħlas ta’ moduli addizzjonali ta’ dan is-softwer – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Projbizzjoni li impriża privata titqiegħed f’sitwazzjoni privileġġata fil-konfront tal-kompetituri tagħha)

6

2020/C 255/07

Kawża C-33/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Sigurtà tal-linji tal-ferrovija – Direttiva 2004/49/KE – Artikolu 21(1) u (2) – Assenza ta’ adozzjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi żgurata l-indipendenza organizzattiva tal-korp investigattiv kif ukoll l-aċċess awtonomu tiegħu għal riżorsi suffiċjenti)

7

2020/C 255/08

Kawża C-309/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 – Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 73(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Digriet tal-Qorti Ġenerali li jasal għall-konklużjoni tal-inammissibbiltà manifesta ta’ rikors minħabba l-assenza ta’ firma miktuba bl-idejn – Rikors f’verżjoni stampata li tinkludi l-istampar ta’ firma elettronika awtentikata)

7

2020/C 255/09

Kawża C-634/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2019 minn CJ mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-27 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-1/19, CJ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8

2020/C 255/10

Kawżi C-818/19 u C-878/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) u mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Novembru 2019 u fit-3 ta’ Diċembru 2019 – Marvik-Pastrogor EOOD u RODES – 08 EOOD

8

2020/C 255/11

Kawża C-26/20 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 minn Rezon OOD mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fl-20 ta’ Novembru 2019 fil-Kawża T-101/19, Rezon vs EUIPO (imot.bg)

8

2020/C 255/12

Kawża C-165/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-16 ta’ April 2020 – ET bħala amministratur għall-insolvenza ta’ Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG (AB KG) vs Bundesrepublik Deutschland

9

2020/C 255/13

Kawża C-184/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-28 ta’ April 2020 – OT vs Vyriausioji tarnybinės etikos komisija

10

2020/C 255/14

Kawża C-187/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ April 2020 – JL vs BMW Bank GmbH, DT vs Volkswagen Bank GmbH

10

2020/C 255/15

Kawża C-208/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Mejju 2020 – Toplofikatsia Sofia EAD, Chez Elektro Balgaria AD u Agentsia za kontrol na prosrocheni zadalzhenia EOOD

12

2020/C 255/16

Kawża C-227/20: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

13

2020/C 255/17

Kawża C-230/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fit-3 ta’ Ġunju 2020 – AAS BTA Baltic Insurance Company vs Valsts ieņēmumu dienests

14

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 255/18

Kawża T-717/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – B.D. vs EUIPO – Philicon-97 (PHILIBON) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PHILIBON – Trade mark nazzjonali figurattivi preċedenti PHILICON – Raġuni relattiva għal rifjut – Trade mark magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi – Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

15

2020/C 255/19

Kawża T-718/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Boyer vs EUIPO – Philicon-97 (PHILIBON DEPUIS 1957 www.philibon.com) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PHILIBON DEPUIS 1957 www.philibon.com – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PHILICON – Raġuni relattiva għal rifjut – Trade mark li hija magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi – Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

15

2020/C 255/20

Kawża T-105/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ chequerboard) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattivi li tirrappreżenta disinn ta’ chequerboard – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Fatti magħrufa – Karattru distintiv akkwistat bl-użu – Evalwazzjoni globali tal-provi ta’ karattru distintiv akkwistat bl-użu – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 59(1)u (2) tar-Regolament 2017/1001]

16

2020/C 255/21

Kawża T-577/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Leinfelder Uhren München vs EUIPO – Schafft (Leinfelder) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Leinfelder – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolemant (UE) 2017/1001 – Abbuż ta’ dritt)

17

2020/C 255/22

Kawża T-561/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Lípidos Santiga vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Enerġija – Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli – Limitazzjoni tal-użu ta’ biokarburanti prodotti minn kulturi intiżi għall-ikel tal-bniedem jew l-annimali – Regolament Delegat (UE) 2019/807 – Definizzjoni tal-materji primi b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (TIUA) – Żejt tal-palm – Locus standi – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà)

17

2020/C 255/23

Kawża T-652/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Elevolution – Engenharia vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

18

2020/C 255/24

Kawża T-77/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2020 – Ascenza Agro vs Il-Kummissjoni Ewropea (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/17 – Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpyrifos-methyl – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Assenza)

18

2020/C 255/25

Kawża T-77/20 RII: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2020 – Industrias Afrasa vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/17 – Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpyrifos-methyl – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Assenza)

19

2020/C 255/26

Kawża T-283/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Billions Europe et vs Il-Kummissjoni

20

2020/C 255/27

Kawża T-296/20: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2020 – Foz vs Il-Kunsill

21

2020/C 255/28

Kawża T-297/20: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2020 – Fashioneast u AM.VI. vs EUIPO – Moschillo (RICH JOHN RICHMOND)

22

2020/C 255/29

Kawża T-325/20: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2020 – Unger Marketing International vs EUIPO – Orben Wasseraufbereitung (Water purifiers)

23

2020/C 255/30

Kawża T-332/20: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2020 – König Ludwig International vs EUIPO (Royal Bavarian Beer)

23

2020/C 255/31

Kawża T-333/20: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2020 – Fidia farmaceutici vs EUIPO – Giuliani (IALO TSP)

24

2020/C 255/32

Kawża T-337/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – Hochmann Marketing vs EUIPO (bittorrent)

25

2020/C 255/33

Kawża T-341/20: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2020 – EAB vs EUIPO (RADIOSHUTTLE)

26

2020/C 255/34

Kawża T-355/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 – Krasny vs EUIPO – Spółdzielnia Pokój (Pokój TRADYCJA JAKOŚĆ KRÓWKA SŁODKIE CHWILE Z DZIECIŃSTWA TRADYCYJNA RECEPTURA)

26

2020/C 255/35

Kawża T-356/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2020 – Jiruš vs EUIPO – Nile Clothing (Racing Syndicate)

27

2020/C 255/36

Kawża T-359/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2020 – Team Beverage vs EUIPO – Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung (Team Beverage)

28

2020/C 255/37

Kawża T-361/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2020 – El Corte Inglés vs EUIPO – Europull (GREEN COAST)

28

2020/C 255/38

Kawża T-362/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – Acciona vs EUIPO – Agencia Negociadora PB (REACCIONA)

29

2020/C 255/39

Kawża T-363/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2020 – Krasnyj Octyabr vs EUIPO – Spółdzielnia Pokój (KRÓWKA MLECZNA Milk FUDGE)

30

2020/C 255/40

Kawża T-365/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – Birkenstock Sales vs EUIPO (Forma ta’ disinn ta’ pett taż-żarbun)

31

2020/C 255/41

Kawża T-366/20: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2020 – 1031023 B.C. vs EUIPO – Bodegas San Valero (Rappreżentazzjoni ta’ element tond li jixbah pinzellata)

31

2020/C 255/42

Kawża T-368/20: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2020 – Smiley Miley vs EUIPO – Cyrus Trademarks (MILEY CYRUS)

32

2020/C 255/43

Kawża T-369/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2020 – EFFAS vs EUIPO – CFA Institute (CEFA Certified European Financial Analyst)

33

2020/C 255/44

Kawża T-370/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – KL vs BEI

33

2020/C 255/45

Kawża T-374/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2020 – KM vs Il-Kummissjoni

34

2020/C 255/46

Kawża T-378/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

35

2020/C 255/47

Kawża T-379/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

36


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 255/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 247, 27.7.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 240, 20.7.2020

ĠU C 230, 13.7.2020

ĠU C 222, 6.7.2020

ĠU C 215, 29.6.2020

ĠU C 209, 22.6.2020

ĠU C 201, 15.6.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Kielcach – il-Polonja) – Syndyk Masy Upadłości ECO-WIND Construction S.A. w upadłości li kienet ECO-WIND Construction S.A. vs Samorządowe Kolegium Odwoławcze w Kielcach

(Kawża C-727/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva (UE) 2015/1535 - Standards u regolamenti tekniċi - Turbini eoliċi - Direttiva 2006/123/KE - Kunċett ta’ “servizz” - Ambjent - Direttiva 2009/28/KE - Promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli - Għanijiet vinkolanti nazzjonali globali - Regola nazzjonali dwar il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni li tapplika għall-installazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Proporzjonalità - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi restrizzjonijiet dwar il-lokalizzazzjoni tat-turbini eoliċi)

(2020/C 255/02)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Kielcach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Syndyk Masy Upadłości ECO-WIND Construction S.A. w upadłości li kienet ECO-WIND Construction S.A

Konvenut: Samorządowe Kolegium Odwoławcze w Kielcach

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li jgħid li l-installazzjoni ta’ turbina eolika hija suġġetta għall-osservanza ta’ distanza minima bejn din tal-aħħar u bini li għandu funzjoni residenzjali ma jikkostitwixxix regolament tekniku li għandu jiġi nnotifikat skont l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, sakemm dan ir-rekwiżit ma jwassalx għal użu purament marġinali tat-turbini eoliċi, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 15(2)(a) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni li tissuġġetta l-installazzjoni ta’ turbina eolika għall-osservanza ta’ distanza minima bejn din tal-aħħar u bini li għandu funzjoni residenzjali ma taqax taħt ir-regoli li jissuġġettaw l-aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tagħha għal limitu territorjali fil-forma, b’mod partikolari, ta’ limiti ffissati skont distanza minima bejn fornituri, li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 15(7) ta’ din id-direttiva.

3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/1513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni li tissuġġetta l-installazzjoni ta’ turbina eolika għall-osservanza ta’ distanza minima bejn din tal-aħħar u bini li għandu funzjoni residenzjali, sakemm din il-leġiżlazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata fid-dawl tal-għan vinkolanti nazzjonali globali tal-Istat Membru kkonċernat, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – IL et vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-535/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Direttiva 2011/92/UE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali - Irregolaritajiet li jivvizzjaw il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett - Aċċess għall-ġustizzja - Limiti previsti mid-dritt nazzjonali - Direttiva 2000/60/KE - Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma - Deterjorament ta’ korp tal-ilma ta’ taħt l-art - Modalitajiet ta’ evalwazzjoni - Dritt tal-individwi li jadottaw miżuri għall-prevenzjoni tat-tniġġis - Locus standi quddiem il-qrati nazzjonali)

(2020/C 255/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IL, JK, KJ, LI, NG, MH, OF, PE, Eredi ta’ QD, magħmula minn RC u SB, TA, UZ, VY, WX

Konvenut: Land Nordrhein-Westfalen

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu li, meta difett proċedurali li jivvizzja d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett ma jkunx ta’ natura li jibdel is-sinjifikat tagħha, it-talba għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni tkun ammissibbli biss jekk l-irregolarità inkwistjoni tkun ċaħħdet lir-rikorrent mid-dritt tiegħu li jipparteċipa fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent, iggarantit mill-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-kontroll mill-awtorità kompetenti tal-osservanza tal-obbligi li huwa jipprovdi, fosthom dak li jiġi evitat id-deterjorament tal-istat tal-korpi tal-ilma, kemm tal-wiċċ kif ukoll ta’ taħt l-art, ikkonċernati minn proġett, jista’ jseħħ biss wara li jkun ġie awtorizzat.

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku matul il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ proġett għandha tinkludi d-data neċessarja sabiex jiġu evalwati l-effetti ta’ dan tal-aħħar fuq l-ilma fid-dawl tal-kriterji u tal-obbligi previsti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60.

3)

L-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies bħala deterjorament tal-istat kimiku ta’ korp tal-ilma ta’ taħt l-art minħabba proġett, minn naħa, l-eċċess ta’ mill-inqas wieħed mill-istandards ta’ kwalità jew mill-valuri limitu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament, u, min-naħa l-oħra, żieda prevedibbli tal-konċentrazzjoni ta’ inkwinant meta l-limitu stabbilit għal dan ikun diġà nqabeż. Il-valuri mkejla f’kull punt ta’ sorveljanza għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni individwalment.

4)

Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu u l-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 kif ukoll l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 19 TUE u tal-Artikolu 288 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-membri tal-pubbliku kkonċernat minn proġett għandhom ikunu jistgħu jinvokaw, quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti, il-ksur tal-obbligi ta’ prevenzjoni ta’ deterjorament tal-korpi tal-ilma u ta’ titjib tal-istat tagħhom, jekk dan il-ksur ikun jikkonċernahom direttament.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Stuttgart- il-Ġermanja) – Interseroh Dienstleistungs GmbH vs SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH

(Kawża C-654/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Trasferiment ta’ skart - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel - Rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni - Annexe III A - Taħlita ta’ karta, ta’ kartun u ta’ prodotti tal-karta - Entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel - Materjali li jfixklu - Kontaminazzjoni ta’ taħlita b’materjali oħra - Valorizzazzjoni b’mod ekoloġikament razzjonali)

(2020/C 255/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interseroh Dienstleistungs GmbH

Konvenuta: SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH

Dispożittiv

1.

L-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2002 tal-10 ta’ Novembru 2015, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal taħlita ta’ skart tal-karta, tal-kartun u ta’ prodotti tal-karta fejn kull tip ta’ skart jaqa’ taħt wieħed mill-ewwel tliet inċiżi tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni dwar il-kontroll tal-moviment transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu, iffirmata f’Basel fit-22 ta’ Marzu 1989, approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/98/KEE tal-1 ta’ Frar 1993, riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, u li fiha impuritajiet sa 10 %.

2.

L-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006, kif emendat bir-Regolament 2015/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal tali taħlita ta’ skart sa fejn, minn naħa, din it-taħlita ma tinkludix materji li jaqgħu taħt ir-raba’ inċiż tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-imsemmija konvenzjoni, riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, u, min-naħa l-oħra, ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li jinsabu fil-punt 1 tal-Anness III A tal-imsemmi regolament, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 35, 28.01.2019.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – World Comm Trading Gfz SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti

(Kawża C-684/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90 - Artikoli 184 sa 186 - Prinċipju ta’ Newtralità tal-VAT - Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa li twettqet inizjalment - Roħs fil-prezzijiet mogħti għall-kunsinni ġewwa l-Komunità u domestiċi tal-oġġetti)

(2020/C 255/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: World Comm Trading Gfz SRL

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 185 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali għandhom jimponu fuq persuna taxxabbli aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li twettaq inizjalment, meta, wara l-ksib minnha tar-roħs fil-prezzijiet għall-kunsinni interni ta’ oġġetti, dawn l-awtoritajiet jikkunsidraw li t-tnaqqis li twettaq inizjalment kien iktar minn dak li din il-persuna taxxabbli kienet fid-dritt li twettaq.

2)

L-Artikolu 185 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li aġġustament ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li twettaq inizjalment jiġi impost fir-rigward ta’ persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru, anke meta l-fornitur ta’ din il-persuna taxxabbli waqqaf l-attivitajiet tiegħu f’dan l-Istat Membru u li l-imsemmi fornitur ma jistax iżjed, minħabba dan il-fatt, jitlob il-ħlas lura ta’ parti tal-VAT li huwa ħallas.


(1)  ĠU C 44, 4.2.2019.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf- il-Germanja) – Informatikgesellschaft für Software-Entwicklung (ISE) mbH vs Stadt Köln

(Kawża C-796/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Il-punt 5 tal-Artikolu 2(1) - Artikolu 12(4) - Artikolu 18(1) - Kunċett ta’ “kuntratt bi ħlas” - Kuntratt bejn żewġ awtoritajiet kontraenti li jsegwu għan komuni ta’ interess pubbliku - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ softwer intiż għal koordinazzjoni tal-interventi tal-korpi tat-tifi tan-nar - Assenza ta’ korrispettiv pekunjarju - Rabta ma’ ftehim ta’ kooperazzjoni li jipprevedi t-tqegħid għad-dispożizzjoni reċiproka u mingħajr ħlas ta’ moduli addizzjonali ta’ dan is-softwer - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Projbizzjoni li impriża privata titqiegħed f’sitwazzjoni privileġġata fil-konfront tal-kompetituri tagħha)

(2020/C 255/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Informatikgesellschaft für Software-Entwicklung (ISE) mbH

Konvenut: Stadt Köln

fil-preżenza ta’: Land Berlin

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li ftehim li, minn naħa, jipprevedi li awtorità kontraenti tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ awtorità kontraenti oħra softwer mingħajr ħlas u, min-naħa l-oħra, huwa marbut ma’ ftehim ta’ kooperazzjoni li abbażi tiegħu kull parti għal dan il-ftehim hija obbligata li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ awtorità kontraenti oħra mingħajr ħlas l-iżviluppi futuri ta’ dan is-softwer li hija tista’ tikkonċepixxi, jikkostitwixxi “kuntratt pubbliku”, fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, meta jirriżulta kemm mill-kliem ta’ dawn il-ftehimiet kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli li l-imsemmi softwer huwa bħala prinċipju s-suġġett ta’ adattamenti.

2)

L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 għandu jiġi interpretat fis-sens li kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti tista’ tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi previsti minn din id-direttiva meta l-imsemmija kooperazzjoni tirrigwarda attivitajiet aċċessorji għas-servizzi pubbliċi li għandhom jiġu pprovduti, anki individwalment, minn kull parti għal din il-kooperazzjoni, sakemm dawn l-attivitajiet aċċessorji jikkontribwixxu għat-twettiq effettiv tal-imsemmija servizzi pubbliċi.

3)

L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24, moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-premessa 33 u mal-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti ma għandux ikollha l-effett, konformement mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li impriża privata titqiegħed f’sitwazzjoni privileġġata fil-konfront tal-kompetituri tagħha.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-33/19) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sigurtà tal-linji tal-ferrovija - Direttiva 2004/49/KE - Artikolu 21(1) u (2) - Assenza ta’ adozzjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi żgurata l-indipendenza organizzattiva tal-korp investigattiv kif ukoll l-aċċess awtonomu tiegħu għal riżorsi suffiċjenti)

(2020/C 255/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Vrignon, C. Georgieva-Kecsmar u J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: L. Zaharieva u E. Petranova, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji biex tiggarantixxi l-indipendenza organizzattiva tal-korp investigattiv fir-rigward tal-amministratur tal-infrustruttura ferrovjarja kkontrollata mill-Ministru tat-Trasport, tat-Teknoloġija Informatika u tal-Komunikazzjonijiet kif ukoll l-indipendenza ta’ dan il-korp fir-rigward ta’ dan l-amministratur inkwantu għall-aċċess għar-riżorsi neċesarji għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqqset mill-obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 21(1) u (2) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija).

2)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 122, 1.4.2019.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 – Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-309/19 P) (1)

(Appell - Artikolu 73(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Digriet tal-Qorti Ġenerali li jasal għall-konklużjoni tal-inammissibbiltà manifesta ta’ rikors minħabba l-assenza ta’ firma miktuba bl-idejn - Rikors f’verżjoni stampata li tinkludi l-istampar ta’ firma elettronika awtentikata)

(2020/C 255/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos (rappreżentanti: J. Azcárate Olano u E. Almarza Nantes, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u I. Naglis, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/8


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2019 minn CJ mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-27 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-1/19, CJ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-634/19 P)

(2020/C 255/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: CJ (rappreżentant: V. Kolias, dikigoros)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-16 ta’ Ġunju 2020 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa miċħud bħala parzjalment infondat u li CJ għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) u mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Novembru 2019 u fit-3 ta’ Diċembru 2019 – “Marvik-Pastrogor” EOOD u “RODES – 08” EOOD

(Kawżi C-818/19 u C-878/19)

(2020/C 255/10)

Lingwa tal-kawżi: il-Bulgaru

Qrati tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad, Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Marvik-Pastrogor” EOOD, “RODES – 08” ЕООD

Konvenuti: Darzhavata, predstavlyavana ot Ministara na finansite (l-Istat, irrappreżentat mill-Ministru għall-Finanzi), Narodno sabranie na Republika Bulgaria (l-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija)

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ April 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddeċidiet li hija manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/8


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 minn “Rezon” OOD mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fl-20 ta’ Novembru 2019 fil-Kawża T-101/19, Rezon vs EUIPO (imot.bg)

(Kawża C-26/20 P)

(2020/C 255/11)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Appellanti:“Rezon” OOD (rappreżentant: M. Yordanova-Harizanova, advokat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-21 ta’ April 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddikjarat li l-appell ineżami huwa manifestament inammissibbli.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-16 ta’ April 2020 – ET bħala amministratur għall-insolvenza ta’ Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG (AB KG) vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-165/20)

(2020/C 255/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ET bħala amministratur għall-insolvenza ta’ Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG (AB KG)

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2003/87/KE (1) u d-Direttiva 2008/101/KE (2), fid-dawl tal-premessa 20 tad-Direttiva 2008/101, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-annullament tal-allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti għall-avjazzjoni lil operatur tal-ajruplani għas-snin 2018 sa 2020 meta l-kwoti għas-snin 2013 sa 2020 kienu diġà ġew allokati u l-operatur tal-ajruplani waqqaf l-attivitajiet tiegħu fl-2017 minħabba insolvenza?

L-Artikolu 3f(1) tad-Direttiva 2003/87 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-annullament tad-deċiżjoni ta’ allokazzjoni wara l-waqfien tal-attivitajiet tal-avjazzjoni minħabba insolvenza jiddependi fuq jekk it-trasportaturi bl-ajru oħra jibqgħux iwettqu attivitajiet tal-avjazzjoni? L-Artikolu 3f(1) tad-Direttiva 2003/87 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attivitajiet tal-avjazzjoni jitkomplew jekk id-drittijiet ta’ nżul fl-hekk imsejħa ajruporti kkoordinati (slots) ikunu ġew parzjalment mibjugħa (għall-attivitajiet fuq medda qasira u medja tal-linja tal-ajru insolventi) lil tliet operaturi oħra tat-trasport bl-ajru?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(5), tal-Artikolu 29, tal-Artikolu 55(1)(a) u (3) kif ukoll tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 389/2013 (3) huma kompatibbli mad-Direttivi 2003/87 u 2008/101 u validi, sa fejn dawn jipprekludu li l-allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti għall-avjazzjoni, li għadhom ma nħarġux, jinħarġu fil-każ li l-operatur tal-ajruplani jwaqqaf l-attivitajiet tiegħu minħabba insolvenza?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

Id-Direttivi 2003/87 u 2008/101 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa obbligatorju, skont id-dritt tal-Unjoni, li tiġi annullata d-deċiżjoni relatata mal-allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti għall-avjazzjoni?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u ta’ risposta fin-negattiv għat-tielet domanda:

L-Artikoli 3c(3a), 28a (1) u (2) u 28b(2) tad-Direttiva 2003/87, kif emendata bid-Direttiva 2018/410 (4), għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-tielet perijodu ta’ skambju għall-operaturi tal-ajruplani ma jintemmx fl-aħħar tal-2020 iżda biss fl-2023?

5)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għar-raba’ domanda:

Talbiet għal allokazzjoni addizzjonali ta’ kwoti ta’ emissjoni bla ħlas għall-operaturi tal-ajruplani għat-tielet perijodu ta’ skambju jistgħu jintlaqgħu wara t-tmiem tat-tielet perjodu ta’ skambju permezz ta’ allokazzjonijiet mir-raba’ perijodu ta’ skambju, fil-każ li l-eżistenza ta’ din it-talba għall-allokazzjoni tkun biss stabbilita minn qorti wara l-iskadenza tat-tielet perijodu ta’ skambju, jew it-talbiet ta’ allokazzjoni li jkunu għadhom ma ntlaqgħux jiskadu mat-tmiem tat-tielet perijodu ta’ skambju?


(1)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).

(2)  Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU 2009, L 8, p. 3).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011 (ĠU 2013, L 122, p. 1).

(4)  Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta‘ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU 2018, L 76, p. 3).


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-28 ta’ April 2020 – OT vs Vyriausioji tarnybinės etikos komisija

(Kawża C-184/20)

(2020/C 255/13)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OT

Konvenuta: Vyriausioji tarnybinės etikos komisija

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament 2016/679 (1) u b’mod partikolari r-rekwiżit li d-dritt tal-Istati Membri għandu jissodisfa għan ta’ interess pubbliku u għandu jkun proporzjonali għall-għan leġittimu mfittex, kif ukoll tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta (2), il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(1)(e) tal-imsemmi regolament li l-ipproċessar [tad-data personali] għandu jkun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali mogħtija lill-Kontrollur, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dritt nazzjonali ma jistax jeżiġi l-iżvelar tad-data li tidher f’dikjarazzjonijiet ta’ interessi privati u l-pubblikazzjoni tal-imsemmija data fis-sit tal-internet tal-Kontrollur – il-Vyriausiosios tarnybinės etikos komisijos -, fatt li jirrendi din id-data aċċessibbli għal kull persuna li għandha l-possibbiltà li tuża l-internet?

2)

Fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament 2016/679 u b’mod partikolari r-rekwiżit previst fl-Artikolu 9(2)(g) li l-ipproċessar [tad-data personali] għandu jkun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt ta’ Stat Membru, li għandu jkun proporzjonali mal-għan imfittex, jirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u jipprevedi miżuri xierqa u speċifiċi sabiex jiġu ssalvagwardati d-drittijiet fundamentali u l-interessi tal-persuna kkonċernata, kif ukoll tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, il-projbizzjoni ta’ pproċessar ta’ ċerti kategoriji ta’ data prevista fl-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dritt nazzjonali ma jistax jeżiġi l-iżvelar tad-data li tidher f’dikjarazzjonijiet ta’ interessi privati li tista’ tiżvela data personali, fosthom data li tippermetti li jsiru magħrufa l-opinjonijiet politiċi, l-appartenenza sindakali jew l-orjentazzjoni sesswali, jew informazzjoni oħra ta’ natura personali ta’ persuna, u l-pubblikazzjoni tal-imsemmija data fis-sit tal-internet tal-Kontrollur – il-Vyriausiosios tarnybinės etikos komisijos -, fatt li jirrendi din id-data aċċessibbli għal kull persuna li għandha l-possibbiltà li tuża l-internet?


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1).

(2)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2012 C 326, p. 391).


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ April 2020 – JL vs BMW Bank GmbH, DT vs Volkswagen Bank GmbH

(Kawża C-187/20)

(2020/C 255/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: JL, DT

Konvenuti: BMW Bank GmbH, Volkswagen Bank GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 2008/48/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni dwar it-tip ta’ kreditu għandha tindika, skont il-każ, jekk hemmx inkwistjoni kuntratt ta’ kreditu assoċjat u/jew kuntratt ta’ kreditu għal żmien determinat?

2)

L-Artikolu 10(2)(d) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-ksib tal-kreditu fil-każ ta’ kuntratti ta’ kreditu assoċjati mal-finanzjament tax-xiri ta’ beni jew meta l-ammont tas-self jiġi żborżat lill-bejjiegħ, huwa neċessarju li jiġi indikat li l-mutwatarju jinħeles mill-obbligu tiegħu li jħallas il-prezz tal-bejgħ sal-ammont żborżat u li l-bejjiegħ għandu jikkunsinna l-beni mixtri sa fejn il-prezz tal-bejgħ ikun tħallas integralment?

3)

L-Artikolu 10(2)(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratt ta’ kreditu:

(a)

għandu jindika, f’forma ta’ numru assolut, ir-rata tal-interessi moratorji applikabbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu jew, minn tal-inqas, ir-rata tal-interessi ta’ referenza (f’dan il-każ, ir-rata tal-interessi bażika konformement mal-Artikolu 247 tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem il-“BGB”)) li minnha tirriżulta r-rata tal-interessi moratorji applikabbli b’mod addizzjonali (f’dan il-każ, ta’ 5 punti perċentwali konformement mat-tieni sentenza tal-Artikolu 288(1) tal-BGB)?

(b)

għandu jiddeskrivi b’mod konkret il-mekkaniżmu għall-aġġustament tar-rata tal-interessi moratorji jew, minn tal-inqas, għandu jirreferi għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li minnhom ikun jista’ jiġi dedott l-aġġustament tar-rata tal-interessi moratorji (Artikolu 247 u t-tieni sentenza tal-Artikolu 288(1) tal-BGB)?

4)

(a)

L-Artikolu 10(2)(r) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratt ta’ kreditu għandu, fir-rigward tal-kalkolu tal-kumpens dovut fil-każ ta’ rimbors antiċipat tas-self, jindika formola matematika konkreta li tkun tista’ tinftiehem mill-konsumatur, b’tali mod li dan ikun jista’ jikkalkola, minn tal-inqas b’mod approssimattiv, l-ammont tal-kumpens dovut fil-każ ta’ xoljiment antiċipat?

(b)

(fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-punt (a) tar-raba’ domanda):

L-Artikolu 10(2)(r) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48 jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ informazzjoni inkompleta fis-sens tal-Artikolu 10(2)(r) tad-Direttiva 2008/48, it-terminu ta’ rtirar jibda madankollu jiddekorri mal-konklużjoni tal-kuntratt u huwa biss id-dritt tal-kreditur għal kumpens għar-rimbors antiċipat tal-kreditu li jintemm?

5)

L-Artikolu 10(2)(s) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

(a)

il-kuntratt ta’ kreditu għandu jindika wkoll id-drittijiet ta’ xoljiment tal-partijiet fil-kuntratt ta’ kreditu previsti mid-dritt nazzjonali, b’mod partikolari wkoll id-dritt ta’ xoljiment għal raġuni gravi tal-persuna li ssellef konformement mal-Artikolu 314 tal-BGB fil-qasam tal-kuntratti ta’ kreditu għal żmien determinat, u li għandu jkun hemm riferiment espress tal-artikolu li jirregola dan id-dritt ta’ xoljiment?

(b)

(fil-każ li r-risposta għad-domanda (a) preċedenti tkun fin-negattiv)

ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrendi obbligatorju r-riferiment għal dritt speċjali ta’ xoljiment previst mid-dritt nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 10(2)(s) tad-Direttiva 2008/48?

(c)

il-kuntratt ta’ kreditu għandu jindika, rispettivament, għad-drittijiet ta’ xoljiment kollha tal-partijiet fil-kuntratt ta’ kreditu, it-terminu u l-forma tad-dikjarazzjoni ta’ xoljiment meħtieġa sabiex jiġi eżerċitat id-dritt ta’ xoljiment?

6)

L-Artikolu 10(2)(t) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratt ta’ kreditu għandu jindika r-rekwiżiti formali essenzjali għal ilment u/jew rimedju fi proċedura extraġudizzjara ta’ lment u/jew ta’ rimedju ġudizzjarju? Huwa insuffiċjenti f’dan ir-rigward li jkun hemm riferiment għal regolament, li jista’ jiġi kkonsultat fuq l-internet, applikabbli għall-proċedura extraġudizzjarja ta’ lment u/jew ta’ rimedju ġudizzjarju?

7)

Fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur, il-kreditur huwa eskluż milli jinvoka d-dekadenza tal-eżerċizzju mill-konsumatur tad-dritt ta’ rtirar tiegħu konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48

(a)

jekk ċerta informazzjoni obbligatorja prevista fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 ma tkunx debitament inkluża fil-kuntratt ta’ kreditu u lanqas ma tkun ġiet debitament ikkomunikata sussegwentement, b’mod li t-terminu ta’ rtirar previst fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48 ma jkunx beda jiddekorri?

(b)

(fil-każ li r-risposta għad-domanda (a) preċedenti tkun fin-negattiv)

jekk id-dekadenza tkun prinċipalment ibbażata fuq il-perijodu li jkun iddekorra mill-konklużjoni tal-kuntratt u/jew fuq l-eżekuzzjoni kompleta tal-kuntratt miż-żewġ partijiet fil-kuntratt u/jew fuq id-dispożizzjoni tal-kreditur fir-rigward tal-ammont tas-self irrimborsat jew fuq ir-rimbors tal-garanziji ta’ kreditu u/jew (fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ assoċjat mal-kuntratt ta’ kreditu) fuq l-użu jew fuq il-bejgħ mill-konsumatur tal-beni ffinanzjat, iżda l-konsumatur ma kellux għarfien tal-eżistenza kontinwa tad-dritt ta’ rtirar tiegħu matul il-perijodu rilevanti u meta seħħew iċ-ċirkustanzi rilevanti u lanqas ma huwa responsabbli għan-nuqqas ta’ dan l-għarfien, u l-kreditur lanqas seta’ jassumi li l-konsumatur kellu tali għarfien?

8)

Fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur, il-kreditur huwa eskluż milli jinvoka l-abbuż ta’ dritt fir-rigward tal-eżerċizzju mill-konsumatur tad-dritt ta’ rtirar tiegħu konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48/KE

(a)

jekk ċerta informazzjoni obbligatorja prevista fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 ma tkunx debitament inkluża fil-kuntratt ta’ kreditu u lanqas ma tkun ġiet debitament ikkomunikata sussegwentement, b’mod li t-terminu ta’ rtirar previst fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48 ma jkunx beda jiddekorri?

(b)

(fil-każ li r-risposta għad-domanda (a) preċedenti tkun fin-negattiv)

jekk l-abbuż ta’ dritt ikun prinċipalment ibbażat fuq il-perijodu li jkun iddekorra mill-konklużjoni tal-kuntratt u/jew fuq l-eżekuzzjoni kompleta tal-kuntratt miż-żewġ partijiet fil-kuntratt u/jew fuq id-dispożizzjoni tal-kreditur fir-rigward tal-ammont tas-self irrimborsat jew fuq ir-rimbors tal-garanziji ta’ kreditu u/jew (fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ assoċjat mal-kuntratt ta’ kreditu) fuq l-użu jew fuq il-bejgħ mill-konsumatur tal-beni ffinanzjat, iżda l-konsumatur ma kellux għarfien tal-eżistenza kontinwa tad-dritt ta’ rtirar tiegħu matul il-perijodu rilevanti u meta seħħew iċ-ċirkustanzi rilevanti u lanqas ma huwa responsabbli għan-nuqqas ta’ dan l-għarfien, u l-kreditur lanqas seta’ jassumi li l-konsumatur kellu tali għarfien?


(1)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat 23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46).


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Mejju 2020 – “Toplofikatsia Sofia” EAD, “Chez Elektro Balgaria” AD u “Agentsia za kontrol na prosrocheni zadalzhenia” EOOD

(Kawża C-208/20)

(2020/C 255/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Toplofikatsia Sofia” EAD, “Chez Elektro Balgaria” AD u “Agentsia za kontrol na prosrocheni zadalzhenia” EOOD

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 20(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ekwivalenza tal-miżuri proċedurali fil-proċessi ġudizzjarji nazzjonali, kif ukoll mal-Artikolu 1[(1)](a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta’ l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta d-dritt nazzjonali tal-qorti adita jipprevedi li din tal-aħħar għandha tieħu miżuri ex officio sabiex tfittex fil-pajjiż tagħha l-indirizz tal-konvenut u meta tikkonstata li dan il-konvenut jinsab fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, il-qorti adita hija meħtieġa tivverifka l-indirizz tal-konvenut anki billi titlob lill-korpi kompetenti tal-Istat fejn jirrisjedi l-konvenut?

2)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2), moqri flimkien mal-prinċipju ta’ għoti ta’ rimedji proċedurali mill-qorti nazzjonali li jiżguraw protezzjoni effettiva tad-drittijiet li joħorġu mid-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tad-determinazzjoni tar-residenza abitwali tad-debitur, bħala rekwiżit preliminari tad-dritt nazzjonali sabiex tinfetaħ proċedura formali unilaterali mingħajr kompilazzjoni ta’ provi, bħalma huwa l-ħruġ ta’ ordni ta’ eżekuzzjoni, il-qorti nazzjonali hija meħtieġa tinterpreta kull dubju raġonevoli dwar jekk id-debitur għandux ir-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni bħala assenza ta’ bażi legali għall-ħruġ ta’ tali ordni, jew bħala bażi li tipprekludi li l-ordni tikseb saħħa eżekuttiva?

3)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ għoti ta’ rimedji proċedurali mill-qorti nazzjonali li jiżguraw protezzjoni effettiva tad-drittijiet li joħorġu mid-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qorti nazzjonali, li wara li tkun ħarġet l-ordni li għandha tiġi eżegwita kontra d-debitur tikkonstata li dan id-debitur probabbilment ma għandux ir-residenza abitwali tiegħu fl-Istat tal-qorti u fil-każ li dan jikkostitwixxi ostakolu għall-ħruġ tal-ordni li għandha tiġi eżegwita kontra tali debitur fid-dritt nazzjonali, tinvalida ex officio l-ordni li għandha tinħareġ, u dan minkejja l-assenza ta’ dispożizzjoni legali espliċita f’dan is-sens?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tielet domanda, dan ifisser li d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-istess domanda għandhom jiġu interpretati fis-sens li jobbligaw lill-qorti nazzjonali tinvalida l-ordni li għandha tinħareġ jekk tkun fittxet u kkonstatat b’ċertezza li d-debitur ma għandux ir-residenza abitwali tiegħu fl-Istat tal-qorti adita?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 121.

(2)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/13


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-227/20)

(2020/C 255/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Tricot, G. Gattinara, aġenti)

Konvenuta: Ir-Reppublika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1)

tikkonstata li, billi ma adottatx ir-regoli dwar is-sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ ksur tal-Artikoli 4 u 7 tar-Regolament Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni (1), billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji biex tiggarantixxi li tali regoli jiġu applikati u li s-sanzjonijiet previsti jkunu effikaċi, propoprzjonati u dissważivi, u billi ma kkomunikatx l-imsemmija regoli dwar is-sanzjonijiet lill-Kummissjoni sal-11 ta’ Ġunju 2015, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 511/2014;

2)

tikkundanna lil Ir-Reppublika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-miżuri li jinkludu s-sanzjonijiet għall-ksur tal-Artikoli 4 u 7 tar-Regolament Nru 511/2014 għadhom ma ġewx adottati mir-Repubblika Taljana, u dan minkejja l-fatt li, minn naħa, dawn il-miżuri diġà kellhom jiġu stabbiliti fl-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri mill-11 ta’ Ġunju 2014 u, min-naħa l-oħra, li sussegwentement kellu jkun hemm il-predispożizzjoni mill-imsemmija Stati Membri li jadottaw “l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu applikati”, kif indikat fl-aħħar parti tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 511/2014.

Barra minn hekk, il-ksur tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament jirrigwarda wkoll in-nuqqas ta’ komunikazzjoni min-naħa tar-Repubblika Taljana tal-miżuri relatati mas-sanzjonijiet. F’dan is-sens, skont l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 511/2014, ir-Repubblika Taljana kellha l-obbligu li tikkomunika lill-Kummissjoni r-regoli “msemmija fil-paragrafu 1” ta’ din id-dispożizzjoni, jiġifieri r-“regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tal-Artikoli 4 u 7” sal-11 ta’ Ġunju 2015.


(1)  ĠU 2014, L 150, p. 59.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fit-3 ta’ Ġunju 2020 – AAS “BTA Baltic Insurance Company” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-230/20)

(2020/C 255/17)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AAS “BTA Baltic Insurance Company”

Parti oħra fil-proċedura: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

Il-garanti msemmi fl-Artikolu 195 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) (if emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000 (2)), jista’ jiġi kkwalifikat bħala debitur fis-sens tal-Artikolu 221(3) [ta’ dan l-istess regolament], u għalhekk huwa suġġett għat-terminu ffissat minn din id-dispożizzjoni?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-garanti jista’ jitqies, abbażi tal-Artikolu 232(1)(a) tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq, bħala l-persuna li kontriha hija diretta l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni jew l-eżekuzzjoni forzata tal-kreditu, jew bħala l-persuna kkonċernata mill-eżekuzzjoni, u għalhekk din hija suġġetta għar-regoli tal-Istat Membru dwar l-eżekuzzjoni, inklużi dawk relattivi għat-termini?

3)

Jekk, abbażi tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, il-garanti ma jistax jiġi kkwalifikat bħala debitur fis-sens tal-Artikolu 221(3) tar-Regolament, u lanqas ma jista’ jitqies bħala l-persuna li kontriha hija diretta l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni jew bħala l-persuna kkonċernata mill-eżekuzzjoni, dan jista’ jkun suġġett għar-rekwiżit ta’ terminu ta’ preskrizzjoni raġonevoli li jirriżulta mill-prinċipju ta’ ċertezza legali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(2)  Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunita (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239).


Il-Qorti Ġenerali

3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – B.D. vs EUIPO – Philicon-97 (PHILIBON)

(Kawża T-717/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PHILIBON - Trade mark nazzjonali figurattivi preċedenti PHILICON - Raġuni relattiva għal rifjut - Trade mark magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2020/C 255/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: B.D. – Boyer Developpement (Moissac, Franza) (rappreżentant: E. Junca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, A. Folliard-Monguiral, H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Philicon-97 AD (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentanti: V. Pavlov u M. Lazarov, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 375/2018-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Philicon 97 u B. D. – Boyer Developpement.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

B. D. – Boyer Developpement hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 54, 11.2.2019.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Boyer vs EUIPO – Philicon-97 (PHILIBON DEPUIS 1957 www.philibon.com)

(Kawża T-718/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PHILIBON DEPUIS 1957 www.philibon.com - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PHILICON - Raġuni relattiva għal rifjut - Trade mark li hija magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2020/C 255/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boyer (Moissac, Franza) (rappreżentant: E. Junca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, A. Folliard-Monguiral, H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Philicon-97 AD (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentanti: V. Pavlov u M. Lazarov, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 374/2018-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Philicon 97 u Boyer.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Boyer hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 54, 11.2.2019.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ chequerboard)

(Kawża T-105/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattivi li tirrappreżenta disinn ta’ chequerboard - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Fatti magħrufa - Karattru distintiv akkwistat bl-użu - Evalwazzjoni globali tal-provi ta’ karattru distintiv akkwistat bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 59(1)u (2) tar-Regolament 2017/1001”)

(2020/C 255/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Louis Vuitton Malletier (Paris, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi, N. Parrotta u P.-Y. Gautier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Ruzek u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Norbert Wisniewski (Varsovie, il-Polonja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2018 (Każ R 274/2017-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Wisniewski u Louis Vuitton Malletier.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal- Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Novembru 2018 (Każ R 274/2017-2) hija annulata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Leinfelder Uhren München vs EUIPO – Schafft (Leinfelder)

(Kawża T-577/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Leinfelder - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolemant (UE) 2017/1001 - Abbuż ta’ dritt”)

(2020/C 255/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Leinfelder Uhren München GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Lüft, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thomas Schafft (München) (rappreżentant: V. Sandulache, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Mejju 2019 (Każijiet magħquda R 1930/2018-2 et R 1937/2018-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn T. Schafft u Leinfelder Uhren München.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Leinfelder Uhren München GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Lípidos Santiga vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Enerġija - Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli - Limitazzjoni tal-użu ta’ biokarburanti prodotti minn kulturi intiżi għall-ikel tal-bniedem jew l-annimali - Regolament Delegat (UE) 2019/807 - Definizzjoni tal-materji primi b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (TIUA) - Żejt tal-palm - Locus standi - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

(2020/C 255/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lípidos Santiga, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: P. Muñiz Fernández, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u Y. Marinova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 tat-13 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ materja prima b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju u ċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (ĠU 2019, L 133, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Lípidos Santiga, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/18


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Elevolution – Engenharia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-652/19 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 255/23)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Elevolution – Engenharia, S.A. (Amadora, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Marques Mendes, R. Campos, A. Dias Henriques, M. Troncoso Ferrer u C. García Fernández, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u I. Melo Sampaio, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2019 li biha r-rikorrenti ġiet eskluża għal perijodu ta’ tliet snin mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u ta’ għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI) fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU 2015, L 58, p. 17), b’ordni ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni ta’ esklużjoni ppronunzjata fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/18


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2020 – Ascenza Agro vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-77/20 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/17 - Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpyrifos-methyl - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Assenza”)

(2020/C 255/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ascenza Agro, SA (Setúbal, il-Portugall) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, P. Sellar, avukati, u G. McElwee, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A Dawes, F. Castilla Contreras u I. Naglis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/17 tal-10 ta’ Jannar 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpyrifos-methyl, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (JO 2020, L 7, p. 11).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/19


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2020 – Industrias Afrasa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-77/20 RII)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/17 - Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpyrifos-methyl - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Assenza”)

(2020/C 255/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Industrias Afrasa, SA (Paterna, Spanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, P. Sellar, avukati, u G. McElwee, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A Dawes, F. Castilla Contreras u I. Naglis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/17 tal-10 ta’ Jannar 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpyrifos-methyl, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (JO 2020, L 7, p. 11).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/20


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Billions Europe et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-283/20)

(2020/C 255/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Billions Europe Ltd (Stockton-on-Tees, ir-Renju Unit), u seba’ rikorrenti oħra (rappreżentanti: J. Montfort, T. Delille, u P. Chopova-Leprêtre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament ikkontestat”) sa fejn jikkonċerna d-diossidu tat-titanju, jiġifieri l-premessa 5 tar-regolament ikkontestat, l-Annessi I u II tar-regolament ikkontestat, l-emendi għall-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (2) fl-Anness III tar-regolament ikkontestat, u l-entrata għad-diossidu tat-titanju fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 1272/2008 inkluż permezz tal-Anness III tar-regolament ikkontestat;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur ta’ diversi dispożizzjonijiet imperattivi tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jirregolaw il-klassifikazzjoni taħt “karċinoġeniċità” ta’ sustanzi li huma ta’ perikolu għas-saħħa tal-bniedem, inklużi, b’mod partikolari, tal-Artikolu 36 u tat-Taqsima 3.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Il-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju (iktar ’il quddiem ir-“RAC”) wettaq diversi żbalji fattwali serji fl-evalwazzjoni tal-informazzjoni disponibbli u naqas milli jistabbilixxi b’mod sodisfaċenti li d-data disponibbli hija “affidabbli u aċċettat[a]” u li jissuġġerixxi li t-TiO2 għandu il-karatteristika intrinsika li jikkawża l-kanċer. Li kieku r-RAC ma wettaqx tali żbalji, huwa neċessarjament kien ikun ħareġ opinjoni favur “l-ebda klassifikazzjoni” tat-TiO2. Għalhekk, it-TiO2 ma setax jiġi legalment ikklassifikat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali. L-operaturi ekonomiċi, inklużi r-rikorrenti, huma preklużi milli jsiru jafu l-portata preċiża tal-obbligi tagħhom u jieħdu l-passi legali xierqa skont il-ħtieġa. Din l-inċertezza teżisti, fir-rigward tal-portata tal-klassifikazzjoni armonizzata, l-użu maħsub tan-Noti u tal-impatt tar-regolament ikkontestat fuq l-istatus legali u regolatorju tal-prodotti li fihom jew li huma mmanifatturati bit-TiO2 u l-klassifikazzjoni ta’ perikolu tal-iskart ta’ tali prodotti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn ma huwiex meħtieġ (peress li effetti karċinoġeniċi ġew osservati biss fi studji fuq annimali mwettqa taħt kundizzjonijiet tant estremi ta’ tagħbija fuq il-pulmun li dawn qatt ma jistgħu jintlaħqu fl-agħar xenarji fil-kundizzjonijiet reali tal-ħajja) u sa fejn l-iżvantaġġi kkawżati mill-klassifikazzjoni armonizzata tat-TiO2 huma sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija minnha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li, bl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni eżerċitat b’mod żbaljat il-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha u kisret id-dmir ta’ diliġenza tagħha. Sabiex tiġġustifika r-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni sempliċement ibbażat ruħha fuq l-Opinjoni tar-RAC dwar it-TiO2 mingħajr ma wettqet evalwazzjoni suffiċjenti tas-saħħa probatorja ta’ tali Opinjoni tar-RAC, bi ksur tad-dmirijiet tagħha f’dan ir-rigward.

Il-Kummissjoni għażlet interpretazzjoni wiesgħa tar-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ li jirregolaw is-sustanza ta’ perikolu għas-saħħa tal-bniedem “karċinoġeniċità” u ta’ dak li tista’ tikkostitwixxi “karatteristika intrinsika” ta’ sustanza. Hija sempliċement ibbażat ruħha fuq ir-RAC, mingħajr ma evalwat il-portata u l-impatt ta’ tali interpretazzjoni wiesgħa u mingħajr ma stabilixxiet limiti adegwati li jippermettu implimentazzjoni xierqa. B’dan il-mod, il-Kummissjoni bbażat ir-regolament ikkontestat fuq fatti materjalment mhux preċiżi u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni il-fatturi u ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li, fl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (KE) No 1272/2008, id-dmir tagħha ta’ amministrazzjoni tajba, u d-dritt ta’ smigħ tar-rikorrenti. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ma ngħatawx l-opportunità li jesprimu ruħhom b’mod utli fuq l-Opinjoni tar-RAC innifisha, li ddevjat b’mod sinjifikattiv mill-proposta oriġinali ta’ klassifikazzjoni kemm fir-rigward tar-raġuni xjentifika użata kif ukoll tal-konklużjoni finali fuq il-klassifikazzjoni finali tat-TiO2. Għall-kuntrarju, li kieku r-rikorrenti ngħataw opportunità suffiċjenti u formali li jesprimu ruħhom fuq l-Opinjoni tar-RAC matul l-adozzjoni tagħha, tali kummenti kienu x’aktarx iwasslu għal eżitu ieħor fil-proċess deċiżjonali.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li, bl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, mingħajr it-twettiq minn qabel u d-dokumentazzjoni ta’ Valutazzjoni tal-Impatt, il-Kummissjoni kisret l-impenji tagħha Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, (3) u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


(1)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU 2020, L 44, p. 1)

(2)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008 L 353, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 1 u fil-ĠU 2019, L 117, p. 8).

(3)  Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU 2016, L 123, p. 1).


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/21


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2020 – Foz vs Il-Kunsill

(Kawża T-296/20)

(2020/C 255/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Amer Foz (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: L. Cloquet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/212 tas-17 ta’ Frar 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2103/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), sa fejn din tapplika għar-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/211 tas-17 ta’ Frar 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2), sa fejn dan japplika għar-rikorrent; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-proċedura, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest tal-evalwazzjoni tal-fatti.

Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill wettaq żball manifest tal-evalwazzjoni tal-fatti meta qies li huwa jappoġġa r-reġim Assad u jibbenefika minnu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.

Ir-rikorrent isostni li l-konsegwenzi ekonomiċi tas-sanzjonijiet meħuda kontrieh huma disastrużi u sproporzjonati b’paragun mal-għanijiet tal-atti kkontestati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur sproporzjonat tad-dritt għal proprjetà u għall-eżerċizzju ta’ professjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq abbuż ta’ poter.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq.


(1)  ĠU 2020 L 43I, p. 6.

(2)  ĠU 2020 L 43I, p. 1.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/22


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2020 – Fashioneast u AM.VI. vs EUIPO – Moschillo (RICH JOHN RICHMOND)

(Kawża T-297/20)

(2020/C 255/28)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fashioneast Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu), AM.VI. Srl (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: A. Camusso u M. Baghetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Moschillo Srl (Avellino, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarji tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea RICH JOHN RICHMOND – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 815 149

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1381/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li r-rikorrenti jinħelsu mill-pagament tad-drittijiet u l-ispejjeż kollha tal-appell u tal-proċedimenti ta’ revoka;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) flimkien mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/23


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2020 – Unger Marketing International vs EUIPO – Orben Wasseraufbereitung (Water purifiers)

(Kawża T-325/20)

(2020/C 255/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unger Marketing International LLC (Bridgeport, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Huber u K. von Seydlitz-Brandl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Orben Wasseraufbereitung GmbH & Co. KG (Wiesbaden, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni Nru 2 555 425-0002

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 740/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk sostnuti minn Unger;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti, fil-każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tkun intervenjenti f’din il-kawża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 65(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/23


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2020 – König Ludwig International vs EUIPO (Royal Bavarian Beer)

(Kawża T-332/20)

(2020/C 255/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: König Ludwig International GmbH & Co. KG (Geltendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u J. Stock, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark Royal Bavarian Beer li tindika l-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 384 147

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ April 2020 fil-Każ R 1714/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u ksur tad-dritt għal smigħ;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/24


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2020 – Fidia farmaceutici vs EUIPO – Giuliani (IALO TSP)

(Kawża T-333/20)

(2020/C 255/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fidia farmaceutici SpA (Abano Terme, l-Italja) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. Kunz-Hallstein, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giuliani SpA (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali IALO TSP – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 676 271

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 2107/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż; sussegwentement, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti in solidum għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 165(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikoli 32(f) u 39(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 166(4)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikoli 32(f) u 39(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/25


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – Hochmann Marketing vs EUIPO (bittorrent)

(Kawża T-337/20)

(2020/C 255/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hochmann Marketing GmbH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Jennings, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea bittorrent – Trade mark verbali tal-Unjoni Nru 3 216 439

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 187/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Żball ta’ liġi serju, peress li l-konverżjoni fi trade mark Awstrijaka ma hijiex eskluża b’mod evidenti;

Ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-ipoteżi arbitrarja li r-rikorrenti f’ebda mument ma pprovat b’mod sostantiv li l-użu fl-Awstrija għandu jitqies bħala li huwa affermat;

Ksur tal-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Irregolarità gravi tal-proċedura u żball ta’ liġi serju, peress li l-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni l-konstatazzjoni u d-deċiżjoni tal-Uffiċċju, li l-konverżjoni fi trade mark Ġermaniż kienet korretta;

Ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali peress li repetutament ma ħax inkunsiderazzjoni il-prova ta’ użu prodotta fil-Kawża C-118/18;

Irregolarità tal-proċedura u ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, peress li l-interess ekonomiku tar-rikorrenti fl-eżitu tal-proċedura huwa preżenti;

Irregolarità gravi tal-proċedura u żball ta’ liġi serju peress li ħa inkunsiderazzjoni l-argumenti fit-talba tal-intervenjenti tat-23 ta’ Settembru 2019 dwar l-applikazzjoni allegatament in mala fide tat-trade mark nazzjonali tar-rikorrenti;

Żball ta’ liġi serju minħabba l-esklużjoni tal-konverżjoni skont l-Artikolu 139(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill abbażi tas-sentenza fil-Kawża C-149/11;

Irregolarità gravi tal-proċedura u żball ta’ liġi serju, peress li l-Uffiċċju talab li jieħu pożizzjoni biss wara l-annullament tat-trade mark Awstrijaka u li l-Uffiċċju sal-lum għadu ma esprimiex ruħu dwar l-argumenti tar-rikorrenti li jinsabu fit-talba għal konverżjoni;

Żball ta’ liġi rigward id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/26


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2020 – EAB vs EUIPO (RADIOSHUTTLE)

(Kawża T-341/20)

(2020/C 255/33)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: EAB AB (Smålandsstenar, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Norderyd u C. Sundén, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “RADIOSHUTTLE”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 179 709 13

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1428/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/26


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 – Krasny vs EUIPO – Spółdzielnia “Pokój” (Pokój TRADYCJA JAKOŚĆ KRÓWKA SŁODKIE CHWILE Z DZIECIŃSTWA TRADYCYJNA RECEPTURA)

(Kawża T-355/20)

(2020/C 255/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PAO Moscow Confectionery Factory “Krasnyj Octyabr” (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Geitz u J. Stock, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Spółdzielnia “Pokój” (Bielsko-Biała, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Pokój TRADYCJA JAKOŚĆ KRÓWKA SŁODKIE CHWILE Z DZIECIŃSTWA TRADYCYJNA RECEPTURA – Trade mark tal-Unjoni Nru 15 371 305

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 fil-Każ R 1974/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/27


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2020 – Jiruš vs EUIPO – Nile Clothing (Racing Syndicate)

(Kawża T-356/20)

(2020/C 255/35)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Václav Jiruš (Vitín, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: J. Zedníková, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nile Clothing AG (Sutz, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “Racing Syndicate” –Trade mark tal-Unjoni Nru 11 801 065

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1488/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża għal eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż kollha inkorsi mir-rikorrent.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/28


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2020 – Team Beverage vs EUIPO – Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung (Team Beverage)

(Kawża T-359/20)

(2020/C 255/36)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Team Beverage AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, N. Willich u N. Achilles, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung AG (Bonn, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “Team Beverage” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 665 704

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2020 fil-Każ R 2727/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 18 u 47 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/28


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2020 – El Corte Inglés vs EUIPO – Europull (GREEN COAST)

(Kawża T-361/20)

(2020/C 255/37)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Europull Srl (Carpi, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva GREEN COAST – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 936 694

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1555/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn billi tiċħad l-appell tar-rikorrenti hija tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni Nru 13 595 C, li tilqa’ t-talba għal annullament, u tikkonferma l-invalidità tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 14 936 694 GREEN COAST, għal prodotti fil-klassi 25.

tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Id-deċiżjoni kkontestata tikser id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-prova tad-dritt preċedenti (trade mark Taljana li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tagħha għandha n-Nru MO1997C000283 u hija mniżżla fir-reġistru bin-Nru 0001247661), essenzjalment sa fejn fil-punt 22 ta’ din id-deċiżjoni, il-Bord tal-Appell iqis li din il-prova kienet ġiet prodotta, u sa fejn fil-punti 15 sa 21, hija tesponi l-elementi prinċipali li jippermettulha li tasal għal din il-konklużjoni.

Ksur tal-Artikolu 12(2)(a) kif ukoll tal-Artikolu 2(2)(b)(i) li għalih jirreferi l-artikolu preċedenti, kif ukoll, b’analoġija, tal-Artikolu 7(2)(ii) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.

Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/29


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – Acciona vs EUIPO – Agencia Negociadora PB (REACCIONA)

(Kawża T-362/20)

(2020/C 255/38)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Acciona, SA (Alcobendas, Spanja) (rappreżentant: J. C. Erdozain López, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Agencia Negociadora PB, SL (Las Rozas, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali REACCIONA –Trade mark tal-Unjoni Nru 8 605 578

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 fil-Każ R 652/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, f’każ li din topponi din it-talba, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/30


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2020 – Krasnyj Octyabr vs EUIPO – Spółdzielnia “Pokój” (KRÓWKA MLECZNA Milk FUDGE)

(Kawża T-363/20)

(2020/C 255/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PAO Moscow Confectionery Factory “Krasnyj Octyabr” (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Geitz u J. Stock, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Spółdzielnia “Pokój” (Bielsko-Biała, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea KRÓWKA MLECZNA Milk FUDGE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 371 255

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ April 2020 fil-Każ R 1532/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dritt għal smigħ.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/31


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – Birkenstock Sales vs EUIPO (Forma ta’ disinn ta’ pett taż-żarbun)

(Kawża T-365/20)

(2020/C 255/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Birkenstock Sales GmbH (Linz am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker u K. Middelhoff, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni (Forma ta’ disinn ta’ pett taż-żarbun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 576 284

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1706/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/31


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2020 – 1031023 B.C. vs EUIPO – Bodegas San Valero (Rappreżentazzjoni ta’ element tond li jixbah pinzellata)

(Kawża T-366/20)

(2020/C 255/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: 1031023 B.C. Ltd (Richmond, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentant: M. González Gordon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas San Valero, S. Coop. (Cariñena, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ element tond li jixbah pinzellata) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 890 405

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 2142/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tammetti r-rikors u d-dokumenti mehmuża u tikkunsidra li r-rikors ġie ppreżentat fil-ħin u fil-forma kontra d-deċiżjoni kkontestata u li, wara li twettqu l-proċeduri xierqa, tagħti sentenza li tilqa’ t-talbiet ta’ din il-parti u tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 17 890 405.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/32


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2020 – Smiley Miley vs EUIPO – Cyrus Trademarks (MILEY CYRUS)

(Kawża T-368/20)

(2020/C 255/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Smiley Miley, Inc. (Nashville, Tennessee, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Trademarks Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “MILEY CYRUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 807 111

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 fil-Każ R 2520/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors, inklużi d-dokumenti kollha annessi u l-kopji tagħhom;

tilqa l-provi kollha annessi mar-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-parti intervenjenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/33


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2020 – EFFAS vs EUIPO – CFA Institute

(CEFA Certified European Financial Analyst)

(Kawża T-369/20)

(2020/C 255/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Federation of Financial Analysts’Societies (EFFAS) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Merico u G. Macías Bonilla, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CFA Institute (Charlottesville, Virginia, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni CEFA Certified European Financial Analyst – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 902 341

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1082/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/33


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2020 – KL vs BEI

(Kawża T-370/20)

(2020/C 255/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KL (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

b’konsegwenza li,

tannulla d-deċiżjonijiet tal-BEI tat-8 ta’ Frar u tat-8 ta’ Marzu 2019 li jiddikjaraw ir-rikorrent adattat li jaħdem u f’assenza inġustifikata mit-18 ta’ Frar 2019;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-16 ta’ Marzu 2020 li tikkonferma l-konklużjonijiet tal-kummissjonii ta’ konċiljazzjoni u, konsegwentement, id-deċiżjonijiet tat-8 ta’ Frar u tat-8 ta’ Marzu 2019;

għaldaqstant,

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas retroattiv tal-pensjoni ta’ invalidità fil-prinċipju mill-1 ta’ Frar 2019;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ interessi moratorji fuq il-pensjoni ta’ invalidità dovuti mill-1 ta’ Frar 2019 u dan sal-ħlas komplet, peress li l-interessi moratorji huma ffissati bir-rata ta’ interess tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjud b’żewġ punti;

tikkundanna lil BEI għall-kumpens tad-dannu morali tar-rikorrent;

tikkundanna lil BEI għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 46-1 u 48-1 tar-Regolament tal-Iskema ta’ Pensjoni u tal-Artikolu 11(1) u (3) tad-dispożizzjonijiet amministrattivi kif ukol fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/34


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2020 – KM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-374/20)

(2020/C 255/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KM (rappreżentant: M. Müller-Trawinski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-7 ta’ Ottubru 2019 fil-forma tad-deċiżjoni tal-“Autorité Investie du Pouvoir de Nomination (AIPN)” Nru R/627/19 tal-20 ta’ Marzu 2020, li permezz tagħha l-konvenuta tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti pensjoni tas-superstiti, u tordna lill-konvenuta, fid-dawl tal-interpretazzjoni tad-dritt mogħtija mill-Qorti Ġenerali, tiddeċiedi mill-ġdid u tagħti lir-rikorrenti pensjoni tas-superstiti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

1.

L-ewwel motiv

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-argument li r-rekwiżit li kopji tas-sess oppost għandhom jiżżewġu, filwaqt li, fir-rigward tal-kopji l-oħra kollha, kwalunkwe forma ta’ sħubija permanenti rreġistrata hija suffiċjenti għal pensjoni, huwa diskriminatorju.

2.

It-tieni motiv

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Artikolu 18 moqri flimkien mal-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea huwa diskriminatorju u, għalhekk, null peress li fir-rigward ta’ uffiċjali attivi, sena żwieġ hija suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita relazzjoni stabbli li tintitola lill-konjuġi tal-uffiċjal għal pensjoni tas-superstiti mal-mewt tal-uffiċjal, filwaqt li fir-rigward tal-konjuġi tal-uffiċjali li jiżżewġu lil dawn l-uffiċjali wara li dawn tal-aħħar ikunu rtiraw, ħames snin ta’ żwieġ huma meħtieġa sabiex jikkwalifikaw għall-pensjoni tas-superstiti.


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-378/20)

(2020/C 255/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. Laprévote, S. Rating u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) tal-15 ta’ April 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.56795 (1); u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, tar-rekwiżit legali li għajnuna awtorizzata taħt l-Artikolu 107(2)(b) TFUE għandha tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minħabba ġrajjiet eċċezzjonali u mhux biss għall-ħsara mġarrba minn vittma waħda ta’ dawn il-ġrajjiet.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, fil-verifika tagħha tal-proporzjonalità tal-għajnuna mal-ħsara kkawżata mill-kriżi tal-COVID-19.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni relatati mal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u mal-libertà ta’ stabbiliment li huma l-bażi tal-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni sa mill-1980. Il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni ppermettiet it-tkattir ta’ linji tal-ajru bi prezz baxx ġenwinament pan Ewropej. Billi awtorizzat lid-Danimarka tirriżerva għajnuna għal SAS biss il-Kummissjoni Ewropea injorat il-ħsara kkawżata mill-kriżi COVID-19 lil dawn il-linji tal-ajru pan Ewropej u r-rwol tagħhom fil-konnettività bl-ajru tad-Danimarka. L-Artikolu 107(2)(b) TFUE jipprovdi eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE iżda ma jipprovdix eċċezzjoni għal regoli u prinċipji oħra tat-TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni min-naħa tad-Deċiżjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) tal-15 ta’ April 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.56795 – id-Danimarka – Kumpens għall-ħsara kkawżata mill-imxija tal-COVID-19 lil Scandinavian Airlines (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-379/20)

(2020/C 255/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. Laprévote, S. Rating u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) tal-24 ta’ April 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.57061 (1); u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma simili għal dawk imqajma fil-Kawża T-378/20, Ryanair vs Il-Kummissjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) tal-24 ta’ April 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.57061 – l-Isvezja – Kumpens għall-ħsara kkawżata mill-imxija tal-COVID-19 lil Scandinavian Airlines (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).