ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.240.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 240

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
7 ta' Settembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 tat-2 ta’ Settembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 862/2013 tal-5 ta’ Settembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Casatella Trevigiana (DPO)]

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 863/2013 tal-5 ta' Settembru 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

17

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 864/2013 tas-6 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/446/PESK tas-6 ta’ Settembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

21

 

 

2013/447/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar il-fattur ta’ utilizzazzjoni standard tal-kapaċità skont l-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE ( 1 )

23

 

 

2013/448/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 5666)  ( 1 )

27

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/449/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE tas-7 ta’ Awwissu 2013 dwar deroga mir-regoli ta’ oriġini kif stipulata fil-Protokoll 1 ta’ mal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, biex tittieħed f’kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali tal-Mawrizju fir-rigward tal-palamit ippriservat

36

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 

*

Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 861/2013

tat-2 ta’ Settembru 2013

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni imponiet dazju kumpensatorju provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja permezz tar-Regolament (UE) Nru 419/2013 (2) (“ir-Regolament provviżorju”).

(2)

L-investigazzjoni bdiet wara lment ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2012 mill-Konfederazzjoni Ewropea tal-Industriji tal-Ħadid u tal-Azzar (Eurofer) (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli.

(3)

Flimkien mal-investigazzjoni tal-antidumping, il-Kummissjoni imponiet dazju tal-antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja permezz tar-Regolament (UE) Nru 418/2013 (3).

1.2.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(4)

Fl-istadju provviżorju tal-investigazzjoni ttieħdu kampjuni fir-rigward tal-produtturi esportaturi Indjani, tal-produtturi tal-Unjoni u ta’ importaturi mhux relatati. Madankollu, billi żewġ importaturi minn dawk magħżula għall-kampjun ma rritornawx it-tweġibiet għall-kwestjonarju, it-teħid ta’ kampjuni għall-importaturi ma setax jibqa’ għaddej. L-informazzjoni kollha disponibbli li għandha x’taqsam ma’ importaturi li kkooperaw intużat biex jintlaħqu konklużjonijiet definittivi, b’mod partikulari safejn l-interess tal-Unjoni huwa kkonċernat.

(5)

Seba’ produtturi esportaturi Indjani li tħallew barra mill-kampjun talbu għal eżami individwali. Tnejn minnhom bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarji. Ħamsa ma weġbux għall-kwestjonarju. Wieħed miż-żewġ produtturi li wieġbu għall-kwestjonarju irtira t-talba tiegħu għal eżami individwali. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ produttur esportatur Indjan wieħed li tħalla barra mill-kampjun:

KEI Industries Limited, New Delhi (KEI).

(6)

Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-premessi 5, 6, 7, 8, 10, 11, 12 u 14 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(7)

Kif stabbilit fil-premessa 20 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni tas-sussidju u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Marzu 2012 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Marzu 2012 (il-“perjodu kkunsidrat”).

1.4.   Proċedura sussegwenti

(8)

Wara li saru magħrufa l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet meħtieġa li abbażi tagħhom ġie deċiż li jiġu imposti miżuri kumpensatorji provviżorji (“żvelar provviżorju”), diversi partijiet interessati, jiġifieri żewġ produtturi esportaturi, l-ilmentatur, u 11-il utent ressqu l-kummenti tagħhom. Il-partijiet kollha li wrew din ix-xewqa ngħataw seduta. Il-Kummissjoni kompliet tfittex l-informazzjoni li dehrilha li kienet meħtieġa għall-iskoperti definittivi. Il-kummenti riċevuti kollha ġew ikkunsidrati u, fejn xieraq, ittieħed kont tagħhom.

(9)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet meħtieġa li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb li tirrakkomanda l-impożizzjoni ta’ dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja u l-ġbir definittiv tal-ammonti żgurati permezz tad-dazju provviżorju (“żvelar finali”). Il-partijiet kollha ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar l-iżvelar finali. Il-kummenti kollha li waslu tqiesu u ttieħdu inkonsiderazzjoni, fejn xieraq.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTTI SIMILI

(10)

Kif stabbilit fil-premessa 21 tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat huwa ddefinit bħala wajers tal-azzar inossidabbli li fihom piż ta’:

(i)

2,5 % jew aktar ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 28 % jew aktar iżda mhux aktar minn 31 % ta’ nikil u 20 % jew aktar iżda mhux aktar minn 22 % ta’ kromju,

(ii)

inqas minn 2,5 % ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 13 % jew aktar iżda mhux aktar minn 25 % ta’ kromju u 3,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6 % ta’ aluminju,

li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM 7223 00 19 u 7223 00 99 u li joriġina mill-Indja.

(11)

Xi utenti esprimew tħassib dwar in-nuqqas apparenti ta’ distinzjoni bejn id-diversi tipi tal-prodott ikkonċernat u prodotti simili, għaliex jeżisti taħlit estensiv ta’ prodotti fost it-tipi kollha ta’ prodotti. Kien hemm tħassib partikulari dwar kif jista’ jiġi żgurat tqabbil ġust fost it-tipi kollha fl-investigazzjoni. Kif inhu l-każ fil-biċċa l-kbira tal-investigazzjonijiet, id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat tkopri varjetà wiesgħa ta’ tipi ta’ prodotti li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi. Il-fatt li dawn il-karatteristiċi jistgħu jvarjaw minn tip ta’ prodott għal tip ta’ prodott ieħor jista’ tabilħaqq, f’investigazzjoni, iwassal biex tiġi koperta firxa wiesgħa ta’ tipi. Dan huwa l-każ fl-investigazzjoni attwali. Il-Kummissjoni qieset id-differenzi fost it-tipi ta’ prodotti u żgurat tqabbil ġust. Ġie allokat numru tal-kontroll tal-prodotti (product control number - PCN) uniku għal kull tip ta’ prodott li jiġi prodott u mibjugħ mill-produtturi esportaturi Indjani u għal kull tip prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. In-numru kien jiddependi fuq il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, f’dan il-każ, il-grad tal-azzar, is-saħħa tensili, il-kisi, il-wiċċ, id-dijametru, u l-forma. Għaldaqstant, it-tipi ta’ wajers esportati lejn l-Unjoni ġew imqabbla abbażi tal-PCN mal-prodotti li ġew prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni li għandhom l-istess karatteristiċi jew karatteristiċi simili. Dawn it-tipi kollha waqgħu fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili fin-notifika tal-inizjazzjoni (4) u fir-Regolament provviżorju.

(12)

Parti waħda tenniet il-pretensjoni tagħha li l-hekk imsejħa tipi ta’ prodotti “tekniċi ħafna” huma differenti u mhumiex interkambjabbli ma’ tipi oħra tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, hija targumenta, dawn għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott. Skont il-ġurisprudenza, meta jiġi determinat jekk il-prodotti humiex simili biex jiffurmaw parti mill-istess prodott, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk għandhomx l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi, jekk għandhomx l-istess użi finali bażiċi, u jekk għandhomx l-istess relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità. F’dak ir-rigward, l-interkambjabbiltà ta’, u l-kompetizzjoni bejn, dawk il-prodotti għandhom jiġu vvalutati wkoll (5). L-investigazzjoni sabet li t-tipi ta’ prodotti “tekniċi ħafna” msemmija mill-parti għandhom il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, u tekniċi bażiċi bħall-prodotti l-oħra li huma soġġetti għall-investigazzjoni. Huma magħmula minn azzar inossidabbli u huma wajers. Huma jikkostitwixxu prodott tal-azzar lest (li fil-maġġoranza tal-każijiet huwa mbagħad soġġett għal trasformazzjonijiet ulterjuri fid-dawl tal-produzzjoni ta’ varjetà wiesgħa ta’ oġġetti lesti), u l-proċess ta’ produzzjoni huwa simili, bl-użu ta’ magni simili, b’tali mod li l-produtturi jkunu jistgħu jaqilbu bejn varjanti differenti tal-prodott, skont id-domanda. Għaldaqstant, għalkemm tipi differenti ta’ wajers mhumiex direttament interkambjabbli u ma jikkompetux direttament, il-produtturi qed jikkompetu għal kuntratti li jkopru firxa wiesgħa ta’ wajers tal-azzar inossidabbli. Barra minn hekk, dawn it-tipi ta’ prodotti huma prodotti u mibjugħa kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-produtturi esportaturi Indjani bl-użu ta’ metodu simili ta’ produzzjoni. Għaldaqstant, l-argument ma jistax jintlaqa’.

(13)

B’reazzjoni għal żvelar definittiv, parti waħda sostniet li l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni biex ikun stabbilit jekk l-hekk imsejħa tipi ta’ prodotti tekniċi ħafna għandhomx jiġu inklużi fl-investigazzjoni ma kinitx biżżejjed. Dan l-argument ma ntlaqax. L-investigazzjoni stabbilixxiet li t-tip ta’ prodott tekniku ħafna jaqa’ fid-definizzjoni tal-prodott kif stabbilit fil-premessa 12 hawn fuq. Il-parti tassumi ħażin li l-kriterji kollha msemmija fil-ġurisprudenza jridu jiġu ssodisfati fl-istess ħin; dan huwa żbaljat. Skont il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni tgawdi minn diskrezzjoni wiesgħa meta tiddefinixxi l-ambitu (6), u trid tibbaża din il-valutazzjoni fuq is-sett ta’ kriterji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Ta’ spiss, bħal fil-każ preżenti, xi kriterji jistgħu jippuntaw f’direzzjoni u oħrajn f’oħra; f’sitwazzjoni bħal din, jeħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni globali, kif għamlet fil-każ preżenti. Għaldaqstant, din il-parti interessata żbaljat meta assumiet li t-tipi ta’ prodotti jrid ikollhom l-istess karatteristiċi kollha sabiex jaqgħu fl-istess definizzjoni ta’ prodott.

(14)

Xi utenti sostnew li l-hekk imsejħa wajers tal-azzar inossidabbli “Serje 200” għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. B’mod partikulari, huma allegaw li dan it-tip bilkemm jiġi prodott mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, din id-dikjarazzjoni hija bla bażi. L-ewwel nett, il-fatt li ċertu tip ta’ prodott mhuwiex prodott mill-industrija tal-Unjoni mhuwiex raġuni biżżejjed biex jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni, fejn il-proċess tal-produzzjoni jkun tali li l-produtturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jibdew jipproduċu t-tip ta’ prodott inkwistjoni. It-tieni nett, bħal fil-każ tal-wajers tekniċi ħafna (ara l-premessa 12 hawn fuq), instab li dawn it-tipi ta’ prodott ikkonċernat għandhom karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi identiċi jew simili għal tipi oħra tal-prodott simili li jiġi prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-argument ma jistax jintlaqa’.

(15)

Alternattivament, dawn l-utenti sostnew li l-vireg tal-wajers għandhom jiġu inklużi fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, il-vireg tal-wajers huma l-materja prima użata għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat iżda jistgħu jintużaw ukoll għall-produzzjoni ta’ prodotti differenti bħal qfieli u msiemer. Għaldaqstant, għall-kuntrarju tal-prodott li qed jiġi investigat, dan ma jikkostitwixxix prodott tal-azzar lest. Permezz ta’ proċess ta’ produzzjoni bil-kiesaħ, il-vireg tal-wajers, fost prodotti oħra, jistgħu jiġu ttrasformati fil-prodott ikkonċernat jew fi prodotti simili. Abbażi ta’ dan, il-vireg tal-wajers ma jistgħux jiġu inklużi fl-ambitu tal-prodott fis-sens tar-Regolament bażiku.

(16)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili fil-premessi minn 21 sa 24 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.   SUSSIDJAR

3.1.   Introduzzjoni

(17)

Fil-premessa 25 tar-Regolament provviżorju, saret referenza għall-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji kumpensatorji:

(a)

Skema ta’ Kreditu ta’ Dazju fuq l-Importazzjoni (Duty Entitlement Passbook Scheme - “DEPBS”);

(b)

Skema ta’ Restituzzjoni tad-Dazju (Duty Drawback Scheme - “DDS”)

(c)

Skema għall-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme - “AAS”);

(d)

Skema ta’ Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (Export Promotion Capital Goods Scheme - “EPCGS”);

(e)

Skema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (Export Credit Scheme - “ECS”);

(f)

Skema ta’ Ffokar fuq is-Suq (Focus Market Scheme - “FMS”);

(g)

Żoni Ekonomiċi Speċjali/Unitajiet Orjentati Lejn L-Esportazzjoni (Special Economic Zones/Export Oriented Units - “SEZ/EOU”).

(18)

L-industrija tal-Unjoni allegat li l-Kummissjoni kienet naqset milli tqis għadd ta’ skemi ta’ sussidju, speċjalment dawk reġjonali, u b’riżultat ta’ dan temmen li s-sussidji li rċevew il-produtturi Indjani kienu ssottovvalutati. L-allegazzjoni hija bla bażi. Il-Kummissjoni investigat l-iskemi ta’ sussidju nazzjonali u lokali kollha li jinsabu fl-ilment. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li matul il-PI l-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun kienu rċevew sussidji biss fir-rigward tal-iskemi elenkati fil-premessa 14 ta’ hawn fuq.

(19)

L-industrija tal-Unjoni sostniet ukoll li billi fl-investigazzjoni parallela tal-antidumping instab li d-dejta ppreżentata mill-produtturi Indjani magħżula fil-kampjun ma kenitx affidabbli u ġie applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (7), l-Artikolu 28 korrispondenti tar-Regolament bażiku għandu jiġi ugwalment applikat fl-investigazzjoni attwali. Madankollu, l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku japplika biss jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tiegħu, li ma kienx il-każ fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi Indjani magħżula fil-kampjun. Għaldaqstant, il-pretensjoni ma tistax tintlaqa’.

(20)

L-investigazzjoni wriet li d-DEPBS, id-DDS u l-AAS kollha jiffurmaw parti minn mekkaniżmu ta’ sussidju wieħed, li huwa mekkaniżmu ta’ restituzzjoni tad-dazju. L-Indja użat diversi tipi ta’ dan il-mekkaniżmu fuq żmien twil, u mmodifikat sottomekkaniżmi individwali b’mod frekwenti. L-investigazzjoni wriet li huwa xieraq li jiġu analizzati dawn is-sottomekkaniżmi flimkien, billi l-esportaturi tipikament ikollhom jagħżlu bejniethom (huma reċiprokament esklużivi), u f’każ li wieħed mis-sottomekkaniżmi ma jitkompliex, jaqilbu għal ieħor.

(21)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn 25 sa 28 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.2.   Skema ta’ Kreditu ta’ Dazju fuq l-Importazzjoni (Duty Entitlement Passbook Scheme - “DEPBS”)

(22)

Wieħed mill-produtturi esportaturi Indjani magħżula fil-kampjuni argumenta li d-DEPBS ma għandhiex titqies bħala sussidju kumpensatorju, billi l-għan tal-iskema huwa li jitpaċew id-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet. Barra minn hekk, ġie allegat li għall-prodott investigat, ma hemm l-ebda produzzjoni domestika ta’ inputs, għalhekk huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-importazzjonijiet kollha ġew intaxxati b’5 %, u li l-limitu massimu stabbilit mill-Gvern tal-Indja (“GTI”) jiżgura li ma jkun hemm l-ebda kumpens żejjed. Kif ġie spjegat fil-premessa 38 tar-Regolament provviżorju, din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ restituzzjoni tad-dazju jew sistema sostituta ta’ restituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fil-punt (i) tal-Anness I, l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema sostituta ta’ restituzzjoni) tar-Regolament bażiku. B’mod partikulari, esportatur li jibbenefika minn DEPBS ma għandu l-ebda obbligu li attwalment jikkonsma l-prodotti importati bla ħlas ta’ dazju fil-proċess ta’ produzzjoni tiegħu u l-ammont ta’ kreditu mhuwiex ikkalkulat fir-rigward tal-valur attwali tal-inputs użati. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPBS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma juri li ġie importat xi materjal tal-input.

Il-GTI naqas milli jistabbilixxi sistema li tgħaqqad l-ammont ta’ dazju eżentat fuq l-inputs importati mal-konsum tagħhom fil-prodotti esportati. Min-naħa tagħhom, il-kumpaniji li jibbenefikaw minn din l-iskema wkoll ma kellhomx mekkaniżmu fis-seħħ biex juru li ma rċevew l-ebda remissjoni żejda. Barra minn hekk, fir-rigward tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed f’dan il-każ speċifiku, il-kumpanija naqset milli turi li dan kien il-każ, setgħet, pereżempju, ibbenefikat minn kumpens għal prodotti importati oħrajn jew setgħet ibbenefikat minn kumpens għal inputs importati mingħajr ma tkun ikkunsmathom għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Ta’ min jinnota wkoll li d-dikjarazzjoni li ma hemm l-ebda produzzjoni domestika ta’ inputs hija żbaljata billi mill-inqas waħda mill-kumpaniji investigati pproduċiethom domestikament filwaqt li ż-żewġ kumpaniji investigati l-oħra kienu qed jixtru minn produttur domestiku, u mhux minn negozjant importatur domestiku. Għaldaqstant, dawn l-argumenti ma jistgħux jintlaqgħu.

(23)

Parti waħda argumentat li f’każ ta’ bejgħ tal-liċenzja ta’ DEPBS, il-prezz attwali tal-bejgħ kien aktar baxx mill-valur tal-liċenzja u għaldaqstant il-benefiċċju kumpensatorju kien aktar baxx minn dak stabbilit provviżorjament. Madankollu, il-benefiċċju skont din l-iskema ġie kkalkulat abbażi tal-ammont ta’ kreditu mogħti fil-liċenzja irrispettivament minn jekk il-liċenzja ntużatx biex tpaċi d-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet jew jekk il-liċenzja ġietx mibjugħa. Kull bejgħ ta’ liċenzja bi prezz inqas mill-valur nominali tagħha huwa deċiżjoni purament kummerċjali li ma tbiddilx l-ammont tal-benefiċċju li wieħed jirċievi skont din l-iskema. Għaldaqstant, dan l-argument ma jistax jintlaqa’.

(24)

Il-GTI argumenta li d-DEPBS ġiet irtirata matul il-PI u għaldaqstant ma għandhiex tiġi kkumpensata. Barra minn hekk, huma argumentaw li billi r-restituzzjoni tad-dazju mhijiex programm suċċessur tad-DEPB, id-DEPB ma tistax tiġi kkumpensata. Tabilħaqq, id-DEPBS ma baqgħetx teżisti fit-30 ta’ Settembru 2011, matul il-PI. Madankollu, is-sussidjar kompla jeżisti. Bħala alternattiva għad-DEPBS, instab li l-esportaturi rċevew benefiċċji taħt l-AAS u speċjalment id-DDS. Kif deskritt fil-premessi minn 42 sa 44 tar-Regolament provviżorju, l-AAS u d-DDS ġew aġġustati biex jorganizzaw tranżizzjoni bla intoppi mid-DEPBS. Barra minn hekk, in-natura tal-benefiċċji fit-tliet skemi, jiġifieri dħul ċedut fil-forma ta’ eżenzjoni mid-dazji doganali, huwa eżattament l-istess. Għaldaqstant, il-kumpaniji għandhom għażla liema skema jużaw għat-tpaċija tad-dazji doganali. Għalhekk, minkejja li d-DEPS ma baqax jeżisti f’nofs il-PI, is-sussidji mogħtija mill-GTI matul il-PI għandhom jiġu kkumpensati għaliex is-sistema komprensiva ta’ benefiċċji kompliet billi, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 20, l-iskemi kollha ta’ restituzzjoni tad-dazju jiffurmaw mekkaniżmu ta’ sussidju wieħed b’sottomekkaniżmi differenti li ta’ spiss jinbidlu. Għaldaqstant, dan l-argument ma’ jistax jintlaqa’.

(25)

B’reazzjoni għall-iżvelar definittiv, il-GTI tenna l-argumenti tiegħu dwar l-irtirar tad-DEPBS wara żvelar definittiv. Madankollu, billi ma ġew preżentati l-ebda argumenti ġodda li jwasslu għal bidla tal-konklużjoni fir-rigward tal-bdil tas-sussidjar skont in-nuqqas tad-DEPBS bid-DDS aġġustata, dan l-argument ma jistax jintlaqa’.

(26)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn 29 sa 47 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

(27)

Barra minn hekk, instab li l-produttur esportatur Indjan KEI kien qed juża d-DEPBS matul il-PI. Ir-rata tas-sussidju kienet tammonta għal 0,50 %.

3.3.   Skema ta’ Restituzzjoni tad-Dazju (Duty Drawback Scheme - “DDS”)

(28)

Il-GTI argumenta li d-DDS ma għandhiex titqies bħala sussidju kumpensatorju, billi l-għan tal-iskema huwa li jitpaċew id-dazji fuq l-importazzjonijiet u d-dazji tas-sisa mħallsa fuq l-inputs. Kif ġie spjegat fil-premessa minn 58 sa 60 tar-Regolament provviżorju, din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ restituzzjoni tad-dazju jew sistema sostituta ta’ restituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fil-punt (i) tal-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku. B’mod partikulari, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx hemm pagamenti żejda ta’ dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DDS irrispettivament minn jekk jimpurtax xi materjali tal-input jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma juri li ġie importat xi materjal tal-input. Dan ta’ hawn fuq ġie kkonfermat mill-iskoperti li saru fil-kumpaniji li saritilhom żjara u mil-leġiżlazzjoni korrispondenti, jiġifieri ċ-ċirkolari Nru 24/2001 tal-GTI kif spjegat fil-premessa 60 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, fis-sottomissjoni tagħha, il-GTI stess ammetta fil-paragrafu 32 taċ-ċirkolari li d-DDS tista’ tirriżulta f’remissjoni żejda. Għaldaqstant, l-argument tal-GTI ma jistax jintlaqa’.

(29)

Il-GTI kompla jargumenta li, għalkemm is-sistema ta’ verifika għall-konsum ta’ inputs ma kinitx kompluta, b’mod partikulari minħabba n-numru għoli ta’ benefiċjarji u l-piż amministrattiv involut biex jiġu kkontrollati kollha kemm huma, għandu jiġi aċċettat il-mekkaniżmu ta’ verifika fis-seħħ abbażi ta’ teħid ta’ kampjuni. Madankollu, dan l-argument ma jistax jintlaqa’ billi mhuwiex previst fl-Artikoli 3(1)(a)(ii), fil-punt (i) tal-Anness I, l-Anness II jew l-Anness III tar-Regolament bażiku.

(30)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn 48 sa 64 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

(31)

Barra minn hekk, instab li l-produttur esportatur Indjan, KEI Industries, kien qed juża d-DDS matul il-PI. Ir-rata tas-sussidju kienet tammonta għal 0,29 %.

3.4.   Skema għall-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme - “AAS”)

(32)

Wieħed mill-produtturi esportaturi Indjani magħżula fil-kampjun argumenta li l-AAS għandha titqies bħala sistema ta’ restituzzjoni tad-dazju, għaliex il-materjali importati jintużaw biex jipproduċu l-prodotti esportati. Kif spjegat fil-premessa 76 tar-Regolament provviżorju, is-sottoskema użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ restituzzjoni tad-dazju jew sistema sostituta ta’ restituzzjoni tad-dazju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fil-punt (i) tal-Anness I, l-Anness II jew l-Anness III tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax sistema jew proċedura ta’ verifika b’mod effettiv biex jikkonferma jekk l-inputs għall-produzzjoni ġewx ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f’liema ammonti (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi ta’ sostituzzjoni għar-restituzzjoni ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Barra minn hekk, ir-Regoli Standard ta’ Input-Output (Standard Input Output Norms - “SIONs”) għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed u ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta’ verifika ta’ konsum attwali. L-għamla ta’ dawk in-normi standard ma tippermettix li l-GTI jivverifika b’biżżejjed preċiżjoni liema ammonti ta’ inputs ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. Barra minn hekk, il-GTI ma wettaqx eżami ulterjuri abbażi tal-inputs attwali involuti, kif spjegat fil-premessa 73 tar-Regolament provviżorju, għalkemm dan normalment ikollu jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). Għaldaqstant, is-sottoskema hija kumpensatorja, u l-argument huwa rifjutat.

(33)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn 65 sa 80 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

(34)

Il-produttur esportatur Indjan, KEI Industries, instab li ma użax l-AAS matul il-PI.

3.5.   Skema ta’ Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (Export Promotion Capital Goods Scheme - “EPCGS”)

(35)

Mal-iżvelar definittiv, wieħed mill-produtturi esportaturi Indjani kkummenta dwar żball ta’ kalkulazzjoni. Dan il-kumment huwa parzjalment ġustifikat u ġie rikonoxxut fil-kalkolu tal-ammont sussidjat. Billi l-marġni ta’ sussidju totali għal din il-kumpanija kien taħt il-livell de minimis anke qabel din il-korrezzjoni, l-aġġustament la jbiddel il-livell finali tad-dazju kumpensatorju ta’ din il-kumpanija u lanqas ma jaffettwa l-marġni ta’ sussidju medju kkalkulat għall-kumpaniji li kkooperaw iżda li mhumiex fil-kampjun jew il-marġni tas-sussidju għall-pajjiż kollu.

(36)

Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-premessi minn 81 sa 91 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

(37)

Il-produttur esportatur Indjan, KEI Industries, instab li ma bbenefikax mill-EPCGS matul il-PI fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

3.6.   Skema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (Export Credit Scheme - “ECS”)

(38)

Il-GTI argumenta li fil-premessa 92 tar-Regolament provviżorju l-Kummissjoni ċċitat b’mod inkorrett il-bażi legali tal-ECS. Il-GTI indika li ċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD Nru DIR(Exp.) BC 01/04.02.02/2007-2008 (“MC 07-08”) u ċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD Nru DIR(Exp) BC 09/04.02.02/2008-09 (“MC 08-09”) ġew aġġornati u dawn kienu ċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD Nru DIR(Exp) BC 06/04.02.002/2010-11 (“MC 10-11”) u ċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD Nru DIR.(Exp) BC 04/04.02.002/2011-2012 (“MC 11-12”) li kkostitwixxew il-bażi legali għall-ECS matul il-PI. L-osservazzjoni tal-GTI hija korretta f’dan ir-rigward.

(39)

Il-GTI argumenta wkoll li kieku l-bażi legali aġġornata xierqa ġiet meqjusal-Kummissjoni kien ikollha tieħu nota li l-limiti massimi tar-rata tal-imgħax applikabbli għall-krediti għall-esportazzjoni li huma obbligatorji, li qabel kienu magħmula obbligatorji mill-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (“RBI”) għall-banek kummerċjali, ma baqgħux jeżistu qabel il-PI fir-rigward tal-krediti għall-esportazzjoni f’rupi. Għaldaqstant, sa fejn huma kkonċernati l-krediti f’rupi, din l-iskema ma tistax tibqa’ titqies bħala sussidju. L-investigazzjoni wriet li żewġ kumpaniji magħżula fil-kampjun ibbenefikaw fil-prattika minn krediti ta’ esportazzjoni minn banek privati b’rati taħt ir-rata ta’ referenza stabbilita mill-Bank tal-Indja. L-investigazzjoni ma wrietx loġika kummerċjali għaliex dawn il-banek privati jipprovdu kredti b’rati mraħħsa u li apparentement kienu qed jagħmlu telf. Dawn il-prattiki tas-self tal-banek jistgħu jissuġġerixxu li għad hemm l-involviment tal-gvern. Madankollu, l-investigazzjoni ma sabitx provi tal-livell meħtieġ skont ir-regoli tad-WTO biex jiddeterminaw xi delega jew direttiva kontinwa fir-rigward tal-banek kummerċjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tgħoddx il-benefiċċju tar-rati mraħħsa bħala sussidju skont din is-sottoskema, fin-nuqqas ta’ provi biżżejjed ta’ direzzjoni u/jew kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI.

(40)

Fl-aħħar nett, il-GTI argumenta li l-aħħar aġġornament taċ-Ċirkulari Prinċipali - DBOD Nru DIR(Exp) BC. 06/04.02.002/2012-13 (“MC 12-13”), li kien daħal fis-seħħ xahrejn wara tmiem il-PI, kien ħassar il-limiti massimi tar-rati tal-imgħax ta’ krediti ta’ esportazzjoni anke fir-rigward tal-krediti f’munita barranija. Il-GTI invoka l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku antisussidji u jargumenta li f’każ bħal dan anki dan l-element tal-iskema tal-kreditu għall-esportazzjoni ma għandux jiġi kkumpensat, għaliex id-direzzjoni governattiva tal-banek tneħħiet. Għalkemm fl-MC 12-13 sottomess hemm dispożizzjoni li tagħti l-libertà lill-banek kummerċjali li jiddeterminaw ir-rati tal-imgħax fuq il-krediti ta’ esportazzjoni fil-munita barranija b’effett minn Mejju 2012 kif iddikjarat mill-GTI, tali bidla fl-istruzzjonijiet tar-RBI għall-banek privati matul l-investigazzjoni mhijiex biżżejjed waħidha biex tiġi eskluża din l-iskema, billi d-direzzjoni governattiva tista’ tkompli b’mod informali u dan ikun is-suġġett ta’ investigazzjoni ulterjuri. Madankollu, fir-rigward tal-konklużjoni ta’ hawn fuq dwar is-sottoskema li tikkonċerna l-krediti għall-esportazzjoni f’rupi, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tikkumpensax din is-sottoskema li tikkonċerna l-krediti f’munita barranija f’dan l-istadju.

(41)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju se jiġu aġġustati fejn applikabbli.

3.7.   Skema ta’ Ffokar fuq is-Suq (Focus Market Scheme - “FMS”)

(42)

Mal-iżvelar definittiv, il-GTI ssottometta kummenti dwar l-FMS. Il-GTI argumenta li l-iskema hija ġeografikament marbuta ma’ pajjiżi li mhumiex parti mill-Unjoni u għaldaqstant tista’ ma tiġix ikkumpensata mill-Unjoni. Madankollu, il-GTI ma kienx kapaċi jargumenta la l-implimentazzjonijiet prattiċi tal-iskema u lanqas li l-benefiċċju tal-FMS jista’ jintuża għall-prodott ikkonċernat, jiġifieri l-fatt li l-krediti tad-dazju taħt l-FMS huma trasferibbli liberament u li jistgħu jintużaw għall-ħlasijiet ta’ dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe inputs jew oġġetti fosthom beni kapitali. Għaldaqstant, dan l-argument ma ntlaqax billi l-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika, u qiegħed jibbenefika, minn din l-iskema meta jiġi esportat lejn l-Unjoni.

(43)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi minn 101 sa 111 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

(44)

Il-produttur esportatur Indjan, KEI Industries, instab li ma użax l-FMS matul il-PI.

3.8.   Skema ta’ Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (Export Oriented Units Scheme - “EOUS”)

(45)

Mal-iżvelar definittiv, l-uniku produttur esportatur investigat li juża l-EOUS ikkumenta dwar din l-iskema. Il-kumpanija tenniet li l-Kummissjoni għandha tuża metodu differenti biex tikkalkula l-benefiċċju riċevut bl-EOUS. Il-kumpanija argumentat li ċerti benefiċċji bl-EOUS għandhom jiġu trattati bħala skema ta’ restituzzjoni tad-dazju permessibbli fis-sens tal-Anness II u III tar-Regolament bażiku u li għaldaqstant ma għandhomx ikunu kumpensatorji.

(46)

Madankollu, instab li irrispettivament mill-metodu ta’ kkalkular użat, ir-rata ta’ sussidjar għal din l-iskema ma jaqbiżx iż-0,95 %, jiġifieri l-marġni ta’ sussidju totali għal din il-kumpanija jibqa’ taħt il-livell de minimis. Għaldaqstant, ma nħassx neċessarju li dan l-argument jiġi analizzat aktar fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni.

(47)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-premessa 112 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

(48)

Il-produttur esportatur Indjan, KEI Industries, instab li ma bbenefikax mill-EOUS matul il-PI.

3.9.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

(49)

Wara d-deċiżjoni biex ma jingħaddux bħala sussidju l-benefiċċji taħt l-ESC kif deskritt fil-premessi minn 38 sa 41, u l-korrezzjoni tal-kalkolu tal-benefiċċju taħt l-EPCGS għal waħda mill-kumpaniji kif deskritt fil-premessa 35, ir-rati tad-dazju ġew aġġustati fejn applikabbli. L-ammonti definittivi ta’ sussidji kumpensatorji stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espressi ad valorem, issa jvarjaw minn 0,79 % sa 3,72 %.

Skema

Kumpanija

Raajratna

Venus Group

Viraj

KEI

DEPBS (*1)

0,58  %

0,93 %, 1,04 %, 1,32 %, 2,04 %

0,50  %

DDS (*1)

0,61  %

1,14 %, 1,77 %, 1,68 %, 1,91 %

0,29  %

AAS (*1)

2,43  %

0,15 %, 0 %, 0 %, 0 %

EPCGS (*1)

0,09  %

0,02 %, 0 %, 0 %, 0 %

0,03  %

ECS (*1)

FMS (*1)

0,13 %, 0,71 %, 0,07 %, 0 %

EOU (*1)

0,95  %

TOTAL

3,72  %

3,03  % (*2)

0,98  % (*3)

0,79  % (*3)

(50)

Il-marġni tas-sussidju kkalkulat mill-ġdid għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 3,41 %.

(51)

Il-marġni tas-sussidju kkalkulat mill-ġdid għall-pajjiż kollu huwa ta’ 3,72 %.

4.   L-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

4.1.   L-industrija tal-Unjoni

(52)

Xi utenti esprimew dubbji dwar l-għadd ta’ produtturi tal-Unjoni ddikjarat fil-premessa 116 tar-Regolament provviżorju. Huma jsostnu li għadd ta’ produtturi kienu vvalutati ħażin u hemm anqas produtturi preżenti fis-suq tal-Unjoni.

(53)

Il-Kummissjoni tirrimarka li t-talba ta’ hawn fuq ma kinitx sostanzjata u tikkonferma, wara verifika, l-informazzjoni mogħtija fil-premessa 116 tar-Regolament provviżorju, jiġifieri li 27 produttur tal-Unjoni kienu qed jimmanifatturaw il-prodott ikkonċernat fl-Unjoni matul il-PI. Dan huwa n-numru identifikat abbażi tal-ilment, matul il-fażi tal-analiżi u matul l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa u rċeviet dejta li ntużat fil-kuntest tal-investigazzjoni attwali.

4.2.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(54)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn 117 sa 119 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

5.   DANNU

5.1.   Il-konsum mill-Unjoni

(55)

Xi utenti sostnew li l-analiżijiet tad-dannu kellhom jinjoraw id-dejta relatata mal-2009 minħabba li l-kriżi finanzjarja li seħħet dik is-sena kellha effetti ta’ distorsjoni b’mod partikulari fuq il-konsum tal-Unjoni. Madankollu, anki kieku l-2009 ġiet eskluża mill-analiżi, xorta jkun għad hemm xejra li qed tikber għal konsum (+ 5 %) li hija indikazzjoni ta’ suq li qed jitjieb. Barra minn hekk, l-effetti negattivi tal-kriżijiet finanzjarji huma rikonoxxuti fil-premessa 120 tar-Regolament provviżorju, iżda ġie konkluż li s-sitwazzjoni tas-suq tjiebet. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessa 120 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

5.2.   Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat

(56)

Il-marġni tas-sussidju stabbilit għal KEI Industries huwa taħt il-limitu de minimis previst fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku (ara l-premessa 49 hawn fuq). Għaldaqstant, dan il-produttur esportatur jitqies li ma bbenefikax minn skemi ta’ sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-volumi ta’ importazzjonijiet tiegħu ġew esklużi mill-volum tal-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja. Produttur esportatur wieħed, jiġifieri l-Venus Group, sostna li ċerti tranżazzjonijiet bi żball kienu magħduda darbtejn. Il-Kummissjoni qablet mal-produttur esportatur, għalhekk dawn it-tranżazzjonijiet tneħħew mill-volum totali tal-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja. Għaldaqstant, il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezz medju tal-importazzjonijiet sussidjati ġew riveduti.

(57)

Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati:

 

2009

2010

2011

PI

Volum (MT)

11 620

20 038

25 326

24 415

Indiċi (2009 = 100)

100

172

218

210

Sehem mis-suq

8,8  %

10,7  %

12,9  %

12,4  %

Indiċi (2009 = 100)

100

121

146

140

Sors:

Eurostat u tweġibiet tal-kwestjonarji

(58)

Il-KEI Industries esportaw kwantitajiet limitati tal-prodott ikkonċernat matul il-PI u t-tranżazzjonijiet tal-Venus Group imsemmi hawn fuq kien jikkostitwixxi wkoll kwantitajiet limitati, għalhekk it-tnaqqis ta’ dawn il-volumi tal-importazzjoni mill-volum totali tal-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja ma jirriżultax f’tibdil li jikkonċerna x-xejriet kif deskritt fil-premessi minn 123 sa 124 tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant dawn il-premessi tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

(59)

Prezz medju tal-importazzjonijiet sussidjati:

 

2009

2010

2011

PI

Prezz medju

(euro/MT)

2 419

2 856

3 311

3 259

Indiċi (2009 = 100)

100

118

137

135

Sors:

Eurostat u tweġibiet tal-kwestjonarji

(60)

Kif spjegat hawn fuq, il-KEI Industries esportaw kwantitajiet limitati matul il-PI u t-tneħħija ta’ ċerti tranżazzjonijiet tal-Venus Group affettwaw biss kwantitajiet limitati. Għaldaqstant, l-esklużjoni tal-volumi tal-importazzjoni ta’ KEI Industries u t-tranżazzjonijiet imsemmija hawn fuq tal-Venus Group mill-volum totali tal-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja ma tirriżultax f’bidla sinifikanti fil-prezz medju tal-importazzjonijiet ssussidjati Indjani jew fil-kalkoli tat-tnaqqis. Il-marġni tat-tnaqqis ikkalkulat mill-ġdid huwa ta’ 11,7 %. Għall-bqija, il-konklużjonijiet mill-iskoperti deskritti fil-premessi minn 128 sa 130 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

(61)

Bħala risposta għall-iżvelar finali, il-GTI argumenta li l-Kummissjoni kienet applikat it-tnaqqis pro rata tal-importazzjonijiet sussidjati biss fuq il-volumi tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw sabiex jittieħed kont tal-iskoperti de minimis fil-KEI u t-tneħħija ta’ ċerti tranżazzjonijiet magħduda darbtejn bi żball tal-Venus Group. Dan l-argument huwa bbażat fuq nuqqas ta’ ftehim. Il-Kummissjoni applikat it-tnaqqis pro rata għall-volum sħiħ tal-importazzjoni, inklużi l-importaturi li ma kkooperawx. Għaldaqstant, il-pretensjoni jkollha tiġi riġettata.

5.3.   Qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(62)

Xi partijiet iddikjaraw li r-riżultati miksuba mill-industrija tal-Unjoni għandhom jitqiesu bħala raġonevolment pożittivi fil-kuntest tal-kriżi ekonomika globali u li bl-eċċezzjoni ta’ indikatur tad-danni wieħed, jiġifieri s-sehem mis-suq, ebda wieħed mill-indikaturi l-oħrajn ma indika l-eżistenza ta’ dannu.

(63)

Parti waħda sostniet li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’madwar 34 %, li kien ferm aktar mill-kost tal-produzzjoni li żdied bi 13 % matul l-istess perjodu. F’dan ir-rigward jeħtieġ li wieħed jinnota li fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, jiġifieri fl-2009, l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tbigħ anqas mill-kost tal-produzzjoni, u rnexxielha tbigħ ‘il fuq mill-kost tal-produzzjoni mill-2011 ‘il quddiem biss.

(64)

L-investigazzjoni wriet li għalkemm xi indikaturi tad-danni bħalma huma l-volumi tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità segwew xejra pożittiva, jew baqgħu stabbli bħall-impjiegi, għadd ta’ indikaturi oħra marbuta mas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri l-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investiment u r-redditu fuq l-investiment ma segwewx xejra sodisfaċenti matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li l-indikatur marbut mal-investimenti tjieb fl-2010, dan naqas taħt iċ-ċifri tal-2009 fl-2011 u l-PI. Għalkemm huwa veru li r-redditu fuq l-investimenti tjieb mill-2009 sal-2011 u laħaq is-6,7 %, dan reġa’ naqas għal 0,8 % matul il-PI. Bl-istess mod, l-indikaturi marbuta mal-profittabbiltà u l-fluss tal-flus tjiebu sal-2011 iżda reġgħu bdew jiddeterjoraw matul il-PI. Għaldaqstant, ta’ min jikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni bdiet titjieb wara l-2009, iżda sussegwentement l-irkupru tagħha naqas bl-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja.

(65)

Fuq talba minn parti interessata ġie kkonfermat li l-livelli tal-ħażniet stabbiliti fil-premessa 153 tar-Regolament provviżorju kienu jikkonċernaw l-attività tal-kumpaniji tal-Unjoni magħżula fil-kampjun.

(66)

L-industrija tal-Unjoni sostniet li l-marġni ta’ profitt immirat ta’ 5 % stabbilit fl-istadju provviżorju kien baxx wisq. Il-parti ma ssostanzjatx biżżejjed il-pretensjoni tagħha. Il-premessa 148 tar-Regolament provviżorju tispjega r-raġunijiet wara l-għażla ta’ dan il-marġni ta’ profitt u l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda raġunijiet oħra biex tibdlu. Għaldaqstant, il-profitt immirat ta’ 5 % jinżamm għall-għan tal-iskoperti definittivi.

(67)

Produttur esportatur partikulari sostna li d-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni huma prinċipalment minħabba problemi strutturali. Għaldaqstant, il-marġni ta’ profitt immirat ta’ 5 % wkoll ma kienx realistiku.

(68)

Ta’ min ifakkar li skont il-każistika (8), jeħtieġ li l-Istituzzjonijiet jistabbilixxu l-marġni ta’ profitt li l-industrija tal-Komunità tista’ sserraħ fuqu b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet sussidjati. Fil-każ preżenti, kien impossibbli li titwettaq din l-analiżi għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat għar-raġunijiet li ġejjin. Hemm biżżejjed informazzjoni biex jiġi kkalkulat il-marġni ta’ profitt għall-prodott ikkonċernat mis-sena 2007 biss. Fl-2007, il-marġni ta’ profitt kien ta’ 3,7 %; mill-2008, minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika, dan sar negattiv. L-ilmentatur argumenta, u l-investigazzjoni stabbilixxiet, li l-importazzjonijiet sussidjati bdew jaslu fis-suq tal-Unjoni mill-2007, meta l-volum ta’ importazzjonijiet żdied minn 17 727 tunnellata fl-2006 għal 24 811,3 tunnellati. Għaldaqstant, l-Istituzzjonijiet stabbilixxew il-marġni ta’ qligħ immirati abbażi tal-profitti reali f’partijiet oħra tal-industrija tal-azzar, li ma sofrewx minn importazzjonijiet iddampjati u sussidjati (9).

5.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(69)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-PI.

6.   KAWŻALITÀ

6.1.   L-effett tal-importazzjonijiet sussidjati

(70)

Produttur esportatur wieħed sostna li r-Regolament provviżorju injora li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tibbenefika miż-żieda fil-konsum mill-2009 u li l-Kummissjoni ma tistax tassumi li l-industrija tal-Unjoni se tkun kapaċi żżomm is-sehem mis-suq tagħha b’mod indefinit.

(71)

B’reazzjoni għal dawn l-argumenti jeħtieġ li wieħed jinnota li l-investigazzjoni wriet li s-sehem mis-suq tal-importazzjoni ssussidjata Indjana kiber b’rata aktar mgħaġġla mill-konsum fis-suq tal-Unjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet sussidjati Indjani żdied b’110 % filwaqt li l-konsum żdied b’50 % matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-prezz medju Indjan kien kostantament taħt il-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu u naqqas il-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni bi 11,7 % matul il-PI. B’riżultat ta’ dan, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni bbenefikat miż-żieda fil-konsum sa ċertu punt u hija wkoll setgħet iżżid il-volumi ta’ bejgħ tagħha b’40 %, hija ma setgħetx iżżomm is-sehem mis-suq tagħha kif mistenni bil-kundizzjonijiet tas-suq li qed jitjiebu u minħabba l-kapaċità libera ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   L-effett ta’ fatturi oħrajn

6.2.1.   Importazzjonijiet mhux sussidjati

(72)

Xi partijiet interessati saħqu li jeħtieġ li l-effett tal-importazzjonijiet mhux sussidjati jiġu vvalutati mill-ġdid fid-dawl tal-fatt li KEI Industries irċevew marġni ta’ sussidju de minimis u li minħabba żbalji ta’ għadd doppju, ċerti tranżazzjonijiet tal-Venus Group tneħħew mill-analiżi. Huma argumentaw ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mhux sussidjati kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati.

(73)

It-tabella hawn taħt turi l-iżvilupp tal-volum tal-esportazzjonijiet mhux sussidjati u l-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat, Il-volum tagħhom irrappreżenta madwar terz tal-esportazzjoniijet Indjani matul il-PI u segwa l-istess xejra bħall-importazzjonijiet sussidjati.

 

2009

2010

2011

PI

Volum (MT)

5 227

9 015

11 394

10 938

Volum (Indiċi)

100

172

218

210

Prezz medju (EUR/mt)

2 268

2 678

3 105

3 056

Prezz medju (Indiċi)

100

118

137

135

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarji u Eurostat

(74)

Għaldaqstant huwa korrett li l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet mhux sussidjati kienu aktar baxxi mill-prezzijiet sussidjati. Madankollu, il-volum tal-importazzjonijiet mhux sussidjati huwa biss terz tal-volum tal-importazzjonijiet sussidjati. Għaldaqstant, id-dannu kkawżat minn importazzjonijiet mhux sussidjati ma jkissirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

6.2.2.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(75)

Produttur esportatur Indjan wieħed u l-GTI tennew it-talba li r-Repubblika Popolari taċ-Ċina kellha tiġi inkluża fl-investigazzjoni u li l-impatt li l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kellhom fuq is-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni kien sottovalutat.

(76)

Kif imsemmi fil-premessa 170 tar-Regolament provviżorju, la fl-istadju tal-bidu u lanqas fl-istadju definittiv ma hemm prova ta’ sussidju li setgħet tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni kontra s-sussidju fuq importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Għaldaqstant, il-pretensjoni li r-Repubblika Popolari taċ-Ċina kellha tiġi inkluża fl-ambitu tal-investigazzjoni hija bla bażi u hija miċħuda.

(77)

Madankollu, l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wrew xejra li qed tiżdied matul il-perjodu kkunsidrat u laħqu sehem mis-suq ta’ 8,3 % matul il-PI kif iddikjarat fil-premessa 168 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u dawk tal-produtturi esportaturi Indjani fis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, ġie investigat aktar jekk l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina setgħux ikkontribbwixxew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u kissru r-rabta kawżali bejn dak id-dannu u l-importazzjonijiet sussidjati Indjani.

(78)

L-informazzjoni disponibbli fl-istadju provviżorju ssuġġerixxiet li t-taħlit tal-prodott irrappreżentat mill-importazzjonijiet Ċiniżi kien differenti u li l-firxiet fejn il-prodotti Ċiniżi kienu preżenti kienu differenti meta mqabbla mal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni jew anke dawk il-prodotti ta’ oriġini Indjana mibjugħa fis-suq tal-Unjoni.

(79)

Wara l-pubblikazzjoni tal-miżura provviżorja, il-Kummisjoni rċeviet diversi argumenti li jaċċennaw għall-possibbiltà li l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx matul il-PI jkissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Indjani ddampjati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(80)

L-analiżi magħmula abbażi tal-istatistiki tal-importazzjonijiet li jikkonċernaw iż-żewġ kodiċi NM li qed jiġu investigati wriet li 29 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi saru fit-tarf l-aktar baxx tas-suq (skont il-kodiċi NM 7223 00 99 ). Dan parzjalment jispjega r-raġuni għaliex il-prezzijiet Ċiniżi bħala medja huma aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u tal-produtturi esportaturi Indjani. L-istatistiki għall-kodiċi NM 7223 00 99 urew ukoll li l-klijenti tal-produtturi Ċiniżi kienu kkonċentrati fir-Renju Unit fejn l-industrija tal-Unjoni bażikament ma kenitx preżenti.

Prezz medju

(euro/MT)

2009

2010

2011

PI

72 230 019

2 974

3 286

3 436

2 995

72 230 099

765

1 458

1 472

1 320

Sors:

Eurostat

(81)

Fir-rigward tal-Kodiċi NM 7223 00 19 , l-analiżijiet magħmulin abbażi tal-PCN urew li kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-produtturi Indjani kienu qegħdin jikkompetu fl-ogħla tarf tas-suq fejn il-prezzijiet setgħu jitilgħu sa erba’ darbiet ogħla mill-prezzijiet fit-tarf l-aktar baxx fl-istess NM (10). L-investigazzjoni wriet ukoll li, b’mod ġenerali, il-varjazzjonijiet fil-prezzijiet huma marbuta mat-tip ta’ prodott u l-kontenut tan-nikil. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-esportaturi Ċiniżi fil-biċċa l-kbira tagħhom ibigħu t-tipi ta’ prodott ta’ kwalità iżjed baxxa li jaqgħu fil-kodiċi NM imsemmi hawn fuq fis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, it-taħlit ta’ prodotti jsir fattur predominanti fl-evalwazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(82)

Fir-rigward tal-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, jeħtieġ li jiġi rrimarkat li mill-2009 sal-PI l-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqa’ ogħla mill-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Indjani sussidjati, kif jista’ jidher mit-tabella li ġejja li turi l-prezz medju tal-esportazzjonijietIndjani sussidjati li jaqgħu fil-kodiċi NM 7223 00 19 .

Prezz medju

(euro/MT)

2009

2010

2011

PI

IP + 1

73 320 019

2 974

3 286

3 436

2 995

3 093

Sors:

Eurostat

(83)

Fil-PI għall-ewwel darba l-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi waqa’ taħt dak tal-prezz tal-importazzjonijiet Indjani għall-importazzjonijiet sussidjati. Madankollu, instab li din l-osservazzjoni kienet ta’ natura temporanja billi l-livell tal-prezz Ċiniż fis-sena ta’ wara l-PI żdied u reġa’ kien ogħla mill-prezzijiet Indjani.

(84)

Barra minn hekk, it-tqabbil bejn il-volumi tal-importazzjoni mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wera li fi kwalunkwe punt matul il-perjodu kkunsidrat u b’mod partikolari matul il-PI, l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kienu f’livelli ħafna aktar baxxi mill-importazzjonijiet mill-Indja. Il-volumi tal-importazzjoni għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina kienu jammontaw għal bażikament inqas minn nofs it-total tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(85)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie kkonfermat li proporzjon sinifikanti tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PI huma differenti mit-taħlit ta’ prodotti mill-industrija tal-Unjoni u li kwalunkwe kompetizzjoni diretta mal-prodotti li ġew prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni hija limitata.

(86)

Għaldaqstant, l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ma setgħux affettwaw il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-premessa 168 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

6.2.3.   Kompetizzjoni minn produtturi oħrajn fl-Unjoni

(87)

Parti waħda argumentat li l-prestazzjoni finanzjarja fqira tal-produtturi tal-Unjoni setgħet kienet ikkawżata minn kompetizzjoni minn produtturi oħrajn tal-Unjoni li ma kinux ilmentaturi jew li ma esprimewx l-appoġġ tagħhom għall-investigazzjoni fil-bidu tal-każ.

(88)

Is-sehem mis-suq ta’ produtturi oħrajn fl-Unjoni żviluppa kif ġej:

 

2009

2010

2011

PI

Volum (MT)

34 926

55 740

55 124

55 124

Indiċi (2009 = 100)

100

160

158

158

Sehem mis-suq ta’ produtturi oħrajn fl-Unjoni

26,6  %

29,8  %

28,1  %

27,9  %

Sors:

Ilment

(89)

Il-produtturi tal-Unjoni li ma kinux ilmentaturi u li ma esprimewx speċifikament appoġġ għall-investigazzjoni ammontaw għal 44 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni rrappurtat fil-premessa 139 tar-Regolament provviżorju. Il-volum tal-bejgħ tagħhom żdied bi 58 % minn stima ta’ 34 926 tunnellata fl-2009 għal 55 124 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dan it-tkabbir huwa relattivament żgħir jekk imqabbel mat-tkabbir tal-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja fl-istess perjodu (+ 110 %). Barra minn hekk, is-sehem mis-suq ta’ dawk il-produtturi tal-Unjoni baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u ma nstabet l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet tagħhom kienu aktar baxxi minn dawk tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-bejgħ tagħhom fis-suq tal-Unjoni ma kkontribwixxiex għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

6.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(90)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn 176 sa 179 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

7.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(91)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessa 180 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

7.2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(92)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn 181 sa 188 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

7.3.   L-interess tal-utenti

(93)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, seba’ utenti u assoċjazzjoni waħda tal-utenti kkuntattjaw lill-Kummissjoni u wrew interess li jikkooperaw fl-investigazzjoni. Wara t-talba tagħhom, intbagħtulhom kwestjonarji f’April 2013. Madankollu, żewġ utenti biss wieġbu għall-kwestjonarju sħiħ u, b’mod ġenerali, l-utenti li kkooperaw irrappreżentaw 12 % tal-importazzjonijiet totali mill-Indja matul il-PI u 2,5 % tal-konsum totali tal-Unjoni. L-impatt ekonomiku tal-miżuri fuq l-utenti ġie vvalutat mill-ġdid abbażi tad-dejta l-ġdida disponibbli fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u żewġ utenti saritilhom żjara sabiex tiġi vverifikata l-informazzjoni pprovduta.

(94)

L-utenti sostnew li l-livell ta’ profittabbiltà ta’ 9 %, li kien iddikjarat fil-premessa 191 tar-Regolament provviżorju, kien għoli wisq u ma kienx rappreżentattiv għall-industrija tal-utenti. Wara li waslu t-tweġibiet ulterjuri għall-kwestjonarju, il-profittabbiltà medja tal-utenti kollha li kkooperaw ġiet ikkalkulata mill-ġdid u ġiet stabbilita għal 2 % fuq il-fatturat.

(95)

Instab ukoll li, bħala medja, fir-rigward tal-utenti li kkooperaw, ix-xiri mill-Indja kien jikkostitwixxi 44 % tax-xiri totali tal-prodott ikkonċernat, u li l-Indja rrappreżentat is-sors esklużiv ta’ provvista għaż-żewġ utenti li kkooperaw. Matul il-PI, il-fatturat tal-prodott li inkorpora l-prodott ikkonċernat irrappreżenta medja ta’ 14 % tal-fatturat tal-utenti li kkooperaw.

(96)

Jekk wieħed jassumi li l-agħar sitwazzjoni possibbli għas-suq tal-Unjoni, jiġifieri li l-ebda żieda potenzjali fil-prezz ma tgħaddi għall-katina ta’ distribuzzjoni u li l-utenti jkomplu jixtru mill-Indja bil-volumi preċedenti, l-impatt tad-dazju fuq il-profittabbiltà tal-utenti miksub minn attivitajiet li jużaw jew li jinkorporaw il-prodott meħtieġ ikun ifisser tnaqqis medju b’0,25 punti perċentwali.

(97)

Il-Kummissjoni tagħraf li l-impatt se jkun aktar importanti, fuq livell individwali, għal dawk l-utenti li jġibu l-importazzjonijiet kollha tagħhom mill-Indja. Madankollu, dawn huma relattivament ftit (tnejn mill-utenti li kkooperaw). Barra minn hekk, huma għandhom il-possibbiltà, sakemm il-produttur Indjan tagħhom jikkoopera, li jitolbu l-ħlas lura tad-dazji skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, jekk il-kundizzjonijiet kollha għal tali restituzzjoni jkunu sodisfatti.

(98)

Xi utenti tennew it-tħassib li l-miżuri jolqtu ċerti tipi ta’ wajers li mhumiex prodotti fl-Ewropa, jiġifieri tipi inklużi fl-hekk imsejħa Serje 200 kif deskritt fil-premessa 194 tar-Regolament provviżorju. Skont l-utenti, in-nuqqas ta’ produzzjoni fl-Unjoni huwa minħabba d-domanda limitata u l-ispeċifiċità tal-proċess ta’ produzzjoni.

(99)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li dawn it-tipi ta’ wajers tal-azzar inossidabbli huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni u li huma jirrappreżentaw sehem limitat tas-suq tal-Unjoni. Hemm ukoll sors ta’ provvista alternattiv disponibbli għall-utenti minn pajjiżi li mhumiex suġġetti għal miżuri ta antidumping jew antisussidji. Barra minn hekk, żewġ produtturi esportaturi Indjani rċevew rata ta’ dazju kumpensatorju ta’ 0 %, għalhekk l-impożizzjoni tal-miżuri mhux se jkollha effetti sinifikanti fuq il-provvisti minnhom. Barra minn hekk, tipi oħra ta’ prodotti ta’ wajers tal-azzar inossidabbli jistgħu jintużaw għall-istess għanijiet. Għaldaqstant, l-impożizzjoni tal-miżuri ma jistax ikollha impatt sinifikanti fuq is-suq tal-Unjoni jew fuq dawn l-utenti. Għaldaqstant, din il-pretensjoni hija miċħuda.

(100)

Xi utenti rrimarkaw dwar iż-żmien itwal ta’ kunsinna għall-prodott simili mill-produtturi tal-Unjoni meta mqabbel maż-żmien tal-kunsinna tal-prodott ikkonċernat mill-Indja. Madankollu, il-possibbiltà għall-kummerċjanti u n-negozjanti jaħżnu l-prodotti u li jsiru disponibbli minnufih ma timminax il-provi fattwali tal-effetti negattivi tal-importazzjonijiet sussidjati. Għaldaqstant, dan l-argument ikollu jiġi miċħud.

(101)

Fil-kunsiderazzjoni ta’ dan hawn fuq, anki jekk xi utenti x’aktarx li jintlaqtu ħażin aktar minn oħrajn bil-miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-Indja, huwa meqjus li fil-bilanċ is-suq tal-Unjoni se jibbenefika mill-impożizzjoni tal-miżuri. B’mod partikulari, huwa meqjus li r-restawr tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni jippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tallinja l-prezzijiet tagħha mal-kost tal-produzzjoni; li żżomm il-produzzjoni u l-impjiegi; li tirkupra s-sehem mis-suq li kienet tilfet qabel u li tibbenefika minn żieda fl-ekonomiji tal-kobor. Dan għandu jippermetti lill-industrija li tilħaq marġnijiet ta’ profitti raġonevoli li se jippermettulha li topera b’mod effiċjenti fuq perjodu medju taż-żmien kif ukoll fit-tul. B’mod parallel, l-industrija se ttejjeb il-qagħda finanzjarja globali tagħha. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-miżuri se jkollhom impatt ġenerali limitat fuq l-utenti u fuq l-importaturi mhux relatati. Għaldaqstant, ġie konkluż li jidher li l-benefiċċju globali tal-miżuri jegħleb l-impatt fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni.

7.4.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati

(102)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessi minn 197 sa 199 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(103)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-valutazzjonijiet fil-premessi minn 200 sa 201 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

8.   MIŻURI KUMPENSATORJI DEFINITTIVI

8.1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(104)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi minn 203 sa 206 tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

8.2.   Konklużjoni dwar il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(105)

L-ebda marġni ta’ dannu individwali ma ġie kkalkulat għal KEI Industries billi l-marġni tas-sussidju definittiv ta’ din il-kumpanija kien fuq livell de minimis kif imsemmi fil-premessa 49 hawn fuq.

(106)

Il-metodoloġija użata fir-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

8.3.   Miżuri definittivi

(107)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv f’livell għoli biżżejjed biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati mingħajr ma jinqabeż il-marġni ta’ sussidjar misjub.

(108)

Għaldaqstant, ir-rati ta’ dazju kumpensatorju ġew stabbiliti billi tqabblu l-marġnijiet ta’ dannu u l-marġnijiet ta’ sussidju. Konsegwentement, ir-rati tad-dazju kumpensatorju proposti huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ sussidju

Marġini ta’ dannu

Rata ta’ dazju kumpensatorju

Raajratna Metal Industries

3,7  %

17,2  %

3,7  %

Venus Group

3,0  %

23,4  %

3,0  %

Viraj Profiles Vpl. Ltd

0,9  %

Mhux applikabbli

0,0  %

KEI Industries Limited

0,7  %

Mhux applikabbli

0,0  %

Kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

3,4  %

19,3  %

3,4  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

3,7  %

23,4  %

3,7  %

(109)

Ir-rati tad-dazju kumpensatorju għall-kumpaniji individwali speċifikati f’dan id-dokument ta’ ħidma ġew stabbiliti abbażi tal-iskoperti ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli madwar il-pajjiż għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma applikabbli b’mod esklużiv għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u huma prodotti mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati li huma prodotti minn xi kumpanija oħra li mhijiex imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan id-dokument ta’ ħidma, inklużi l-entitajiet marbuta ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(110)

Kwalunkwe talba gћal applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju kumpensatorju gћal kumpaniji individwali (pereżempju wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew ta’ bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (11) minnufih, bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikulari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u ta’ bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament li jimponi d-dazji kumpensatorji definittivi jiġi emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenifikaw minn rati tad-dazju individwali.

8.4.   Ġbir definittiv ta’ dazji kumpensatorji provviżorji

(111)

Fid-dawl tad-daqs tal-marġnijiet ta’ sussidju misjuba u fid-dawl tal-livell tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, jitqies meħtieġ li l-ammonti garantiti permezz tad-dazju kumpensatorju provviżorju, li huma imposti permezz tar-Regolament provviżorju, jinġabru b’mod definittiv sakemm jintlaħaq l-ammont tad-dazji definittivi imposti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan huwa impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ wajers tal-azzar inossidabbli li fihom piż ta’:

(i)

2,5 % jew aktar ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 28 % jew aktar iżda mhux aktar minn 31 % ta’ nikil u 20 % jew aktar iżda mhux aktar minn 22 % ta’ kromju,

(ii)

inqas minn 2,5 % ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 13 % jew aktar iżda mhux aktar minn 25 % ta’ kromju u 3,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6 % ta’ aluminju,

li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM 7223 00 19 u 7223 00 99 u li joriġinaw mill-Indja.

2.   Ir-rata ta’ dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles mal-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Raajratna Metal Industries, Ahmedabad, Gujarat

3,7

B775

Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Mumbai, Maharashtra

3,0

B776

Precision Metals, Mumbai, Maharashtra

3,0

B777

Hindustan Inox Ltd, Mumbai, Maharashtra

3,0

B778

Sieves Manufacturer India Pvt. Ltd, Mumbai, Maharashtra

3,0

B779

Viraj Profiles Vpl. Ltd, Thane, Maharashtra

0,0

B780

KEI Industries Limited, New Delhi

0,0

B925

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness

3,4

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

3,7

B999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazju doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti permezz ta’ dazji kumpensatorji provviżorji skont ir-Regolament (UE) Nru 419/2013 fuq l-importazzjonijiet ta’ wajers tal-azzar inossidabbli li fihom piż ta’:

(i)

2,5 % jew aktar ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 28 % jew aktar iżda mhux aktar minn 31 % ta’ nikil u 20 % jew aktar iżda mhux aktar minn 22 % ta’ kromju,

(ii)

inqas minn 2,5 % ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 13 % jew aktar iżda mhux aktar minn 25 % ta’ kromju u 3,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6 % ta’ aluminju,

li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM 7223 00 19 u 7223 00 99 u li joriġinaw mill-Indja,

għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju kumpensatorju għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 419/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju kompensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja

(ĠU L 126, 8.5.2013, p. 19).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 418/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja

(ĠU L 126, 8.5.2013, p. 1).

(4)   ĠU C 240, 10.8.2012, p. 6.

(5)  Il-Kawża C-595/11 Steinel [2013], għadha mhijiex rappurtata, paragrafu 44.

(6)  Il-Kawża T- 170/94 Shanghai Bicycles [1997] Ġabra II-1383, paragrafu 64.

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(*1)  Is-sussidji mmarkati b’asterisk huma sussidji tal-esportazzjoni

(*2)  Marġni totali tas-sussidju abbażi ta’ kalkolu kkonsolidat għall-Grupp

(*3)   de minimis

(8)  Il-Kawża T-210/95 - Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Fertilizzanti (European Fertilizer Manufacturer’s Association - EFMA) vs il-Kunsill [1999] Ġabra II-3291, il-paragrafu 60.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 383/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers u swiegli tal-azzar mingħajr liga tal-prestressing u l-poststressing (wajers u swiegli PSC) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 118, 13.5.2009, p. 1); ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1071/2012 tal-14 ta’ Novembru 2012 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja (ĠU L 318, 15.11.2012, p. 10); ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 845/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 33).

(10)  Madankollu, ta’ min jinnota li kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-produtturi esportaturi Indjani huma preżenti wkoll fit-tarf l-aktar baxx tas-suq, anki jekk sa livell aktar baxx.

(11)   European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Brussels, Belgium.


ANNESS

PRODUTTURI ESPORTATURI INDJANI LI KKOOPERAW LI MHUMIEX PARTI MILL-KAMPJUN

Isem il-kumpanija

Belt

Kodiċi addizzjonali TARIC

Bekaert Mukand Wire Industries

Lonand, Tal. Khandala, Satara District, Maharastra

B781

Bhansali Bright Bars Pvt. Ltd.

Mumbai, Maharashtra

B781

Bhansali Stainless Wire

Mumbai, Maharashtra

B781

Chandan Steel

Mumbai, Maharashtra

B781

Drawmet Wires

Bhiwadi, Rajastan

B781

Garg Inox Ltd

Bahadurgarh, Haryana

B931

Jyoti Steel Industries Ltd.

Mumbai, Maharashtra

B781

Macro Bars and Wires

Mumbai, Maharashtra

B932

Mukand Ltd.

Thane

B781

Nevatia Steel & Alloys Pvt. Ltd.

Mumbai, Maharashtra

B933

Panchmahal Steel Ltd.

Dist. Panchmahals, Gujarat

B781


7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 862/2013

tal-5 ta’ Settembru 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Casatella Trevigiana (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Casatella Trevigiana”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 487/2008 (3).

(3)

Ladarba l-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’rabta mad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’dan hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 143, 3.6.2008, p. 12.

(4)   ĠU C 322, 24.10.2012, p. 4.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

L-ITALJA

Casatella Trevigiana (DPO)


7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 863/2013

tal-5 ta' Settembru 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7,9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 302, 19,10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi - NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott (hekk imsejjaħ “Modulu ta' Arloġġ tal-Ħin Reali”) li jikkonsisti f’ċirkwit integrat monolitiku u kristall kwarz imwaħħlin flimkien fuq qafas tal-metall u integrati f’qafas tal-plastik b’dimensjonijiet ta’ madwar 10 × 7 × 3 mm.

Il-prodott jaħdem bi frekwenza oxxillanti ta' 32,768 kHz u provvista ta' voltaġġ ta' bejn 2,7 u 3,6 V. Jipproduċi sinjal diġitali.

Il-prodott huwa użat f’diversi apparati bħala sors ta’ sinjal ta' arloġġ biex jiġu determinati intervalli ta’ ħin.

 (*1) Ara l-istampa.

9114 90 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1(n) għas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 9114  u 9114 90 00 .

Peress li l-prodott jinkludi kemm ċirkwit integrat monolitiku u kristall kwarz, ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fin-Nota 8 (b) għal Kapitlu 85. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8542 hija eskluża.

Il-prodott jipprovdi sinjal ta' arloġġ li jiddetermina intervalli ta’ ħin, li hija funzjoni tal-Kapitlu 91.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9110 hija eskluża wkoll minħabba li l-prodott m’għandux il-komponenti kollha meħtieġa biex jiġi kkunsidrat bħala moviment mhux komplut ta' arloġġ u lanqas ma hu mmuntat (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 9110 , it-tielet paragrafu).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi tan-NM 9114 90 00 bħal partijiet oħra ta' arloġġi tal-polz jew ta' arloġġi (ara wkoll HSEN għall-intestatura 9114 , grupp (A), il-punt (8)).

Image 1

(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.


7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 864/2013

tas-6 ta’ Settembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

29,8

ZZ

29,8

0707 00 05

TR

95,4

ZZ

95,4

0709 93 10

TR

124,0

ZZ

124,0

0805 50 10

AR

109,7

CL

126,2

TR

74,0

UY

120,7

ZA

124,0

ZZ

110,9

0806 10 10

BR

183,4

EG

184,2

IL

162,2

TR

143,0

ZA

168,3

ZZ

168,2

0808 10 80

AR

155,4

BR

103,3

CL

135,2

CN

67,2

NZ

133,1

US

147,8

ZA

115,0

ZZ

122,4

0808 30 90

AR

160,7

CN

84,1

TR

137,4

ZA

138,4

ZZ

130,2

0809 30

TR

129,9

ZZ

129,9

0809 40 05

BA

50,7

MK

50,9

XS

55,5

ZZ

52,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/446/PESK

tas-6 ta’ Settembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1) li kompliet il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, l-EUMM Georgia (minn hawn ’il quddiem “EUMM Georgia” jew il-“Missjoni”) stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK tal-15 ta’ Settembru 2008 (2). Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK tiskadi fl-14 ta’ Settembru 2013.

(2)

L-EUMM Georgia għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 15-il xahar abbażi tal-mandat attwali tagħha.

(3)

Il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tmur għall-agħar u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 huwa b’dan emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun ir-rappreżentant tal-Missjoni. Il-Kap tal-Missjoni jista’ jiddelega kompiti ta’ ġestjoni fi kwistjonijiet ta’ persunal u finanzjarji lil membri tal-persunal tal-Missjoni, taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa mħassar.

(2)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn l-EUMM Georgia u l-membru tal-persunal ikkonċernat.”;

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Arranġamenti legali

L-EUMM Georgia għandu jkollha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tidħol f’kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li tikseb u tiddisponi minn beni u tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha, u li tkun parti għal proċeduri legali, kif meħtieġ biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni.”;

(4)

L-Artikolu 14 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Settembru 2010 u l-14 ta’ Settembru 2011 għandu jkun ta’ EUR 26 600 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Settembru 2011 u l-14 ta’ Settembru 2012 għandu jkun ta’ EUR 23 900 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Settembru 2012 u l-14 ta’ Settembru 2013 għandu jkun ta’ EUR 20 900 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Settembru 2013 u l-14 ta’ Diċembru 2014 għandu jkun ta’ EUR 26 650 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tkun amministrata skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Iċ-ċittadini ta’ Stati terzi, tal-Istat ospitanti u ta’ pajjiżi ġirien għandu jkollhom permess iressqu offerti għal kuntratti. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Missjoni tista’ tikkonkludi arranġamenti tekniċi ma’ Stati Membri, ma’ Stati terzi parteċipanti, u ma’ atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta’ tagħmir, servizzi u binjiet lill-EUMM Georgia.

4.   L-EUMM Georgia għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-għan, il-Missjoni għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni

5.   L-EUMM Georgia għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mit-twettiq tal-mandat li jibda mill-15 ta’ Settembru 2013, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe pretensjoni marbuta ma’ mġiba ħażina serja mill-Kap tal-Missjoni, li għaliha għandu jerfa’ r-responsabbiltà.

6.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-linja tal-kmand kif prevista fl-Artikoli 5, 6 u 9, u l-ħtiġijiet operattivi tal-EUMM Georgia, inklużi l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha.

7.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.”;

(5)

Fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-14 ta’ Diċembru 2014.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mill-15 ta’ Settembru 2013.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)   ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.

(2)   ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26.


7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Settembru 2013

dwar il-fattur ta’ utilizzazzjoni standard tal-kapaċità skont l-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/447/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwra il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 10a tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex ikun possibbli li l-Istati Membri jistabbilixxu, skont l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 18(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (2), il-livelli ta’ attività ta’ istallazzjonijiet ta’ parteċipanti ġodda skont l-Artikolu 3(h) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi u tippubblika l-fatturi ta’ utilizzazzjoni standard tal-kapaċità.

(2)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-għadd ta’ allokazzjonijiet ta’ emissjonijiet bla ħlas li jridu jiġu allokati għall-istallazzjonijiet ta’ parteċipanti ġodda li huma eliġibbli għal tali allokazzjoni fil-perjodu 2013-2020, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu l-livelli ta’ attività ta’ dawn l-istallazzjonijiet. F’dan il-kuntest, il-fattur ta’ utilizzazzjoni standard tal-kapaċità hu neċessarju biex jiġi stabbilit il-livell ta’ attività marbuta mal-prodott għal prodotti li fil-każ tagħhom ikun ġie stabbilit parametru referenzjarju ta’ prodott fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Għall-istallazzjonijiet ta’ parteċipanti ġodda, bl-eċċezzjoni ta’ parteċipanti ġodda minħabba estensjoni sinifikanti, dan il-livell ta’ attività jiġi stabbilit billi l-kapaċità istallata inizjali għall-produzzjoni ta’ dan il-prodott skont l-Artikolu 17(4) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE tiġi multiplikata bil-fattur ta’ utilizzazzjoni standard tal-kapaċità. Għall-istallazzjonijiet li kellhom estensjoni jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, l-Istati Membri għandhom jużaw il-fattur ta’ utilizzazzjoni standard tal-kapaċità biex jistabbilixxu l-livell ta’ attività marbuta mal-prodott tal-kapaċità miżjuda jew imnaqqsa tas-subistallazzjoni kkonċernata.

(3)

Il-fattur ta’ utilizzazzjoni standard tal-kapaċità għandu jkun it-80 punt perċentwali tal-medja annwali tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-istallazzjonijiet kollha li jipproduċu l-prodott ikkonċernat. Bħala parti mill-ġabra tad-dejta ġenerali ta’ bażi għall-istallazzjonijiet imsemmija li jkunu saru biex jitwaqqfu l-Miżuri Nazzjonali ta’ implimentazzjoni (NIMs), l-Istati Membri ġabru dejta dwar il-produzzjoni medja annwali tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu 2005–08. Bid-diviżjoni ta’ dawn iċ-ċifri tal-produzzjoni bil-kapċità inizjali istallata kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE, l-Istati Membri mbagħad stabbilew il-fatturi ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-istallazzjonijiet rilevanti fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri mbagħad qasmu din l-informazzjoni mal-Kummissjoni bħala parti min-NIMs.

(4)

Meta n-NIMs daħlu mingħand l-Istati Membri kollha, u filwaqt li qieset in-NIMS mill-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA, il-Kummissjoni stabbiliet it-80 punt perċentwali tal-medja annwali tal-fatturi ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-istallazzjonijiet li jipproduċu l-prodott li fil-każ tiegħu jeżisti parametru referenzjarju, u dan filwaqt li tqieset ukoll il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet newtri tal-kompetizzjoni għal attivitajiet industrijali mwettqa f’istallazzjonijiet imħaddma minn operatur uniku u għal produzzjoni f’istallazzjonijiet imħaddma esternament. Il-kalkolu hu bbażat fuq l-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(5)

Il-fatturi ta’ utilizzazzjoni standard tal-kapaċità għal kull parametru referenzjarju huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Dawn il-fatturi japplikaw mis-sena 2013 sal-2020.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-fatturi ta’ utilizzazzjoni standard tal-kapaċità elenkati fl-Anness jintużaw mill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-livell ta’ attività marbuta mal-prodott ta’ istallazzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 3(h) tad-Direttiva 2003/87/KE bi qbil mal-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).


ANNESS

Parametru referenzjarju tal-prodott elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278/UE

Il-fattur ta’ utilizzazzjoni standard tal-kapaċità (SCUF)

Kokk

0,960

Minerali sinterizzati

0,886

Metall jaħraq

0,894

Anodu ta’ qabel il-ħami

0,928

Aluminju

0,964

Clinker ta’ siment griż

0,831

Clinker ta’ siment abjad

0,787

Ġir

0,813

Ġir dolomitiku

0,748

Ġir dolomitiku sinterizzat

0,784

Ħġieġ float

0,946

Fliexken u vażetti ta’ ħġieġ bla kulur

0,883

Fliexken u vażetti ta’ ħġieġ bil-kulur

0,912

Prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu

0,892

Briks tal-faċċata

0,809

Ċangaturi

0,731

Tegole

0,836

Trab atomizzat

0,802

Ġibs

0,801

Ġipsum sekondarju mnixxef

0,812

Polpa kraft ta’ fibra qasira

0,808

Polpa kraft ta’ fibra twila

0,823

Polpa tas-sulfit, polpa termomekkanika u mekkanika

0,862

Polpa tal-karta rkuprata

0,887

Karta tal-gazzetti

0,919

Karta fina mhux miksija

0,872

Karta fina miksija

0,883

Tissue

0,900

Testliner u fluting

0,889

Kartun mhux miksi

0,863

Kartun miksi

0,868

Aċidu nitriku

0,876

Aċidu adipiku

0,849

Monomer tal-klorur tal-vinil (VCM)

0,842

Fenol/aċeton

0,870

S-PVC

0,873

E-PVC

0,834

Karbonat tas-sodju

0,926

Prodotti tar-raffinerija

0,902

Azzar tal-karbonju EAF

0,798

Azzar illigat ħafna EAF

0,802

Ħadid fondut

0,772

Suf minerali

0,851

Bord tal-ġibs

0,843

Nugrufum

0,865

Ammonijaka

0,888

Krekkjar bil-fwar

0,872

Aromatiċi

0,902

Stiren

0,879

Idroġenu

0,902

Gass ta’ sinteżi

0,902

Ossidu tal-etilen/glikoli tal-etilen

0,840


7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Settembru 2013

dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2013) 5666)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/448/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10a u 11 tagħha,

Billi:

(1)

Hija r-regola li l-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet issir permezz ta’ rkantar mill-2013 ’il quddiem, għall-operaturi ta’ installazzjonijiet fl-ambitu tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ emissjonijiet (EU ETS). Madankollu, xi operaturi eliġibbli se jibqgħu jirċievu l-allokazzjonijiet mingħajr ħlas bejn l-2013 u l-2020. L-ammont ta’ kwoti li jirċievi kull wieħed minn dawn l-operaturi jkun iddeterminat skont ir-regoli armonizzati fl-Unjoni kollha li huma stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (2).

(2)

Sat-30 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri kellhom iressqu quddiem il-Kummissjoni l-Miżuri Nazzjonali ta’ Implimentazzjoni (NIMs) tagħhom li, fost informazzjoni obbligatorja oħra, dawn kellhom jagħtu lista ta’ installazzjonijiet fit-territorju tagħhom koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, u l-ammont preliminari ta’ kwoti mingħajr ħlas li għandhom jiġu allokati bejn l-2013 u l-2020 ikkalkulati skont ir-regoli armonizzati madwar l-Unjoni kollha.

(3)

L-Artikolu 18 tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) jipprevedi l-miżuri tranżizzjonali li japplikaw għall-Kroazja u stabbiliti fl-Anness V ma’ dan l-Att. Skont il-punt 10 ta’ dan l-Anness V, il-Kroazja għandha tiżgura li l-operaturi jikkonformaw mad-Direttiva 2003/87/KE tul is-sena 2013 kollha. Bl-istess mod, l-operaturi ta’ installazzjonijiet eliġibbli jirċievu allokazzjoni mingħajr ħlas għas-sena 2013 kollha biex ikunu jistgħu jikkonformaw bis-sħiħ mal-EU ETS u l-prinċipju tagħha ta’ monitoraġġ, rapportaġġ u verifikazzjoni kull sena tal-emissjonijiet u ċ-ċediment tal-kwoti tal-emissjonijiet. B’konformità ma’ dan, il-Kroazja ressqet in-NIMs lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE.

(4)

Il-Kummissjoni pprovdiet mudell elettroniku għat-tressiq tan-NIMs biex tiżgura l-kwalità u l-komparabbiltà tad-dejta. L-Istati Membri kollha ressqu lista ta’ installazzjonijiet f’dan il-format jew f’wieħed simili, tabella bid-dejta kollha rilevanti għal kull installazzjoni u rapport tal-metodoloġija li spjega l-proċess tal-ġbir tad-dejta mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

(5)

Billi tressaq ambitu wiesa’ ta’ informazzjoni u dejta, il-Kummissjoni l-ewwel ma għamlet kien li vverifikat li n-NIMs kollha kienu sħaħ. F’każijiet fejn il-Kummissjoni sabet li s-sottomissjonijiet ma kinux komprensivi, hi talbet aktar informazzjoni mingħand l-Istati Membri kkonċernati. B’risposta għal dawn it-talbiet, l-awtoritajiet rilevanti ressqu aktar informazzjoni rilevanti biex jimtlew in-NIMs li kienu ressqu.

(6)

Wara dan, in-NIMs, u inklużi magħhom l-ammonti totali annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet li għandhom jiġu allokati bejn l-2013 u l-2020, ġew imqabbla mal-kriterji li hemm fid-Direttiva 2003/87/KE, b’mod speċjali l-Artikolu 10a tagħha, u fid-Deċiżjoni 2011/278/UE. filwaqt li tqiesu d-dokumenti gwida tal-Kummissjoni għall-Istati Membri approvati mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima fl-14 ta’ April 2011. Fejn kien rilevanti, tqieset il-gwida dwar l-interpretazzjoni tal-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE.

(7)

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-konformità ddettaljata tan-NIMs ta’ kull Stat Membru. Bħala parti minn dik il-valutazzjoni komprensiva, il-Kummissjoni analizzat il-konsistenza tad-dejta fiha nnifisha u l-konsistenza tad-dejta mar-regoli tal-allokazzjoni armonizzati. Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat l-eliġibbiltà tal-installazzjonijiet għall-allokazzjoni mingħajr ħlas, it-tqassim tal-installazzjonijiet f’installazzjonijiet sekondarji u l-konfini tagħhom. Imbagħad il-Kummissjoni analizzat l-applikazzjoni tal-valuri referenzjarji korretti għall-installazzjonijiet sekondarji rilevanti. Billi d-Deċiżjoni 2011/278/UE tistipula, fil-prinċipju, valur referenzjarju wieħed għal kull prodott għall-valur referenzjarju tal-prodotti tal-installazzjonijiet sekondarji, il-Kummissjoni tat attenzjoni partikolari lill-applikazzjoni tal-valur referenzjarju għall-prodott finali li ssawwar skont id-definizzjoni tal-prodott u l-konfini tas-sistema stipulati fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Barra minn hekk, billi hemm impatt sinifikanti fuq l-allokazzjonijiet, il-Kummissjoni analizzat fid-dettall il-kalkolu tal-livelli ta’ attività storiċi tal-installazzjonijiet, il-każi ta’ bidliet sinifikanti fil-kapaċità waqt il-perjodu ta’ bażi, kif ukoll każi ta’ installazzjonijiet li bdew jaħdmu waqt il-perjodu ta’ bażi, il-kalkolu tal-għadd preliminari ta’ kwoti ta’ emissjonijiet li ġew allokati mingħajr ħlas filwaqt li qieset il-possibbiltà ta’ skambju bejn il-karburant u l-elettriku, l-istatus ta’ tnixxija tal-karbonju, kif ukoll l-esportazzjonijiet ta’ sħanat għal djar privati. Aktar analiżijiet tal-istatistika u kontrolli tal-kredibbiltà bl-użu ta’ indikaturi, bħal, pereżempju, il-propożizzjoni ta’ allokazzjoni skont il-livell storiku ta’ attività mqabbel ma’ valuri referenzjarji, jew livelli storiċi ta’ attività mqabbla mal-kapaċità tal-produzzjoni, għenu biex jidentifikaw irregolaritajiet potenzjali addizzjonali fl-applikazzjoni tar-regoli tal-allokazzjoni armonizzati.

(8)

Abbażi tar-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni ddettaljata tal-installazzjonijiet fejn ġew identifikati l-irregolaritajiet potenzjali fl-applikazzjoni tar-regoli tal-allokazzjoni armonizzati, u talbet aktar kjarifiki mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

(9)

Fid-dawl tar-riżultati ta’ din il-valutazzjoni tal-konformità, il-Kummissjoni tqis li n-NIMs tal-Awstrija, tal-Belġju, tal-Bulgarija, tal-Kroazja, ta’ Ċipru, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Finlandja, ta’ Franza, tal-Greċja, tal-Ungerija, tal-Irlanda, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, ta’ Malta, tal-Pajjiżi l-Baxxi, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovakkja, tas-Slovenja, ta’ Spanja, tal-Isvezja u tar-Renju Unit, kompatibbli mad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 2011/278/UE. L-installazzjonijiet inklużi fin-NIMs minn dawn l-Istati Membri nstab li huma eliġibbli għall-allokazzjonijiet mingħajr ħlas u ma nstabu ebda nuqqasijiet ta’ konsistenza rigward l-ammonti totali annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas proposti minn kull wieħed minn dawn l-Istati Membri.

(10)

Iżda, fid-dawl tar-riżultati tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni sabet li ċerti aspetti tan-NIMs sottomessi mill-Ġermanja u mir-Repubblika Ċeka mhumiex kumpatibbli mal-kriterji li hemm fid-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 2011/278/UE meta wieħed iqis id-dokumenti gwida tal-Kummissjoni għall-Istati Membri, li ġew approvati mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima fl-14 ta’ April 2011.

(11)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja pproponiet li seba’ installazzjonijiet għandhom jirċievu żieda fil-livell ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet minħabba li tikkunsidra li dan ikun jevita tbatija bla bżonn. B’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 2011/278/UE, l-ammonti preliminari ta’ allokazzjonijiet mingħajr ħlas li għandhom jitressqu bħala parti min-NIMs jiġu kkalkulati skont ir-regoli armonizzati madwar l-Unjoni. Id-Deċiżjoni 2011/278/UE ma tipprevedix l-aġġustament li tixtieq tagħmel il-Ġermanja abbażi tal-Artikolu 9(5) tal-Att Ġermaniż dwar in-Negozjar ta’ Emissjonijiet ta’ Gassijiet b’Effett Serra — TEHG tat-28 ta’ Lulju 2011. Filwaqt li sal-2012, l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet kienet organizzata fuq bażi nazzjonali, mill-2013 ’il quddiem, il-leġiżlatur, b’mod intenzjonat, stabbilixxa r-regoli kompletament armonizzati, biex l-installazzjonijiet kollha jiġu ttrattati bl-istess mod. Kull bidla unilaterali fl-ammonti preliminari tal-allokazzjonijiet mingħajr ħlas ikkalkulati mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni 2011/278/UE tkun iddgħajjef dan l-approċċ armonizzat. Il-Ġermanja ma ġabitx provi li l-allokazzjoni għall-installazzjonijiet ikkonċernati kkalkulata skont id-Deċiżjoni 2011/278/UE kienet b’mod ċar mhux xierqa meta jitqies l-għan li jrid jinkiseb tal-armonizzazzjoni sħiħa tal-allokazzjonijiet. Jekk jiġu allokati aktar kwoti lil xi installazzjonijiet, dan ikun jippreġudika l-kompetizzjoni, jew jhedded li jagħmel hekk, u jkollu effetti transkonfinali minħabba n-negozju madwar l-unjoni fis-setturi kollha koperti mid-Direttiva 2003/87/KE. Fid-dawl tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-Istati Membri u tal-installazzjonijiet fl-EU ETS, il-Kummissjoni ddeċidiet li għalhekk jixraq li toġġezzjona għall-ammonti preliminari ta’ allokazzjonijiet mingħajr ħlas lil ċerti installazzjonijiet li hemm fin-NIMs Ġermaniżi u elenkati fil-punt A tal-Anness I.

(12)

Il-Kummissjoni ssib li n-NIMs proposti mill-Ġermanja jikkontrovjenu wkoll id-Deċiżjoni 2011/278/UE għaliex l-applikazzjoni tal-valur ta’ referenza għall-metall jaħraq fil-każijiet elenkati fil-punt B tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni mhijiex konsistenti mar-regoli rilevanti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li fin-NIMs Ġermaniżi, fil-każi tal-proċessi fil-manifattura tal-azzar bl-ifran bażiċi li jaħdmu bl-ossiġenu (BOF), u fejn il-metall jaħraq mill-forn tal-blast ma jiġix irfinut f’azzar fl-istess installazzjoni, iżda jiġi esportat għal aktar ipproċessar, l-operatur tal-installazzjoni bil-forn tal-blast għall-produzzjoni tal-metall jaħraq ma jingħatax allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet. Minflok ma jsir hekk, l-allokazzjoni mingħajr ħlas tingħata lill-installazzjoni fejn jiġi rfinut l-azzar.

(13)

Il-Kummissjoni tinnota li għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-valuri referenzjarji tal-prodotti huma stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/278/UE fejn tqiesu d-definizzjonijiet tal-prodotti u l-kumplessità tal-proċessi tal-produzzjoni li jippermettu l-verifika tad-dejta tal-produzzjoni u applikazzjoni uniformi tal-valuri referenzjarji għall-prodotti madwar l-Unjoni. Għall-applikazzjoni tal-valuri referenzjarji tal-prodotti, l-installazzjonijiet huma maqsumin f’installazzjonijiet sekondarji, fejn l-installazzjonijiet sekondarji ta’ valur referenzjarju ta’ prodott jiġu ddefiniti bħala inputs, outputs u l-emissjonijiet korrispondenti marbutin mal-produzzjoni ta’ prodott li għalih ġie stabbilit valur referenzjarju fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. B’hekk, il-valuri referenzjarji huma stabbiliti għall-prodotti u mhux għall-proċessi. Għalhekk, ġie żviluppat valur referenzjarju għall-metall jaħraq, u l-prodott huwa ddefinit bħala ħadid likwidu ssaturat bil-karbonju għal aktar ipproċessar. Il-fatt li l-konfini tas-sistema għall-valur referenzjarju tal-metall jaħraq stabbiliti fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2011/278/UE jinkludu l-BOF ma jippermettix lill-Istati Membri li ma jagħtux każ li għandu jkun hemm l-allokazzjonijiet għal prodott partikolari. Dan il-fattur huwa kkorroborat mill-fatt li l-valuri referenzjarji għandhom ikopru l-emissjonijiet diretti kollha li huma marbutin mal-produzzjoni. Madankollu, hija l-produzzjoni tal-metall jaħraq fil-forn tal-blast li prinċiparjament jikkawża l-emissjonijiet, filwaqt li l-proċess tal-irfinar tal-metall jaħraq f’azzar fil-konvertitur BOF jipproduċi relattivament ftit emissjonijiet. Għalhekk, il-valur referenzjarju kien ikun ħafna inqas kieku kien ikopri l-installazzjonijiet li jimpurtaw il-metall jaħraq u jirfinawh f’azzar fil-konvertitur BOF. Barra minn hekk, fid-dawl tal-iskema ġenerali għall-allokazzjoni stabbilita bid-Deċiżjoni 2011/278/UE, b’mod partikolari rigward ir-regoli dwar bidliet sinifikanti fil-kapaċitajiet, l-allokazzjoni proposta mill-Ġermanja ma tistax titqies li hi konsistenti. Għaldaqstant il-Kummissjoni ssib li minħabba nuqqas ta’ installazzjoni sekondarja korrispondenti li kienet tippermetti l-allokazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE, l-installazzjonijiet li jimpurtaw il-metall jaħraq biex ikomplu jipproċessawh ma jistgħux jitqiesu li huma eliġibbli biex jirċievu l-allokazzjonijiet mingħajr ħlas abbażi tal-valur referenzjarju tal-metall jaħraq għall-ammont tal-metall jaħraq impurtat. Għalhekk, il-Kummissjoni toġġezzjona għall-ammonti totali preliminari ta’ allokazzjonijiet mingħajr ħlas proposti għall-installazzjonijiet elenkati fil-punt B tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni.

(14)

Rigward l-applikazzjoni tal-valur referenzjarju għall-metall jaħraq fin-NIMs proposti mir-Repubblika Ċeka, il-Kummissjoni tosserva li l-allokazzjoni għall-installazzjoni elenkata taħt il-punt C bl-identifikatur CZ-existing-CZ-73-CZ-0134-11/M ma tikkorrispondix mal-valur tal-valur referenzjarju tal-metall jaħraq immultiplikat bil-livell rilevanti tal-attività storika marbuta mal-prodott, kif propost fin-NIMs, u għaldaqstant mhijiex konformi mal-Artikolu 10(2)(a) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Għalhekk, il-Kummissjoni toġġezzjona għall-allokazzjoni lil din l-installazzjoni sakemm ma jissewwiex dan l-iżball. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-allokazzjoni għall-installazzjoni elenkata taħt il-punt C bl-identifikatur CZ-existing-CZ-52-CZ-0102-05 tqies il-proċessi koperti mill-konfini tas-sistema tal-valur referenzjarju tal-metall jaħraq. Iżda din l-installazzjoni ma tipproduċix il-metall jaħraq, imma timpurtah. Minħabba li mhemmx produzzjoni tal-metall jaħraq fl-installazzjoni bl-identifikatur CZ-existing-CZ-52-CZ-0102-05, u b’hekk mhemmx installazzjoni sekondarja tal-valur referenzjarju korrispondenti tal-prodott li kienet tippermetti d-determinazzjoni tal-allokazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE, l-allokazzjoni proposta mhijiex konsistenti mar-regoli tal-allokazzjoni u tista’ tagħti lok għal kalkolu doppju. Għaldaqstant il-Kummissjoni toġġezzjona għall-allokazzjoni lill-installazzjonijiet elenkati fil-punt C tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni.

(15)

Il-Kummissjoni tinnota li l-installazzjonijiet imsemmijin fil-punt D tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni jirċievu allokazzjoni abbażi ta’ installazzjoni sekondarja tal-emissjonijiet tal-proċess għall-produzzjoni taż-żingu fil-forn tal-blast u proċessi marbutin ma’ dan. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-emissjonijiet koperti mill-installazzjoni sekondarja tal-emissjonijiet tal-proċessi diġà huma koperti mill-installazzjoni sekondarja tal-valur referenzjali tal-prodott għall-metall jaħraq li abbażi tiegħu waħda mill-installazzjonijiet tirċievi wkoll allokazzjoni, u b’hekk dawn huma kkalkulati darbtejn. L-installazzjoni sekondarja tal-valur referenzjarju tal-prodott għall-metall jaħraq tkopri b’mod ċar l-inputs, l-outputs u l-emissjonijiet korrispondenti marbutin mal-produzzjoni tal-metall jaħraq fil-forn tal-blast u mal-proċessi kollha, inkluż it-trattament tal-gagazza, marbutin ma’ dan, kif stabbilit fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Għalhekk, in-NIMs proposti mill-Ġermanja jmorru kontra l-Artikolu 10(8) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE u l-obbligu li ma jsirux kalkoli tal-emissjonijiet darbtejn, għaliex ċerti emissjonijiet huma magħdudin darbtejn fl-allokazzjoni għal dawn l-installazzjonijiet. Għalhekk il-Kummissjoni toġġezzjona għall-allokazzjoni lil dawn l-installazzjonijiet abbażi ta’ installazzjoni sekondarja tal-emissjonijiet tal-proċessi għall-produzzjoni taż-żingu ġo forn tal-blast u l-proċessi marbutin ma’ dan.

(16)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-lista tal-installazzjonijiet stipulata fin-NIMs Ġermaniżi mhijiex sħiħa u b’hekk tmur kontra l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-lista ma tinkludix l-installazzjonijiet li jipproduċu l-polimeri, b’mod partikolari l-S-PVC u l-E-PVC, u l-monomer tal-klorur tal-vinil (VCM) bil-kwantitajiet tal-kwoti maħsubin biex jiġu allokati lil kull waħda minn dawn l-installazzjonijiet li qegħdin fit-territorju tal-Ġermanja, li għalihom tapplika d-Direttiva u li huma msemmijin fit-taqsima 5.1 tal-gwida tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni tal-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE, approvata mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima fit-18 ta’ Marzu 2010. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni taf bil-fehma mressqa mill-Ġermanja, li l-produzzjoni tal-polimeri, b’mod partikolari l-S-PVC u l-E-PVC, u l-VCM mhijiex koperta mill-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE. Il-Kummissjoni tqis li l-polimeri, inklużi l-S-PVC u l-E-PVC u l-VCM, jissodisfaw id-definizzjoni tal-attività rilevanti (il-produzzjoni ta’ ammonti kbar ta’ sustanzi kimiċi) fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE. Għaldaqstant, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u s-setturi industrijali kkonċernati, inħarġu l-valuri referenzjarji tal-prodotti għall-S-PVC, l-E-PVC u l-VCM, kif stipulat fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2011/278/UE.

(17)

Il-Kummissjoni tosserva li l-fatt li l-lista tal-installazzjonijiet Ġermaniża mhijiex sħiħa għandu effetti negattivi fuq l-allokazzjoni abbażi tal-installazzjoni sekondarja tal-valur referenzjarju tas-sħana għall-installazzjonijiet li jesportaw is-sħana lil installazzjonijiet li jipproduċu s-sustanzi kimiċi fi kwantitajiet kbar, elenkati fil-punt E tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni. Filwaqt li huma biss l-esportazzjonijiet tas-sħana lejn installazzjoni jew entità oħra mhux koperta mid-Direttiva 2003/87/KE li jagħtu lok għal allokazzjoni mingħajr ħlas abbażi tal-installazzjoni sekondarja tal-valur referenzjarju tas-sħana, fin-NIMs Ġermaniżi, l-esportazzjonijiet lejn installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE huma meqjusin għall-allokazzjoni għall-installazzjonijiet elenkati fil-punt E tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni. B’konsegwenza ta’ dan, l-allokazzjonijiet proposti għall-installazzjonijiet elenkati fil-punt E tal-Anness I mhumiex konsistenti mar-regoli tal-allokazzjoni. Għaldaqstant il-Kummissjoni toġġezzjona għall-allokazzjoni għall-installazzjonijiet elenkati fil-punt E tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni.

(18)

B’konformità mal-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE, bid-Deċiżjoni 2010/634/UE (4) l-Kummissjoni ppubblikat il-kwantità assoluta għall-Unjoni kollha tal-kwoti għall-perjodu mill-2013 sal-2020. F’dan ir-rigward, il-kwantità meqjusa skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE hija bbażata fuq it-total tal-kwantitajiet tal-kwoti maħruġin mill-Istati Membri li jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-Pjanijiet Nazzjonali ta’ Allokazzjoni tagħhom għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2012. Madankollu, wara l-għeluq tal-perjodu ta’ negozjar bejn l-2008 u l-2012, il-Kummissjoni kisbet aktar informazzjoni u dejta aktar preċiża partikolarment dwar il-kwantità ta’ kwoti mogħtijin lil min jidħol ġdid, mir-Riżervi għal Min Jidħol Ġdid tal-Istati Membri, u dwar l-użu tal-kwoti tal-Istati Membri, li jitwarrbu għal proġetti ta’ Implimentazzjoni Konġunta stabbiliti skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/780/KE (5). Barra minn hekk, rigward l-aġġustament tal-kwantità ta’ kwoti madwar l-Unjoni skont l-Artikolu 9a tad-Direttiva 2003/87/KE, u b’mod partikolari l-paragrafi 1 u 4 tiegħu, għandha titqies l-aktar dejta xjentifika riċenti dwar il-potenzjal ta’ effet serra tal-gassijiet b’effett serra, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2011) 3798 u C(2012) 497 biex tiġi aċċettata l-inklużjoni unilaterali ta’ gassijiet b’effett serra addizzjonali u attivitajiet tal-Italja u tar-Renju Unit skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll l-esklużjoni tal-Ġermanja, tar-Renju Unit, ta’ Franza, tal-Pajjiżi l-Baxxi, ta’ Spanja, tas-Slovenja u tal-Italja, mill-EU ETS ta’ installazzjonijiet bi ftit emissjonijiet, b’konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(19)

Barra minn hekk, il-kwantità assoluta tal-kwoti tal-Unjoni sħiħa għandhom iqisu l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, kif ukoll it-twessigħ tal-EU ETS għall-Istati taż-ŻEE u tal-EFTA. Skont il-punt 8 tal-Anness III mal-Att dwar il-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-kwantità meqjusa skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE żdiedet, bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja, bl-istess kwantità ta’ kwoti li l-Kroazja se tirkanta skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. L-inkorporazzjoni fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) tad-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-Deċiżjoni 2011/278/UE kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/745/UE (7) bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2012 (8) timplika żieda ġenerali tal-kwantità totali tal-kwoti fl-EU ETS skont l-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE. Għaldaqstant jeħtieġ li jitqiesu ċ-ċifri rilevanti ppreżentati mill-Istati taż-ŻEE-EFTA fil-Parti A tal-Appendiċi għal dik id-Direttiva fil-Ftehim ŻEE.

(20)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2010/634/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(21)

Fl-2014 u f’kull sena ta’ wara din, il-kwantità totali ta’ kwoti ddeterminati għall-2013 abbażi tal-Artikolu 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE se tonqos b’fattur lineari ta’ 1,74 % mill-2010, li jammontaw għal 38 264 246 kwoti.

(22)

L-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE jillimita l-kwantità massima annwali tal-kwoti li hija l-bażi biex jiġu kkalkulati l-allokazzjonijiet mingħajr ħlas għall-installazzjonijiet mhux koperti mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE. Dan il-limitu huwa kompost minn żewġ elementi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, li kull wieħed minnhom ġie ddeterminat mill-Kummissjoni abbażi tal-kwantitajiet iddeterminati skont l-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE, skont dejta li hija disponibbli għall-pubbliku fir-reġistru tal-Unjoni u skont informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, b’mod partikolari dwar is-sehem ta’ emissjonijiet minn ġeneraturi tal-elettriku u installazzjonijiet oħrajn li mhumiex eliġibbli għall-allokazzjoni mingħajr ħlas imsemmija fl-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll fejn disponibbli l-emissjonijiet ivverifikati fil-perjodu bejn l-2005 u l-2007 minn installazzjonijiet li ddaħħlu fl-EU ETS biss mill-2013 ’il quddiem, filwaqt li tqieset l-aktar dejta xjentifika riċenti rigward il-potenzjal ta’ effett serra tal-gassijiet b’effett serra.

(23)

Il-limitu stabbilit mill-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE ma jistax jinqabeż, u dan jiġi żgurat bl-applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali li, jekk ikun hemm bżonn, inaqqas l-għadd ta’ kwoti mingħajr ħlas fl-installazzjonijiet kollha li huma eliġibbli għall-allokazzjoni mingħajr ħlas b’mod uniformi. L-Istati Membri għandhom iqisu dan il-fattur meta jkunu qegħdin jiddeċiedu l-ammonti annwali tal-allokazzjonijiet lill-installazzjonijiet abbażi ta’ allokazzjonijiet preliminari u ta’ din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali, dan isir permezz ta’ tqabbil tas-somma tal-ammonti totali preliminari ta’ allokazzjonijiet mingħajr ħlas imressqin mill-Istati Membri, ma’ limitu ffissat bl-Artikolu 10a(5) bil-mod li hu stabbilit fl-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE.

(24)

Wara li d-Direttiva 2009/29/KE ddaħħlet fil-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni Nru 152/2012 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, il-limitu stabbilit mill-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, ir-regoli armonizzati tal-allokazzjoni u l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali għandhom jiġu applikati fil-pajjiżi ŻEE-EFTA. Għalhekk jeħtieġ li jitqiesu l-ammonti annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas fil-perjodu 2013 sal-2020, stabbiliti bid-deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tal-10 ta’ Lulju 2013 dwar in-NIMs tal-Islanda, tan-Norveġja u tal-Liechtenstein.

(25)

Il-limitu stabbilit bl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE huwa ta’ 809 315 756 kwoti fl-2013. Biex ikkalkulat dan il-limitu, il-Kummissjoni l-ewwel ġabret l-informazzjoni mingħand l-Istati Membri u l-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA dwar jekk l-installazzjonijiet jikkwalifikaw bħala ġeneraturi tal-elettriku jew bħala installazzjoni oħra koperta mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE. Imbagħad il-Kummissjoni ddeċidiet is-sehem tal-emissjonijiet fil-perjodu ta’ bejn l-2005 u l-2007 mill-installazzjonijiet li mhumiex koperti minn dik id-dispożizzjoni, iżda li kienu inklużi fl-EU ETS fil-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2012. Il-Kummissjoni kompliet billi applikat dan is-sehem ta’ 34,78289436 % għall-kwantità li ġiet iddeterminata abbażi tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE (1 976 784 044 kwoti). Mar-riżultat ta’ dan il-kalkolu, il-Kummissjoni żiedet 121 733 050 kwoti, abbażi tal-emissjonijiet annwali medji vverifikati mill-installazzjonijiet rilevanti waqt il-perjodu ta’ bejn l-2005 u l-2007 filwaqt li qieset l-ambitu rivedut tal-EU ETS mill-2013 ’il quddiem. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EEA-EFTA għall-aġġustament tal-limitu massimu. Fejn l-emissjonijiet annwali vverifikati għall-perjodu 2005 sal-2007 ma kinux disponibbli, sa fejn kien possibbli l-Kummissjoni estrapolat iċ-ċifri tal-emissjonijiet rilevanti minn emissjonijiet ivverifikati fis-snin ta’ wara bl-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ 1,74 % fid-direzzjoni opposta. Il-Kummissjoni kkonsultat mal-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar l-informazzjoni u d-dejta użata għal dan u ġabet il-konferma mingħandhom. Il-limitu stabbilit bl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE mqabbel mat-total tal-ammonti annwali preliminari ta’ allokazzjonijiet mingħajr ħlas, mingħajr l-applikazzjoni tal-fatturi msemmijin fl-Anness VI mad-Deċiżjoni 2011/278/UE jagħti l-koeffiċjent annwali transettorjali kif stipulat fl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.

(26)

Billi b’mod ġenerali ċċara l-għadd tal-kwoti li se jiġu allokati mingħajr ħlas b’riżultat ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni iżjed tista’ tagħmel stima tal-ammont tal-kwoti li se jiġu rkantati b’konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. Meta tqis il-limitu stabbilit bl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-allokazzjoni rigward il-produzzjoni tas-sħana skont l-Artikolu 10a(4) li tidher fit-tabella hawn taħt, u d-daqs tar-riżerva għal dawk li jidħlu ġodda, il-Kummissjoni tistma li l-għadd ta’ kwoti li għandhom jiġu rkantati fil-perjodu mill-2013 sal-2020 huwa 8 176 193 157.

(27)

It-tabella li tidher hawn taħt tistabbilixxi l-allokazzjoni annwali fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana skont l-Artikolu 10a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE:

Sena

Allokazzjoni mingħajr ħlas skont l-Artikolu 10a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE

2013

104 326 872

2014

93 819 860

2015

84 216 053

2016

75 513 746

2017

67 735 206

2018

60 673 411

2019

54 076 655

2020

47 798 754

(28)

Abbażi tan-NIMs u l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali u l-koeffiċjent lineari, l-Istati Membri għandhom ikomplu biex jiddeterminaw l-għadd annwali finali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal kull sena fil-perjodu mill-2013 sal-2020. L-għadd annwali finali ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri skont din id-Deċiżjoni, skont id-Direttiva 2003/87/KE, id-Deċiżjoni 2011/278/UE u dispożizzjonijiet rilevanti oħra fil-liġi tal-Unjoni. Bl-istess mod, l-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom ikomplu biex jiddeterminaw l-għadd annwali finali ta’ kwoti allokati mingħajr ħlas għal kull sena mill-2013 sal-2020 skont l-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE lil installazzjonijiet fit-territorji tagħhom abbażi tan-NIMs tagħhom, tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali u l-koeffiċjent lineari.

(29)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas lil installazzjonijiet li jkunu koperti mill-EU ETS abbażi ta’ regoli armonizzati fl-UE kollha ma tagħtix vantaġġ ekonomiku selettiv lil impriżi li jkollu l-potenzjali li jippreġudika l-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni. Skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri huma obbligati li jallokaw il-kwoti mingħajr ħlas u ma għandhomx is-setgħa li, minflok, jagħżlu li jirkantaw il-kwantitajiet rilevanti. Għaldaqstant, id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri dwar il-kwoti mingħajr ħlas ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna mill-istat fit-tifsira tal-Artikoli 107 u 108 TFUE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

MIŻURI NAZZJONALI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 1

1.   Hija miċħuda r-reġistrazzjoni tal-installazzjonijiet elenkati fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni fil-listi ta’ installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE li tressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u tal-għadd totali annwali preliminari korrispondenti ta’ kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil dawn l-installazzjonijiet.

2.   Jekk Stat Membru jemenda l-ammonti totali annwali preliminari tal-kwoti ta’ emissjonijiet ippreżentati għall-installazzjonijiet fit-territorju tiegħu li qegħdin fil-listi msemmijin fil-paragrafu 1 u elenkati fil-punt A tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni, qabel ma jiddetermina l-ammont annwali totali finali għal kull sena mill-2013 sal-2020, b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE, sakemm din l-emenda tkun biex teskludi kull żieda fl-allokazzjonijiet li mhijiex prevista f’dik id-Deċiżjoni, ma jitqajmux oġġezzjonijiet.

Ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk Stat Membru jemenda l-ammonti annwali totali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil installazzjonijiet fit-territorju tiegħu li huma fil-listi msemmijin fil-paragrafu 1 u elenkati fil-punt B tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni qabel ma jiddetermina l-ammont annwali totali finali għal kull sena bejn l-2013 u l-2020, b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE sakemm l-emenda tkun biex teskludi kull allokazzjoni abbażi tal-valur referenzjarju tal-metall jaħraq lil installazzjonijiet li jimportaw il-metall jaħraq biex ikompli jiġi pproċessat, kif iddefinit fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Fejn dan iwassal għal żieda fl-ammont totali annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet f’installazzjoni li tipproduċi u tesporta l-metall jaħraq lil installazzjoni elenkata fil-punt B tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni, ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk l-Istat Membru kkonċernat jemenda l-ammont annwali totali preliminari ta’ din l-installazzjoni li tipproduċi u tesporta l-metall jaħraq kif jixraq.

Ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk Stat Membru jemenda l-ammonti totali annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil installazzjonijiet fit-territorju tiegħu li qegħdin fil-listi msemmijin fil-paragrafu 1 u elenkati fil-punt C tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni qabel ma jiddetermina l-ammont annwali totali finali għal kull sena bejn l-2013 u l-2020 b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE sakemm l-emenda tkun biex tikkonforma l-allokazzjoni mal-Artikolu 10(2)(a) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE u teskludi kull allokazzjoni għal proċessi li huma koperti mill-konfini tas-sistema tal-valur referenzjarju tal-prodott għall-metall jaħraq, kif iddefinit fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2011/278/UE lil installazzjoni li ma tipproduċix, iżda timporta l-metall jaħraq, li inkella iwassal għal kalkolu doppju.

Ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk Stat Membru jemenda l-ammonti annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil installazzjonijiet fit-territorju tiegħu li qegħdin fil-listi msemmijin fil-paragrafu 1 u elenkati fil-punt D tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni qabel ma jiddetermina l-ammont totali annwali finali għal kull sena bejn l-2013 u l-2020 b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE sakemm l-emenda tkun biex teskludi kull allokazzjoni abbażi ta’ installazzjoni sekondarja tal-emissjonijiet tal-proċessi għall-produzzjoni taż-żingu fil-forn blast u proċessi marbutin ma’ dan. Fejn dan iwassal għal żieda tal-allokazzjoni preliminari skont il-valur referenzjarju ta’ installazzjoni sekondarja tal-karburant jew tas-sħana f’installazzjoni li jkollha forn tal-blast u tkun elenkata fil-punt D tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni, ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk l-Istat Membru kkonċernat jemenda l-ammont annwali totali preliminari ta’ din l-installazzjoni skont dan.

Ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk Stat Membru jemenda l-ammonti annwali totali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil installazzjonijiet fit-territorju tiegħu li huma inklużi fil-listi msemmijin fil-paragrafu 1 u elenkati fil-punt E tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni qabel ma jiddetermina l-ammont annwali totali finali għal kull sena bejn l-2013 u 2020 b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE sakemm l-emenda tkun biex teskludi kull allokazzjoni għas-sħana esportata lil installazzjonijiet li jipproduċu l-polimeri, bħalma huma l-S-PVC u l-E-PVC, u l-VCM.

3.   Kull emenda msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr, u Stat Membru ma għandux ikompli biex jiddetermina l-ammont annwali totali finali għal kull sena bejn l-2013 u l-2020 b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE sakemm l-emendi jkunu saru aċċettabbli.

Artikolu 2

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, ma jitqajmux oġġezzjonijiet rigward il-listi tal-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE mressqin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u l-ammonti annwali totali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet korrispondenti allokati mingħajr ħlas lil dawn l-installazzjonijiet.

KAPITOLU II

IL-KWANTITÀ TOTALI TAL-KWOTI

Artikolu 3

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2010/634/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Abbażi tal-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jingħataw mill-2013 ’il quddiem u mnaqqsin kull sena b’mod lineari skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE, hija ta’ 2 084 301 856 kwoti.”

KAPITOLU III

KOEFFIĊJENT TA’ KORREZZJONI TRANSETTORJALI

Artikolu 4

Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali uniformi msemmi fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE u ddeterminat skont l-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE huwa stabbilit fl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

(3)   ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/634/UE tat-22 ta’ Ottubru 2010 li taġġusta l-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont l-Iskema tal-Unjoni għall-2013 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/384/UE (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 34).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/780/KE tat-13 ta’ Novembru 2006 dwar li jiġi evitat l-għadd doppju tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet tal-effett tas-serra skont l-iskema Komunitarja tal-iskambju tal-emissjonijiet għall-attivitajiet tal-proġetti skont il-Protokoll ta’ Kyoto 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 16.11.2006, p. 12).

(6)  Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/745/UE tal-11 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 299, 17.11.2011, p. 9).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 309, 8.11.2012, p. 38).


ANNESS I

PUNT A

Identifikatur tal-Installazzjoni kif ippreżentat fin-NIMs

DE000000000000010

DE000000000000563

DE000000000000978

DE000000000001320

DE000000000001425

DE-new-14220-0045

DE-new-14310-1474

PUNT B

Identifikatur tal-Installazzjoni kif ippreżentat fin-NIMs

DE000000000000044

DE000000000000053

DE000000000000056

DE000000000000059

DE000000000000069

PUNT C

Identifikatur tal-Installazzjoni kif ippreżentat fin-NIMs

CZ-existing-CZ-73-CZ-0134-11/M

CZ-existing-CZ-52-CZ-0102-05

PUNT D

Identifikatur tal-Installazzjoni kif ippreżentat fin-NIMs

DE-new-14220-0045

DE000000000001320

PUNT E

Identifikatur tal-Installazzjoni kif ippreżentat fin-NIMs

DE000000000000005

DE000000000000762

DE000000000001050

DE000000000001537

DE000000000002198


ANNESS II

Sena

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali

2013

94,272151  %

2014

92,634731  %

2015

90,978052  %

2016

89,304105  %

2017

87,612124  %

2018

85,903685  %

2019

84,173950  %

2020

82,438204  %


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/36


DEĊIŻJONI Nru 1/2013 TAL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI ALN-UE

tas-7 ta’ Awwissu 2013

dwar deroga mir-regoli ta’ oriġini kif stipulata fil-Protokoll 1 ta’ mal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, biex tittieħed f’kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali tal-Mawrizju fir-rigward tal-palamit ippriservat

(2013/449/UE)

IL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 41(4) tal-Protokoll I tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (1) (“il-FSE interim”) japplika b’mod provviżorju sa mill-14 ta’ Mejju 2012 bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe.

(2)

Il-Protokoll 1 ta’ mal-FSE interim, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, fih ir-regoli ta’ oriġini għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw fl-Istati tal-ALN.

(3)

Skont l-Artikolu 42(1) tal-Protokoll 1 ta’ mal-FSE interim, derogi minn dawk ir-regoli ta’ oriġini jingħataw meta l-iżvilupp ta’ industriji eżistenti fl-Istati tal-ALN jiġġustifikahom.

(4)

Skont l-Artikolu 42(5), meta talba għal deroga tkun tikkonċerna stat gżira, l-eżami tiegħu għandu jsir bi preġudizzju favorevoli b’kunsiderazzjoni partikolari tal-impatt ekonomiku u soċjali tad-deċiżjoni li tkun se tittieħed speċjalment b’rabta mal-impjiegi u l-ħtieġa li d-deroga tiġi applikata għal perjodu li jikkunsidra s-sitwazzjoni partikolari tal-istat gżira u d-diffikultajiet tiegħu.

(5)

Fid-29 ta’ Novembru, il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE ta deroga awtomatika (2) skont l-Artikolu 42(8) tal-Protokoll 1 ta’ mal-FSE interim lill-Istati Benefiċjarji tal-ALN (il-Mawrizju, is-Seychelles u l-Madagaskar) għal 8 000 tunnellata ta’ tonn ippreservat u 2 000 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn.

(6)

Minbarra d-deroga awtomatika msemmija qabel, il-Mawrizju talab deroga li tkopri kwantità ta’ 6 000 tunnellata ta’ tonn ippreservat tal-kodiċijiet tan-NM 1604 14 11 , 1604 14 18  u 1604 20 70 manifatturat minn tonn tal-ispeċi Katsuwonus pelamis (palamit), Thunnus alalunga (alonga), Thunnus albacares (tonn tal-pinen sofor), Thunnus obesus (tonn t’għajnu kbira) importati fl-Unjoni bejn l-1 ta’ April 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 b’konformità mal-Artikolu 42(1) tal-Protokoll 1 ta’ mal-FSE interim.

(7)

Il-proċessuri tat-tonn tal-Mawrizju jiddependu ħafna mill-provvista ta’ tonn oriġinarju mill-purse seiners tal-UE skont l-FSE interim. Il-qabdiet riċenti ta’ palamit oriġinarju (Katsuwonus pelamis) fl-Oċean Indjan naqsu u għalhekk ħolqu sfidi ġodda għall-proċessuri tal-Mawrizju li jaffaċċjaw domanda dejjem akbar għall-prodotti tal-palamit fl-Unjoni. L-għoti ta’ deroga għal prodotti ta’ tonn tal-pinen sofor (Thunus albacares) mhux ġustifikat minħabba li l-qabdiet ta’ tonn tal-pinen sofor oriġinarju fl-Oċean Indjan żdiedu. Għalhekk id-deroga għandha tingħata biss għall-palamit.

(8)

L-esportazzjonijiet ta’ tonn fil-landa mill-Mawrizju lejn l-Unjoni ilhom jiżdiedu b’mod kostanti matul dawn l-aħħar ħames snin.

(9)

Il-Mawrizju jgawdi mill-kwota globali prevista bil-proċedura awtomatika ta’ deroga mogħtija lil kull Stat benefiċjarju tal-ALN (il-Mawrizju, is-Seychelles u l-Madagaskar). F’każ ta’ użu parzjali tal-kwoti minn Stat benefiċjarju ieħor tal-ALN, il-Mawrizju jista’ jgawdi wkoll minn riallokazzjonijiet annwali possibbli tal-kwantitajiet li ma jkunux intużaw minn dawn l-Istati. Minħabba l-applikazzjoni provviżorja tal-FSE interim, għad ma kienx possibbli li jsir monitoraġġ xieraq tar-rata tal-utilizzazzjoni tad-deroga awtomatika sabiex jivverifikaw ix-xejriet tar-riallokazzjoni ta’ kwantitajiet mhux użati fost l-istati benefiċjarji tal-FSE.

(10)

Il-Mawrizju jista’ jissorsja tonn nej oriġinarju minn barra l-Oċean Indjan skont l-Artikoli 4 u 5 tal-Protokoll 1 ta’ mal-FSE.

(11)

In-negozjati li għaddejjin bħalissa tal-FSE bejn l-Unjoni Ewropea u Stati oħra tal-AKP minn fejn il-Mawrizju jista’ jissorsja tonn nej oriġinarju għall-industrija tal-ipproċessar tiegħu, kapaċi joffru opportunitajiet alternattivi ta’ provvista ta’ tonn oriġinarju fil-futur qrib.

(12)

Huwa għalhekk xieraq li l-Mawrizju jingħata deroga għal 2 000 tunnellata ta’ palamit ippreservat li tirrispetta l-abilità tal-industrija eżistenti li tkompli l-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni.

(13)

Ir-riallokazzjoni potenzjali tal-kwantitajiet mhux użati bejn l-Istati benefiċjarji tal-ALN u l-kumulazzjoni prevista fl-FSE interim jiġġustifikaw li d-deroga tingħata temporanjament. Sabiex id-deroga toffri ċertezza legali lill-operaturi, din għandha tingħata għal perjodu ta’ sena b’effett mill-1 ta’ April 2013.

(14)

Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-deroga, il-materjali mhux ta’ oriġini li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ palamit ippreservat tal-kodiċijiet tan-NM 1604 14 11 , 1604 14 18  u 1604 20 70 għandhom ikunu palamit iffiriżat (Katsuwonus pelamis) tal-intestatura HS 0303.

(15)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3) jistabbilixxi r-regoli marbuta mal-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti mwettqa b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Istati tal-ALN, l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u tal-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija b’din id-Deċiżjoni.

(16)

Sabiex ikun possibbli li ssir sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tal-Istati tal-ALN għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’mod regolari bid-dettalji taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 li jkunu nħarġu.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B’deroga mill-Protokoll 1 tal-FSE interim u skont l-Artikolu 42(1) u (5) ta’ dak il-Protokoll, il-palamit ippriservat tal-Intestatura HS 1604 manifatturat minn palamit mhux oriġinarju (Katsuwonus pelamis) tal-Intestaturi HS 0303 jitqiesu bħala li joriġinaw fil-Mawrizju skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga pprovduta fl-Artikolu 1 tapplika għal sena għall-prodott u l-kwantità stabbiliti fl-Anness ta’ ma’ din id-Deċiżjoni li jkunu ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni mill-Mawrizju matul il-perjodu bejn l-1 ta’ April 2013 u l-31 ta’ Marzu 2014.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali tal-Mawrizju jwettqu verifiki kwantitattivi fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Iċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 kollha maħruġa għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni.

Qabel tmiem ix-xahar wara kull perjodu ta’ tliet xhur, l-awtoritajiet doganali tal-Mawrizju jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali, dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ikunu nħarġu ċertifikati ta’ moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numru tal-ordni ta’ dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Kaxxa 7 taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 maħruġa taħt din id-Deċiżjoni tinkludi waħda minn dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

“Derogation-Decision No 1/2013 of the ESA-EU Customs Cooperation Committee of 7 August 2013 ”;

“Dérogation-Décision no 1/2013 du Comité de Coopération Douanière AfOA-UE du 7 août 2013 ”.

Artikolu 6

1.   Il-Mawrizju u l-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa min-naħa tagħhom biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.

2.   Meta l-Unjoni tiskopri, abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva, każi ta’ irregolaritajiet jew frodi jew ta’ nuqqas ripetut ta’ rispett tal-obbligi stipulati fl-Artikolu 4, l-Unjoni tista’ titlob sospensjoni temporanja tad-deroga msemmija fl-Artikolu 1 skont il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 22(5) u (6) tal-FSE interim.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ April 2013.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.

F’isem il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE

Il-Presidenti Konġunti

Vivianne FOCK TAVE

Péter KOVÁCS


(1)   ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.

(2)   ĠU L 347, 15.12.2012, p. 38.

(3)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Isem il-prodotti

Perjodu

Kwantitajiet

(f’tunnellati)

09.1620

ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 , ex 1604 20 70

Palamit ippreservat (Katsuwonus pelamis) (1)

1.4.2013–31.3.2014

2 000


(1)  F’kull forma ta’ ppakkjar li biha l-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS 1604.


7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/s3


NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.