2
Most read
3
Most read
23
Most read
Dun Karm
F’Għeluq il-Ħamsin Sena
mill-Mewt Tiegħu
1871 - 1961
It-Tfulija ta’ Dun Karm


18 t’Ottubru 1871: Irraħal ta’ Ħaż-Żebbuġ laqa’
fih it-twelid ta’ Karmenu, ’il
quddiem magħruf iktar
bħala Dun Karm fid-dar
numru 18, Triq il-Parroċċa,
minn Filippu u Lunzjata
mwielda Pisani. Karmenu
kien id-disa’ wild fost
għaxart aħwa.



1873: Meta Karmenu kellu
sentejn, il-familja tiegħu ġarret
f’dar ikbar u isbaħ li kien bena
missieru stess fl-istess triq
(numru 40 (illum 36)).
1878-1888


1878: Ta’ seba’ snin, grazzi għal ftit edukazzjoni li kellu
missieru, Karmenu beda jmur l-iskola primarja tal-Gvern
għalkemm l-edukazzjoni obbligatorja kienet għad fadlilha biex
tidħol f’pajjiżna.



21 ta’ Settembru 1885: Karmenu daħal is-Seminarju
Minuri għax fi skola tal-Knisja aktar seta’ jilħaq lambizzjonijiet tal-ġenituri tiegħu.



1888: Ta’ sbatax-il sena, Karmenu kompla l-istudji tiegħu
fis-Seminarju Maġġuri fil-mixja tiegħu lejn is-saċerdozju.
F’din l-istess sena kiteb l-ewwel poeżija bit-Taljan
iddedikata lill-Isqof ta’ dak iż-żmien, Pietru Pace, li ġġib lisem Del mio genio primizio. Wara kors ta’ sentejn
filosofija, fl-1890 huwa beda l-kors tat-Teoloġija li wasslu
għas-saċerdozju
1892/1893


2 t’April 1892: Miet missier Karmenu,
Filippu, fl-għomor ta’ 64 sena. Biex ifakkar
il-mewt tal-għażiż missieru, hu kiteb
sunett bit-Taljan li jġib l-isem A mio
padre morto.



1893: Karmenu, bħala seminarista, siefer
għall-ewwel darba ma’ sħabu s-seminaristi
biex jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal15-il anniversarju tal-pontifikat tal-Papa
Ljun XIII f’Ruma
1894/1896


17 ta’ Mejju 1894: Ta’ 23
sena Dun Karm ġie ordnat
saċerdot fil-Konkattidral ta’
San Ġwann. Wara ftit xhur
beda jgħallem fis-Seminarju
tal-Furjana u iktar tard f’dak
tal-Imdina wkoll. Hu kien
jgħallem diversi suġġetti
fosthom l-Ingliż, it-Taljan u lLatin fis-Seminarju Minuri, u
l-Istorja tal-Knisja u talArkeoloġija Nisranija lillistudenti tat-teoloġija fisSeminarju Maġġuri.



1896: Dun Karm ħareġ lewwel ġabra ta’ poeżiji bitTaljan bl-isem ta’ Foglie
d’Allore. Din tiġbor fiha 37
poeżija li kiteb hu stess bejn
is-17 u l-24 sena tiegħu.
1901/1903


1901: Dun Karm siefer
għat-tieni darba, f’Pariġi u
Londra b’waqfa ta’ 20
ġurnata f’Tuneż.



1903: Ħareġ il-ktejjeb
Versi, stampat f’Palermo,
li kien jiġbor fih xi poeżiji
bit-Taljan.
   1909 - 1936                
 mis-Seminarju għall-Belt u lejn tas-Sliema
 1909:  Dun Karm ġarrab il-mewt tal-

għażiża ommu, Lunzjata Pisani, li tant 
kien iħobb. Hi kellha 78 sena u kienet 
mara tal-familja li rabbiet lil uliedha fi 
spirtu nisrani.

•1910:Dun Karm, flimkien ma’ sħabu kollha, 
ma setax joqgħod iżjed fil-kmamar li kienet 
tathom  il-Knisja.
•F’dan iż-żmien il-poeta għadda minn 
solitudni kbira, imbiegħed mir-raħal, minn 
ħutu u minn sħabu, meta spiċċa “midfun 
ħaj”f’dar numru 51, Triq l-Ifran, il-Belt, fejn 
għex għal 26 sena sħaħ.
 11

ta’ Jannar 1912:  Wara xi laqgħat ma’ Mons. 
Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi li qasmu ma’ 
Dun Karm il-ħsieb tagħhom li joħorġu perjodiku 
bil-Malti li kienu se jsemmuh 'Il-Ħabib', Dun Karm 
ħareġ l-ewwel poeżija bil-Malti.
  Kif jikteb hu stess hu nxteħet għarkubbtejh 
quddiem xbiha tal-Madonna li kellu f’kamartu fiddar tal-Belt, u talab b’dan l-istess kliem: “Għażiża
ommi,  għidli inti x’għandi nikteb; jiena nixtieq
nibda b’poeżija miktuba għalik.” U b’hekk ħarġet 
poeżija mill-isbaħ li ġġib l-isem ta’ Quddiem
Xbiha tal-Madonna.
 April

1913:  Fl-okkażjoni tal-Kungress 
Ewkaristiku li sar f’pajjiżna, Dun Karm 
ġie mitlub mis-Surmast Ġużeppi 
Caruana biex jikteb innu għallokkażjoni. Dan kellu jkun l-innu 
familjari li għadu jitkanta sal-lum filknejjes tagħnaT’Adoriam Ostia
Divina jew Nadurawk, ja Ħobż
tas-Sema. L-innu tant intgħoġob millisqfijiet preżenti għall-Kungress li 
ħaduh magħhom u xerrduh mad-dinja 
kollha, tant li llum dan l-innu huwa 
maqlub f’diversi lingwi. Inqaleb għallMalti mill-istess poeta fl-1924.
 Mejju

1914:  Dehret l-ewwel ġabra ta’ ħmistax-il 
poeżija bil-Malti ta’ Dun Karm bl-isem 
ta’ “L’euuel uard jew ġemgħa tal poeżijiet li
ctibt bil Malti” fis-Sensiela tal-Mogħdija tażŻmien (għadd 140) li kien jippubblika Alfons 
Marija Galea bejn l-1899 u l-1915 u li kienet 
tilħaq madwar it-tlett elef qarrej. Alfons Marija 
Galea kien benefattur kbir tal-poeta, speċjalment 
 
meta l-qagħda finanzjarja tiegħu kienet batuta 
ħafna.
  Settembru 1920:  ħareġ ġabra ta’ 25 poeżija 
oħra, biex juri l-fatt li l-ilsien Malti meta jkun 
imħaddem tajjeb, iħabbatha ma’ ilsna oħra 
magħrufa. Dan il-ktieb ġie msemmi “Uard ihor
jew gabra ohra ta poezijiet bil Malti” u kien 
iddedikat lil ommu.
  1935:

huwa qaleb ukoll għall-Malti r-rumanz Gli
angeli del Perdono ta’ Domenico Caprile għallMalti bl-isem ta’ Ineż u Emilja.

3

ta’ Lulju 1936: Ixxandar avviż fil-gazzetta talGvern li se joħroġ dizzjunarju tal-Malti f’taqsimiet li 
kellhom joħorġu f’faxxikli ta’ sittax-il paġna fixxahar. Dan ix-xogħol ħarġu Dun Karm innifsu bilgħajnuna ta’ studjużi oħra fosthom F.S. Caruana, 
Ninu Cremona, Pietru Pawl Saydon, Ġużè Aquilina 
u oħrajn.

 1936:

Dun Karm mill-Belt mar joqgħod f’dar li 
kienet għadha kif inbniet f’tas-Sliema. Għall-ewwel 
kienet tieħu ħsiebu n-neputija tiegħu Ġannina 
Pisani, iżda ġara li din mietet fl-għomor ta’ 38 
sena, fil-15 ta’ Frar 1937. L-eleġija ddedikata linneputija, Lil Ġannina Pisani, tixhed kemm Dun 
Karm ħass it-telfa tagħha
Qassis Ġdid - II
Dun Karm Psaila
Xterdu mad-dinja; biex lill-ġnus titnieda
l-aħbar it-tajba li ġibtilkom jiena;
iġbdu bil-ħlewwa lit-tajbin; mal-ħżiena
kunu qlubin daqs kemm tkun ħarxa lġlieda.
Jiena nkun magħkom, u għalxejn
qerrieda
tgħaddi x-xabla ta’ setgħa mingħajr
ħniena,
għax jiġġarrfu s-saltniet bis-snin
għajjiena
Hekk wara l-qawma lit-tnax àmar
Kristu,
u l-kelma waslet ġewwa Ateni u Ruma,
u xegħlu żewġ nirien: l-Għira u lImħabba.
Issa wasal għalik l’àmar ta’ Kristu,
Saċerdot ġdid; bħal Pawlu ġewwa Ruma
xandar l-aħbar tas-sliem u ta’ limħabba.
1957: Il-Professur
A.J.
Arberry,
professur tal-Għarbi
f’Pembroke
College,
f’Cambridge, żar lil
Dun Karm u baqa’
impressjonat
bilpersonalità
talpoeta u l-poeżiji li
kiteb.
17 ta’
Ġunju
1961: Dun

Karm ħalla d-dar
ta’ Tas-Sliema u
nġabar fl-Isptar
tal-Blue Sisters.
13 t’Ottubru
1961: Dun
Karm miet fl4.00am, fl-età
sabiħa ta’
kważi 90 sena.
15 t’Ottubru 1961:
Il-Ħadd filgħodu
sarlu l-funeral filparroċċa ta’ ĦażŻebbuġ u ndifen
f’kappella apposta
fiċ-ċimiterju talistess raħal.


1940:  Dun Karm sar l-ewwel direttur 

spiritwali tal-Leġjun ta’ Marija.
1942: Dun Karm irtira minn President 
tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u minn editur 
ta’ ‘Il-Malti’.




1945:  Tressqet mozzjoni mill-Professuri Ġużè Aquilina u Pietru 
Pawl Saydon biex Dun Karm jingħata Dottorat fil-Letteratura li sa 
dak iż-żmien ma kien għadu ngħata lil ħadd. Il-poeta kellu 74 
sena. Bħala apprezzament min-naħa tal-Għaqda tal-Malti, il-poeta 
ġie ppreżentat bi kwadru biż-żejt, xogħol tal-pittur Edward 
Caruana Dingli, li ’l quddiem tqiegħed fis-sala tal-librerija talUniversità ta’ Malta.


1946:  Dun Karm ingħata l-Medalja tad-Deheb Ġużè 

Muscat Azzopardi, unur li kien jingħata lill-aqwa awturi tażżmien.


1956: Ir-Reġina Eliżabetta II ħatritu bħala Commander of
the British Empire.
1920 :Dr. A.V. Laferla, id-direttur tal-edukazzjoni, talab lil 
Dun Karm biex jikkomponi xi versi għal biċċa mużika talMro.Robert Samut .
      L-innu li ħareġ kien l-Innu Malti, li ndaqq għall-ewwel 
      darba fl-1923. 




 

1938: Ippubblika f’‘Il-Malti’ il-poeżija Lill-Kanarin.

1938:  Dun Karm ħareġ il-poeżija Il-Jien u lil Hinn Minnu, 
li għalih kienet meqjusa bħala “għanja tal-moħħ,
tal-qalb u tar-ruħ.”

•

27 ta’ Frar 1941: L-Innu Malti, miktub minn Dun Karm, sar l-innu uffiċjali ta’ pajjiżna.
Malti

“ Lil din l-Art ħelwa, l-Omm li tatna isimha,
Ħares Mulej, kif dejjem Int ħarist;
Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist.
Agħti kbir Alla, id-deh'n lil min jaħkimha,
Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa 'l-ħaddiem;
Seddaq l-għaqda fil-Maltin u s-sliem. ”

More Related Content

PPT
La cupola di S. Maria del Fiore del Brunelleschi
PPTX
Ppt cavaleiro
PPTX
Capítulo iii memorial do convento
PPTX
Lisbona
PDF
Victor Hugo
PPTX
ARTE GOTICA e GIOTTO.
PPTX
Apresentação meu pé de laranja lima
La cupola di S. Maria del Fiore del Brunelleschi
Ppt cavaleiro
Capítulo iii memorial do convento
Lisbona
Victor Hugo
ARTE GOTICA e GIOTTO.
Apresentação meu pé de laranja lima

Viewers also liked (20)

PPT
Dun Karm Psaila - Il-Poeta Nazzjonali ta' Malta
PPT
Dun Karm Psaila
PPT
Dun Mikiel Xerri -qassis u patrijott Malti
PPT
Dun Karm - Il-Poeta Nazzjonali ta' Malta
PPT
Dun Mikiel Xerri - Patrijott Malti
PPT
Dmir U Dritt
PPT
PPT
Nies li jghinuna
PPT
PPT
Kandinsky circle painting
PPTX
PPTX
Casey's ppt
PPTX
Cheyenne parnis singular and plural
PPS
Religion chp 10 maltin li għenu lil dawk fil-bzonn
PPT
Telling the time3
PPT
Maths tables powerpoint britney, cheyenne, cassidy
PPT
Days and months
PPS
Pajjizi madwarna ghal fuq il blog
ODP
Animals sounds presentation.
Dun Karm Psaila - Il-Poeta Nazzjonali ta' Malta
Dun Karm Psaila
Dun Mikiel Xerri -qassis u patrijott Malti
Dun Karm - Il-Poeta Nazzjonali ta' Malta
Dun Mikiel Xerri - Patrijott Malti
Dmir U Dritt
Nies li jghinuna
Kandinsky circle painting
Casey's ppt
Cheyenne parnis singular and plural
Religion chp 10 maltin li għenu lil dawk fil-bzonn
Telling the time3
Maths tables powerpoint britney, cheyenne, cassidy
Days and months
Pajjizi madwarna ghal fuq il blog
Animals sounds presentation.
Ad

More from nelgiles (8)

PPTX
My house slideshow
PPTX
1 1 pedagogy (educ venue)
PPT
What are digital resources (slideshare)
PPT
Numeracy
PPT
Literacy
PPT
Engaging content
PPTX
Good health powerpoint
PPT
We love fruit
My house slideshow
1 1 pedagogy (educ venue)
What are digital resources (slideshare)
Numeracy
Literacy
Engaging content
Good health powerpoint
We love fruit
Ad

Powepoint ta’ dun karm(fronter)

Editor's Notes

  • #2: {"16":"<number>\n","22":"<number>\n","23":"<number>\n","20":"<number>\n","21":"<number>\n"}